Thursday
Jul 29th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Tpattija u vendikazzjoni

E-mail Print PDF

jmicallefDan l-ahhar kellna zewg rapprezentanti tal-PN li hargu ghan-nofs biex jivvendikaw ruhhom mill-prezenza tal-PL fost il-poplu tas-Siggiewi.

Ir-raguni vera hija tpattija ghall-izviluppi kif sehhew fuq l-iskandlu tal-Bahrija li s’issa wassal ghar-rizenja tal-President tal-PN Victor Scerri. Hux se jkun hemm min jerfa’ r-responsabiltà politika fuq dan l-iskandlu jiddependi mill-par idejn sodi ta’ Lawrence Gonzi!.

Lura ghal kaz tas-Siggiewi. Mela kellna lill-bahbuh Vici Sindku tal-PN fis-Siggiewi, Karol Aquilina jressaq mozzjoni fl-ahhar laqgha tal-kunsill biex il-gvern itemm il-kera li c-Centru Laburista fis-Siggiewi ghandu mad-dipartiment tal-artijiet jekk jista’ jkun illejla qabel ghada biex minflok il-kunsill jidhol bl-ufficini amministrattivi tieghu, u jitwaqqaf centru ta’ matul il-jum ghall-anzjani.

Kif sar maghruf minn kulhadd, il-kera tac-Centru Laburista tas-Siggiewi taghlaq f’Gunju 2010 ftit anqas minn sena ohra. Il-mozzjoni ta’ Karol Aquilina kienet mimlija nformazzjoni (data) sensittiva dwar l-istorja kollha tal-kirja matul is-snin. Din l-informazzjoni bl-ebda mod ma tista’ takkwistaha mid-dipartiment tal-artijiet jekk mhux b’intervent ta’ xi ras gholja min-naha tal-gvern jew meta tintalab xi nvestigazzjoni magisterjali. Imma Karol Aquilina, maghruf sew ghall-hbiberiji tieghu mal-Laburisti!!, meta mistoqsi, qal, li l-informazzjoni kien tahielu Laburist akkanit. Possibbli li dal-bahbuh ta’ Karol li tant hu herqan biex isir President tal-PN jahseb li kien se jimpressjona lil xi hadd b’dil-gidba? L-ebda Laburist akkanit ma jaghmel dawn l-affarijiet.

Imma mbaghad hareg ghan-nofs Jason Azzopardi, dak li mhux l-ewwel darba rcevejt emails li jkunu ndirizzati lilu minghand Pawlu Borg Olivier. Jason Azzopardi, Segretarju Parlamentari responsabbli fost l-ohrajn mid-Dipartiment tal-Artijiet qalilna li fl-ewwel laqgha tal-kabinett minn wara l-approvazzjoni tal-mozzjoni ta’ Aquilina mill-Kunsill Lokali tas-Siggiewi, il-gvern kien qabel li ma jgeddidx il-kera meta taghlaq f’Gunju tas-sena d-diehla. Mhux biss, Jason Azzopardi meta mistoqsi minn One News ikkonferma li l-file bl-informazzjoni fuq il-kera tac-centru Laburista tas-Siggiewi kien ilu fl-ufficcju tieghu wara li hu kien talab li jinghatalu xi zmien ilu mid-dipartiment tal-artijiet.

Jason Azzopardi cahad li kien ghadda l-informazzjoni dettaljata tal-kirja lil Karol Aquilina. Din ic-cahda lili ma tikkonvincini xejn. Aktar u aktar meta niftakar fin-network ta’ spjunagg li kien ippropona Pawlu Borg Olivier fil-famuza email li kien baghat lill-ministri u l-customer care rispettivi f’kull ministeru u s-segretarjati taghhom fosthom dak ta’ Jason Azzopardi.

Dan il-kaz irrapurtajnih bl-avukat lill-Kummissarju tad-Data. Nippretendi l-Kummissarju tad-Data ma jiehux il-gimghat jekk mhux ix-xhur kif ghamel s’issa fuq certi kazijiet li setghu jimbarazzaw lill-PN biex jistabbilixxi l-fatti dwar kif Karol Aquilina akkwista l-informazzjoni dettaljata li bl-ebda mod ma setghet tkun ghandu. Min-naha l-ohra din il-vendikazzjoni mal-PL fis-Siggiewi min-naha tal-gvern, li jekk miniex zbaljat hija bla precedent, fis-sens li l-gvern jitfa ‘l barra kerrej b’dal-mod hekk stramb u goff, zgur li se ggib firda u tensjoni bla bzonn fir-rahal tas-Siggiewi.

F’dan ir-rahal iz-zewg partiti politici dejjem hadmu kwazi id f’id fl-interess tas-Siggiewin sew fis-snin kemm ilu mwaqqaf il-kunsill kif ukoll bejn il-kumitati taz-zewg kazini poltici rispettivi. M’ghandix dubju li l-istorja tac-Centru Laburista tas-Siggiewi ghadha mhijiex konkluza. Il-PL ghandu obbligu f’socjetà demokratika li jibqa’ jiggieled ghad-drittijiet ta’ kull cittadin fil-pajjiz u dan jinkludi wkoll lic-cittadini kollha bi twemmin Laburista, u dawk li jahdmu fl-irhula permezz tac-centri Laburisti biex iwasslu l-messagg tal-PL.

L-ebda show mit-tandem Karol Aquilina u Jason Azzopardi mhi se tintimidana jew twaqqafna milli niddefendu kontra t-tpattijiet vendikattivi fil-konfront tal-PL u x-xoghol politiku fl-irhula Maltin u Ghawdxin.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Sunny Sunny Sunny Sunny
26C 32C 31C 31C 31C
Thu Fri Sat Sun Mon

Inghaqad maghna fuq Facebook

facebook_logo

 

Karikatura