Sunday
Feb 05th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

L-ispizjara li tatha ghall-bodybuilding

E-mail Print PDF
Share

jessicaghigoIz-zminijiet dejjem jinbidlu.  Hekk ukoll certu gosti.  Illum fil-fatt tkellimt ma’ tfajla Maltija li tiprattika bi hgarha l-isport tal-bodybuilding.  Ghal xi whud din forsi tinstema stramba, ghar-raguni li hafna jassocjaw dan l-isport bhala wiehed maskili.  Mentalità li ghandha tinbidel minnufih!!!

Jessica Ghigo ghandha 25 sena, miz-Zurrieq, u hija spizjara.  Bhala passatempi thobb hafna s-safar, tisjir, l-qari kull meta ssib cans, tghum u ovvjament ma jonqosx minn hajjtiha l-bodybuilding.

Ilha involuta fix-xena tal-bodybuiling ghal dawn l-ahhar sentejn.  Ikolli nghid li f’dawn is-sentejn Jessica rnexxilha takkwista dik il-figura ta’ bodybuilder sodisfacenti.  Dan ovvjament kif sahqet hi bi tqassim tajjeb ta’ training, dieta bilancjata u l-mod ta’ kif tqassam l-ikel, filwaqt ukoll li ma jonqosx serhan tajjeb.  Meta ltqajt maghha ghal din l-intervista f’kafeterija l-Mosta, sthajjiltni qisni pizella hdejha!!!!  Però Jessica mhi xejn ta’ barra minn hawn, hlief li hi tfajla semplici u simpatika, u fuq kollox mhi mkabbra xejn.

Bdiet tirrakkuntali dwar kif bdiet tithajjar tibda tiprattika l-bodybuilding.

“Ghall-ewwel kont involuta fil-gymnastics.

“Eventwalment maz-zmien ridt nipprova sport gdid.  Ippruvajt diversi, bhal volleyball u ohrajn.  Nistqarr li l-bodybuilding kien joghgobni ghall-fatt li l-look bil-muskoli toghgobni hafna.

“Bdejt nattendi u niprattika u l-interess bdejt inzidu minn gurnata ghall-ohra.  Bdejt naqra kotba b’konnessjoni mal-bodybuilding.  Daqqa niehu xi parir minghand ohrajn, daqqa ninnota l-muskoli tieghi jirrispondu, u allura aktar u aktar bdejt nidhol fiha l-bicca tax-xoghol”, bdiet tirrakkuntali entuzjasta Jessica.

Ta’ min jghid li Jessica tixrob madwar erba’ litri ilma kuljum, bid-differenza li meta tkun qed toqrob lejn xi kompetizzjoni gieli anke jkollha tixrob madwar ghaxar litri ilma kuljum.  Imbaghad, fil-kaz ta’ Jessica, sirt naf li l-ilma jkollu jieqaf mill-konsum taghha madwar ghoxrin siegha qabel il-kompetizzjoni.  Kif bdiet tghidli hi, dan l-isport fih hafna aspetti ta’ sagrificcji.

Inzid nghid fuq li kompliet tghidli Jessica stess, li kull tlett sieghat trid tiekol.

“Mhux l-ewwel darba li nkun hierga ghal tul ta’ hin u jkolli ngorr cooler zghira mieghi bl-ikel apposta.  Ix-xoghol m’ghandix problemi ghax ghandi fridge zghira.  Meta gieli nmur Paceville, mhux l-ewwel darba li ssibli xi bicca chicken fil-handbag”, bdiet tghidli Jessica.

Vantagg ta’ sahha

Iddiskutejt maghha l-fatt li hafna jassocjaw il-bodybuilding bhala sport ta’ l-irgiel biss.

“Vera!!!  Forsi anke ghax id-dominanza maskili tispikka aktar fih.  Però nghid haga li dejjem rajt rispett mill-irgiel stess li jipprattikaw il-bodybuilding.  Anke l-feedback dejjem kien pozittiv.  Nixtieq li jkun hawn aktar awareness u li din il-mentalità dwar li l-bodybuilding qisu xi haga maskili biss, titnehha kompletament mill-imhuh.  Wara kollox bhal kull sport iehor, il-bodybuilding fih hafna vantaggi ta’ sahha”, sostniet Jessica.

Dwar kif tahseb li jharsu lejha rgiel u nisa ohra, bhala tfajla li tipprattika l-bodybuilding, Jessica bi tbissima qaltli li mhux l-ewwel darba li jkollha kummenti bhal, “Allahares nigi taht idejk”, però ssostni li dejjem kellha ammirazzjoni pozittiva.  Kompliet tghidli wkoll li mhux l-ewwel darba li xi ragel li jitrennja jghaddilha kumplimenti bhal, “Fik aktar minni!!”.

Dwar il-familjari taghha, ziedet tghidli li llum il-gurnata ssib sapport qawwi minnhom.  Tghid li minhabba l-fatt li thobb it-tisjir din hija xi haga favoriha ghax mhux dejjem tkun tista’ tiekol kollox li jieklu l-familja taghha.  B’hekk mhux l-ewwel darba li jkollha ssajjar ikel iehor ghaliha.  Mhux l-ewwel darba wkoll li l-familjari taghha jkollhom jahbu certu ikel biex Jessica ma taqa’ fl-ebda tentazzjoni.

Affetwata minn relazzjoni ta’ mhabba?

Staqsejt lil Jessica jekk il-bodybuilding jaffetwahhix f’xi relazzjoni futura jew prezenti taghha.  Fil-fatt hawnhekk kienet spontonja tinfurmani li fil-prezent tinsab f’relazzjoni ma’ bodybuilder ukoll.

“L-gharus tieghi huwa bodybuilder ukoll, b’hekk zgur li nifhmu lil xulxin”, tbissmet tghidli.

Zewg gwardarobbi hwejjeg ghal before & after show !!

Ma’ Jessica hloqt diskurkata dwar kemm hu komdu jew skomdu fuq tfajla bhalha li jkollha figura ta’ bodybuilder.  Fil-fatt hawnhekk tgharrfitni li bhala kumdità hemm il-fatt fejn tidhol sahha u attenzjoni, filwaqt li min-naha ta’ skumdità nfurmatni li ssib xi problemi fil-hwejjeg li tilbes.

“Kemm-il darba nixtri hwejjeg u dejjem ikolli bzonn naghmillhom xi alterations.  Nghid ukoll li ghandi zewg gwardarobbi bil-hwejjeg, wahda ghall-hwejjeg li nilbes qabel kompetizzjoni u ohra bi hwejjeg ghal wara xi kompetizzjoni, minhabba ovvjament tibdil qawwi fil-figura tieghi.  Min-naha l-ohra, kultant noqghod nahseb dwari u nghid li l-maggoranza tat-tfajliet kollha jridu jkunu b’dik il-figura petita, meta mbaghad jiena ghall-kuntrarju jiena miftuha.  Izda dik hi wara kollox il-figura ta’ bodybuilder li dejjem xtaqt”.

Tesponi l-muskoli taghha

Id-diskussjoni zvolgiet fuq xerja ohra, din id-darba qlibt id-diskursata tieghi maghha dwar ix-shows u photoshoots tal-bodybuilding.  Ghal min gieli ra stampi jew segwa xi show, anke jekk fuq it-televizjoni, ninnutaw li l-bodybuilders ikunu esposti bi hwejjeg ta’ taht pjuttost imqaccta, b’hafna drabi bil-famuz underwear tan-nisa msejjah tanga!!!  Iddiskutejt din il-haga ma’ Jessica, aktar u aktar minhabba l-professjoni taghha bhala spizjara.

“Li persuna tesponi ruhha f’show jew photoshoot bl-underwear hemm mod u mod.  Fil-kaz tieghi, l-ghan principali huwa li nuri l-muskoli kollha u daqshekk biss”, kienu l-kummenti li hadt minghand Jessica.

Bla problema biex terfa xi haga tqila

Kurzità li ghadditli minn mohhi waqt li kont qed nitkellem ma’ Jessica kienet li mmaginajt li ghaliha li terfa xi haga tqila, zgur li ma thossix tqila.  Bhal nghidu ahna cilindru tal-gass!!!  Waqt dan il-mument, Jessica titbissimli u twiegeb,

“Drajt il-mod ta’ kif ghandi nerfa.  Naf it-teknika biex nerfa certu affarijiet u ma nweggax.  Nghid ukoll li tal-familja gieli jsibuni handy meta jkollna bzonn incaqilqu xi ghamara.”

Fuq l-istess nota, tlabtha tghidli xi kemm ikunu jiznu l-weights li tittrenja bihom.  Fil-fatt infurmatni li l-weights tas-saqajn ikunu jiznu madwar 400 kilos, tal-bench press xi 100 kilo, lateral pull down madwar 104 kilos, filwaqt li ghall-biceps ikunu jiznu madwar 40 kilos.

F’Ottubru li jmiss terga’ tikkompeti

Bhala kompetizzjonijiet s’issa Jessica kkompetit fl-NABBA National Championships 2008 u NABBA Universe October 2008 li kienet saret f’Southport, fl-Ingilterra.  Ghal din is-sena, Jessica qed thejji ruhha ghall-kompetizzjoni ta’ Ottubru li jmiss.  Ovvjament tixtieq li tkompli tikkompeti kemm f’Malta, kif ukoll barra minn Malta, u kif sahqet hi stess tixtieq li xi darba tiggwadanja pro-status (kompetizzjonijiet kbar u apparenzi aktar).

“Meta gieli noqghod nara r-ritratti tieghi ta’ meta hadt sehem l-Ingilterra, noqghod nghid li ahjar ghadni hemm, tant kemm hi esperjenza sabiha.  Biss biss li nkun ma’ kompetitituri ohra f’dan l-isport digà bizzejjed ghalija, li nsir nafhom.  F’mumenti bhal dawk, ikolli certu motivazzjoni ghas-snin li gejjin”, issostni Jessica.

Hawnhekk bdiet tispjegali pass pass x’jigri waqt show tal-bodybuilding.  Fil-fatt tgharrfitni li l-ewwel ikun hemm dak li jsejjhulu pre-judging, fejn il-kompetitturi johorgu fuq l-istage kollha skont il-kategorija taghhom.  Kull wahda minnhom ikollha taghmel rutina bil-muskoli, flimkien ma’ xi movimenti mad-diska li  tkun ghazlet hi stess.  Il-gurija jaghzlu l-finalisti skond il-kategoriji, filwaqt li jintghazlu t-Top 6.

Hawnhekk stajt ninnota li z-zfin jilghab parti mportanti hafna mal-bodybuilding.  Fil-fatt Jessica kkonfermatli dan u sahhqet li l-gymnastics ghenha hafna f’dawn il-movimenti taghha.

Il-kummenti li tatni dwar kif thossha f’dawk il-mumenti meta tkun fuq l-istage waqt show tal-bodybuilding kienu, “Inkun fis-seba’ sema.  Id-diska naraha qasira wisq.  Nammetti li sakemm nohrog fuq l-istage nkun bil-butterflies fl-istonku, izda mbaghad noqghod nahseb li nkun ili xi erba’ xhur nistinka ghal dak il-mument, u allura ma nkunx irrid nitlef minuta minnha.  Dawk il-ftit minuti fuq l-istage jhollu u jorbtu kollox”, ikkumentat Jessica.

Meta tlabtha tghaddi messagg lill-qarrejja tal-KullHadd wiccha xeghel, ghall-fatt li kien hemm xi punti li xtaqet tesprimihom.

“Nixtieq nghid li l-bodybuilding huwa stil ta’ hajja li japplika ghal kulhadd, specjalment meta tidhol sahha.  Ghandha tinqata’ l-mentalità li huwa xi sport ghall-irgiel biss.  Importanti wkoll li b’xi mod jew iehor, kulhadd ghandu jzomm ruhu attiv.  Hemm bzonn ta’ iktar bilanc fl-ikel”.

Fl-ahharnett staqsejt lil Jessica xi pjani futuri hemm fl-agenda taghha.

“Ovvjament kif ghedt qabel li nasal ghal pro-status, li ntejjeb il-physique tieghi u li jkolli connection aktar mieghi nnifsi.  Li nidhol ghal aktar kompetizzjonijiet u nixtieq ukoll li xi darba nippubblika ktieb tar-ricetti.  Xewqa ohra li ilha tberren f’mohhi hija li xi darba jkolli xi fitness centre tieghi fejn inkun nista’ nkompli nghallem l-aerobics”, temmet tghidli Jessica.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Light Rain AM Light Rain / Wind Scattered Showers Scattered Showers PM Showers
7C 10C 9C 9C 11C
Sun Mon Tue Wed Thu

 

Karikatura

 

Faccata