Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Entuzjazmu ghall-Canoeing

E-mail Print PDF
Share

canoeWara li f’dan il-gurnal ippubblikajna intervista ma’ Chris Camilleri li jikkompeti fil-Canoeing kienu diversi l-persuni li baghtu l-mistoqsijiet taghhom ghall-iktar taghrif dwar dan l-isport.

F’din il-harga xtaqna nwasslu iktar taghrif dwar dan l-isport u l-opportunitajiet li jezistu f’pajjizna.

Xi nghidu dwar dan l-isport ? Sintendi, jekk ma thobbx il-bahar, ma jghoddx ghalik, però ahna nghixu fuq gzira u l-maggoranza tan-nies ghandhom il-bahar inkluz fl-istil tal-hajja taghhom b’xi mod jew iehor.

Fil-passat in-nies kienu juzaw il-kenuri ghall-efficjenza, sahha u l-abbilità li tghaggel – probabbli anke missierijietna kienu juzawhom.

Il -canoeing modern huwa aktar sofistikat pero l-affarijiet fundamentali jibqghu l-istess u dawn ghad ghandhom valur kbir mal-federazzjoni tal-Canoeing hawn Malta.

Ftit snin qabel ma’ l-federazzjoni tal-Canoeing hawn Malta bdiet topera, is-Segretarju tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Canoeing kien gie Malta u ra r-regatta tradizzjonali li ssehh f’Settembru. Dan qal lill-ufficjali Maltin li canoeing probabbli jkun sport ideali ghal Malta u stieden lil Malta biex tippartecipa fil-Kampjonati tad-Dinja.

Il-canoeing kien beda f’Malta taht il-kappa tal-YMCA fl-1990 fejn eventwalment evolva ghall-Malta Canoe Union u mbaghad aktar tard, meta waqa’ taht il-kappa tal-Kumitat Olimpiku Malti saret il-Malta Canoe Federation.

F’dawn l-ahhar snin bl-assistenza tal  KOM u ICF il-canoeing hawn Malta kiber sew u qeghdin nippartecipaw f’kompetizjonijiet internazzjonali barra minn pajjizna. Però hemm ukoll opportunitajiet ghal min ma jridx ittellaq jew ghal min jixtieq jaghmel l-isport biss ghall-pjacir.

Diversi dixxiplini

F’temp ta’ 20 sena gew zviluppati diversi dixxiplini li jaqghu taht dan l-isport. Nibdew billi nghidu kelmtejn fuq il-qasam tat-touring. Dan huwa l-iktar mezz komuni li jezisti ghax infatti huwa l-iktar accessibli minn kull naha tal-gzira. Matul iz-zmien dan il-qasam evolva ghal mod professjonali hafna fejn il-qaddiefa jorganizzaw mawriet bil-kenuri taghhom ta’ madwar 25km b’mod regolari.

Sahansitra ma nistghux ma nsemmux li saru diversi qasmiet minn Malta ghal Sqallija bejn l-2008 u 2009 fejn insibu l-ewwel mara li ghamlitha, Nicola Borg Costanzi, kif ukoll grupp ta’ qaddiefa li ghamluha ghall-kawza filantropika, infatti dik biex jingabru flus ghall-Malta Cancer Foundation.
Grazzi ghal numru ta’ voluntiera kif ukoll instructors fi hdan il-federazzjoni tal-Canoeing hawn Malta qeghdin ikunu organizzati iktar attivitajiet biex b’hekk l-isports qieghed isir iktar popolari.

L-iskola sport ilha ghal dawn l-ahhar snin taghmel sea kayaking bhala parti mill-adventure programme taghha. Id-dipartiment tal-isport fi hdan l-MCAST ukoll kull sena jghallem numru ta’ studenti, specjalment dawk li jkunu qeghdin jistudjaw biex jahdmu fil-kamp sportiv biex jsiru kompetenti ukoll f’dan l-isport.

Dixxiplina ohra li ghadha fi stadji bikrin hija dik ta’ canoe polo fejn hawnhekk insibu sport dinamiku li jintlaghab f’timijiet ta’ erbgha jew hamsa min-nies u li tista’ xxebhu ma’ water polo.

Hawnhekk il-qaddiefa jridu jikkoordinaw il- moviment tal-kenura biex iqassmu l ballun bejniethom u eventwalment jiskurjaw go xibka li tkun elevata zewg metri ’l fuq mill-ilma. Dnub però li huwa impossibli s’issa li nippratikaw il-white water canoeing u dragon boat racing.

Sighat ta’ tahrig

Fl-ahhar nett insibu il-qasam tat-tlielaq illi jinvolvi hafna sighat ta’ tahrig fuq l-ilma, fil-giri, kif ukoll fil-gym.

It-tahrig irid isir madwar sitt darbiet fil-gimgha biex l-atleta jkun jista’ jizviluppa fizikament ghat-tip ta’ tlielaq li jsiru. Fix-xitwa jsiru tlielaq fit-tul ta madwar 10-20kilometru u fis-sajf isiru tlielaq f’forma ta sprint u li jkopru distanzi ta madwar 200m, 500m u 1000m.

Dan it-tahrig irid ukoll kundizzjonijiet ideali allura l-atleti jitharrgu fil-marina tal-Imsida. Fix-xitwa isir hafna tahrig fuq l-art fejn isir hafna giri biex tigi zviluppata stamina kif ukoll hafna tahrig fil-gym ghal zvilupp ta’ muskulatura li sintendi hija specifika ghal din id-dixxiplina.

L-aqwa atleti fil-canoeing hawn Malta huma assistiti mill-KOM biex jippartecipaw f’loghob u fit-training camps, però l-KOM jghin ukoll billi jsegwi mill-qrib il-prestazzjoni tal-atleti, jghin billi joffri s-servizzi ta’ psikologa tal-isport, jghin billi jaghti supplements li jghinu lill-atleta jitharreg ahjar, uzu tal-gym, servizzi ta’ tobba u xjentisti.

Ghall-ewwel darba Malta hadet sehem fit-tlielaq tal-500m u 1000m fil-loghob tal-Mediterran li saru gewwa Pescara, l-Italja fil-bidu ta’ Lulju ta’ din is-sena. Malta kienet rapprezentata minn Chris Camilleri li rnexxielu jtejjeb ir-rekord nazzjonali tieghu stess kif ukoll jidhol fil-finali B.

Ghal aktar informazzjoni fuq il-canoeing zuru s-sit – www.maltacanofederation.org.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
20C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata