Wiehed ghad ghandu f’mohhu t-tragedja u l-mewt tal-kollega taghna Clifford Micallef, li personalment u anke l-familja sportiva regghet giet mahsuda minn ahbar ohra tragika dik tal-mewt ta’ Jenny Psaila. Hafna minn Maltin jafu lil Jenny bhala l-mara ta’ Pippo Psaila, però min bhali ghex fl-isport, jaf lil Jenny bhala persuna attiva hafna fl-isport.
Kien hemm diversi drabi fejn jien kont nakkumpanja lill-mara tieghi l-Maghtab meta kienet taghmel programm ghal Education 22 u kont niltaqa’ ma’ Jenny tipprattikka l-isport li hi u l-familja taghha tant kien ihobbu. Kull min kien ikun prezenti hemmhekk seta’ biss jitghallem minn Jenny. Hija kienet xempju ta’ serjeta` kbira fl-isport u kienet tippratikah b’certa passjoni u fuq kollox b’dixxiplina kbira.
Bla dubju ta’ xejn kienet ezempju kbir ghal dawk iz-zghazagh kollha li kienu jiehdu sehem fid-diversi kompetizzjonijiet tal-Malta Equestrian Federation. Min kien jghix maghha f’dan l-isport jghid li hija dejjem kienet tiehu kull haga li taghmel b’attenzjoni u b’serjetà.
Mhux hekk biss, izda anke fuq livell amministrattiv Jenny hadmet hafna sabiex il-Federazzjoni taghmel progress u ssir mhux biss parti integrali mill-familja tal-Kumitat Olimpiku Malti izda anke wkoll membru tal-Federazzjoni Internazzjonali.
Niftakar ukoll lil Jenny meta kienet tiehu sehem ukoll fis-social tournaments fil-Vittoriosa Lawn Tennis Club. Kienu diversi l-okkazjonijiet fejn konna nilghabu f’courts vicin xulxin, niftakar li anke ghal diversi drabi kienet tilghab mal-mara tieghu.
Jenny kienet dejjem bid-dahka fuq wicca però kienet tissielet ghal kull punt bhala vera sportiva. Niftakar ukoll lil Jenny f’diversi okkazjonijiet ohra fl-isport f’okazjonijiet partikolari bhal per ezempju l-MOC Awards. Kienet titkellem tajjeb hafna fuq l-isport u anke b’certa passjoni.
F’ismi u f’isem il-mara tieghi Vicky, l-familja kollha tieghi u l-kollegi shabi, l-kondoljanzi lil Pippo, lit-tfal tieghu Neil u Simon kif ukoll lill-familjari kollha taghhom. J’Alla, l-Mulej jaghti s-sabar u l-kuragg fl-aktar mument difficli fil-hajja taghhom.
Fix-xena lokali ta’ l-isport jidher li huma biss Neptunes u Sliema li qed ihallu lil dan l-isport haj. Sena wara sena dawn iz-zewg timijiet qed jiddeciedu bejniethom min ser jirbah il-Kampjonat. Mhux ser nidhol fil-mertu tal-loghba ta’ nhar il-gimgha ghax bla dubju qrajtu hafna, izda tajjeb li wiehed jaghti prosit liz-zewg settijiet ta’ partitarji li dejjem jaghmlu minn kollox sabiex isebbhu l-pixxina bil-kuluri homor u blu.
Iz-zewg klabbs huma t-tnejn ezempju ta’ serjetà u xhieda ta’ dan huwa l-ammont enormi ta’ plejers li jitilghu mis-settur taz-zghazagh taghhom. L-ASA però trid verament taghmel ezami tal-kuxjenza ghax kull ma jghaddi z-zmien it-timijiet kompetittivi qed jonqsu u mhux jizdiedu.
Xi zmien ilu kienet qed tigi studjata l-possibiltà li biex klabb jiehu sehem irid ikollu tim taz-zghazagh, idea li però ma kienx hemm bizzejjed kuragg biex tigi esegwita. L-ASA ghandha tistudja bis-serjeta’ soluzzjoni biex iktar plejers minn Malta u Ghawdex jersqu lejn il-loghba. U kif qed nitkellmu dwar il-waterpolo, huwa tal-misthija d-diversi stejjer li nisimghu ta’ glied f’loghbiet inferjuri. Ghandu jsir kull mezz biex iz-zghazagh jitrawwmu fi spirtu sportiv u mhux li tirbah akkost ta’ kollox.
Nitkellmu dwar ix-xena internazzjonali u kulhadd kien qed jitkellem matul din il-gimgha dwar l-ammont ta’ rekords mondjali li gew miksura matul l-ahhar Kampjonat Mondjali ta’ l-Ghawm li saru f`Ruma. Hemm ipotesi li qed tinghad minn hafna, li dawn il-hinijiet eccezzjonali ma humiex biss mertu ta’ l-ghawwiema u tal-progress taghhom, izda huma grazzi tal-malji li huma jilbsu li qed jghinu biex jitjiebu l-hinijiet. Dawn il-malji ser jigu mwaqqfa fl-ahhar tas-sena. Tant huma mahduma ezatt li l-atleta biex jilbishom irid l-ewwel jinzel fl-ilma imbaghad jaghlaq l-ahhar parti tal-malja. Ma nistax nifhem kif il-Fedrazzjoni Internazzjonali ippermettiet li dan isir ghax fl-opinjoni tieghi dan huwa mod iehor ta’ uzu illecitu, din id-darba mhux ta’ sustanzi izda ta’ apparat sportiv.
Hija statistika ufficjali li f’kull Kampjonat Mondjali jew loghob Olimpiku jkollok xi rekords miksura, izda li jinkiser rekord kwazi f’kull tigrija hija difficli li wiehed inizzel. Kienu 43 ir-rekords mondjali li gew miksura. Ma tahsbux li dan in-numru huwa eccessiv wisq u ghalhekk ghanda tintalab investigazzjoni?
Finalment nixtieq nawgura liz-zewg kollegi tieghi Catherine Xuereb u Sandro Micallef, li waqt li Sliema kienu qed jilghabu kontra Neptunes, huma kienu qed jiehdu l-aktar pass importanti fil-hajja taghhom meta inghaqdu fis-sagrament taz-zwieg. L-Awguri lilhom ghal snin ohra felici flimkien u anke bhala parti mill-familja sportiva.
Il-gimgha sportiva t-tajba lil kulhadd.

| < Prev | Next > |
|---|






