Nimmagina li huma bosta li semghu bil-kantanta Baby D, jew almenu b’wahda mill-aktar kanzunetti taghha – Let me be your fantasy. Baby D, ghalkemm tghix l-Ingilterra, hija purament Maltija.
Domt hafna nissielet u naghmel certu kuntatti ‘l hemm u ‘l hawn sa ma fl-ahhar inrexxieli nigi b’kuntatt ma’ certu John li jahdem mill-vicin hafna ma’ Baby D u eventwalment irnexxili sa fl-ahhar naghmel kuntatt dirett maghha.
Darba fost ohrajn rcivejt telefonata fuq il-mobile tieghi minghandha stess, fejn tkellimna flimkien sabiex insiru nafu aktar lil xulxin, qabel ma ssir l-intervista propja li hejjejt hawnhekk. Nammetti li kont ftit ecitata hekk kif rajt il-mobile tieghi jteptep b’numru cellolari mill-Ingilterra. Kont naf li mhix kuginti mill-Ingilterra ghall-fatt li taghha huwa storjat. B’hekk assumejt li kienet Baby D. Hekk kien, lehen simpatiku ta’ Baby D jilqaghni fuq il-mobile tieghi. Kliem nofsu Ingliz u nofs Malti, bl-ebda qziez zejjed, ghall-fatt li ovvjament ilha snin tghix l-Ingilterra.
Ghaliex Baby D?
Isimha propja huwa Dorothy Natalie Marie Fearon. Kunjomha ta’ xebba huwa Galdes. Staqsejtha ghaliex ghazlet bhala stage name – Baby D. “Propjament origina ghall-fatt li jiena aktar maghrufa bhala Dee. Apparti hekk, minbarra li ghandi ghal qalbi hafna l-muzika, nhobb ukoll il-babies. Ironikament, kwazi tista’ tghid li fil-bidu nett waqt li kont inkun qed nirrekordja xi diska, kont inkun kwazi dejjem pregnant. U b’hekk originat l-idea li nibda nuza l-istage name Baby D”, spjegatli l-kantanta.
Baby D, minbarra li hija kantanta u mara tad-dar, hija wkoll omm ta’ erba’ ulied. Flimkien mal-familja taghha hija toqghod ftit ’il barra minn Londra, fl-Ingilterra, precizament gewwa Bedfordshire, li kif spjegat hi stess mieghi Bedforshire huwa post kwiet li jinsab imdawwar bil-kampanja.
“Minbarra li nhobb il-kant, inhobb ukoll insajjar u nhobb ukoll il-linja ta’ l-entertaining. Niehu pjacir insiefer. Fil-fatt l-ewwel u l-unika xoghol ta’ hajjti kien dak ta’ travel agent. Passjoni ohra li nghozz ma’ qalbi hija fejn jidhol interior design u dekorazzjonijiet ohra, kif ukoll colour coordinating”, qaltli Baby D.
Timmissja lil Malta
Tkellimt maghha dwar il-konnessjoni taghha ma’ Malta. Fil-fatt ikkonfermatli li kemm missierha u anke ommha huma Maltin.
“Purament nista’ nghid li ghandi demm Malti, u kulhadd minn naha tal-familja tieghi huma Maltin”, sahqet Baby D.
Staqsejtha kull kemm tigi zzur lil art twelidha – Malta.
“Kemm jista’ jkun kull meta nkun nista’, specjalment jekk ikun ser ikun hemm xi okkazjoni specjali familjari. Nammetti li ma nzurx Malta daqs kemm nixtieq, minhabba li l-iskeda tal-kant tieghi tkun mimlija mhux hazin. B’wicci minn quddiem nghid li l-familja tieghi hija specjali ghalijja u nkun nixtieq hafna li nigi Malta aktar ta’ spiss”, sostniet minn qiegh qalbha Baby D.
Memorji sbieh dwar Malta li baqghu jingarru maghha kienu l-aktar ta’ meta kienet tqatta vaganzi twal hawn Malta fis-Sajf. “Qatt ma ninsa z-zmien sabih li kont nqatta mal-kugini tieghi. Kont immur nghum maghhom filwaqt li ma ninsa qatt il-hobz biz-zejt”, qaltli b’certu nostalgija helwa lejn Malta.
Il-memorji taghha ma waqfux hawn meta kompliet tiftakar fiz-zmien li kienet tqatta gewwa lukanda partikolari hawn Malta fejn iz-ziju taghha Nunzio kien jahdem u f’lukanda ohra partikolari fejn iz-ziju taghha Paul kien jahdem ukoll.
“Niftakar konna nizfnu flimkien, fejn ma kinitx tonqos ukoll xi qabza fil-pool tal-lukanda f’xi nofs il-lejl. X’memorji sbieh!!!! Zmien sabih man-nies li thobb qatt ma jista’ jintesa”, sahqet mieghi Baby D.
“Let me be your fantasy”
Iddiskutejt maghha l-karriera tal-kant, specjalment meta fl-era tas-snin disghin kienet ghamlet hoss kbir bil-kanzunetta taghha “Let me be your fantasy”. Fil-fatt niftakarni ferm izghar u digà kont hadt grazzja ma’ din il-kanzunetta. Nammetti nghid ukoll li mhux l-ewwel darba li waqt li nkun ma’ shabi fl-appartament tieghi, nintefghu ndoqqu xi diski minn ta’ Baby D, u li hafna drabi “Let me be your fantasy” tkun il-kanzunetta vittma li tispicca tindaqq xi tlett darbiet infili wara xulxin fl-istess lejla!!!!
“Ghalija “Let me be your fantasy” tfisser hafna ghall-fatt li ghandi diversi memorji sbieh bis-sahha taghha. Fosthom ta’ meta spiccat fl-ewwel post fid-dance charts tas-sena 1992 u anke fis-sena 1994 meta kienet regghet telghet fl-ewwel post fil-kategorija tal-main national charts tant li baqghet tokkupa dan il-post ghal gimghatejn shah. Anke l-fatt li ghadni ghaddejja ndur id-dinja bit-tours tieghi u n-nies tarahom ghadhom jiehdu gost b’din il-kanzunetta, igaghlni nibqa’ nghid kemm hi wahda specjali”, sahqet Baby D.
Ziedet tghidli li kemm-il darba tiltaqa ma’ xi persuni li jirrakontawlha kemm din id-diska hija memorabbli ghalihom, tant li qatt ma tghejja tisma’ dawn ir-rakkonti helwin. Fuq kollox dak hu l-iskop ghaliha li tara persuni kuntenti.
“Ninsab onorata li konna gejna vvutati bhala best dance act fis-1996, fl-ewwel MOBO (Music of Black Origin) Awards. Fil-fatt dan kien l-ewwel MOBO award li qatt inkiseb. “Let me be your fantasy” rebhet ukoll award bhala l-aqwa best tune fl-International Dance Music Awards li kien sar fl-1996. Qatt ma stajt nimmagina x’effett u impatt kienet ser taghmel din il-kanzunetta fuq tant nies li apprezzawha. Ninsab grata lejn dawn il-persuni u li bis-sahha t’hekk kelli l-opportunità li nzur diversi pajjizi filwaqt li ltqajt ma’ hafna persuni interessanti”, kompliet tghidli Baby D.
Fuq nota differenti, staqsejt lil Baby D kif tkun tipikament gurnata normali ghaliha.
“Jekk ikun il-weekend inhobb nitghazzen xi ftit fis-sodda. Il-kumplament dak kollu li jinvolvini fi quality time mal-familja u hbieb tieghi. Dan ivarja minn xi gurnata fuq il-beach, jew xi theme park jew anke gieli norganizzaw xi barbeque fil-gnien. L-aqwa li l-gurnata nispiccaha b’xi ikla tajba, b’xi cajta ‘l hemm u ‘l hawn u ma jonqosx il-hafna nbid”, tbissmet Baby D.
B’kurzità ridt inkun naf ukoll kif normalment tilbes fil-granet normali ta’ kuljum.
“Fuq bazi ta’ kuljum inhobb nilbes hwejjeg casual u li huma komdi bhal tracksuits jew jeans. Ovvjament imbaghad meta nkun hierga, bhalma jaghmlu l-maggoranza tas-sess femminili, I love to dress up!! Xi takkuna u dik il-haga spikkanti ma tonqosx.”
Fl-ahharnett tlabtha taqsam mieghi u maghkom il-qarrejja tal-KullHadd x’tixtieq jew biex nghid hekk x’tohlom ghall-futur taghha.
“L-aktar haga li nohlom dwarha u li nixtieq hija li dawk ta’ madwari u li l-aktar li nhobb jibqghu f’sahhithom bl-aktar zmien possibbli kemm jista’ jkun. Holm iehor li nixtieq huwa li nibqa’ ghaddejja aktar bil-kant tieghi, kemm jista’ jkun mad-dinja kollha. Holma ohra li nohlom fuqha hija li nara lit-tfal tieghi kuntenti u ssetiljati fil-karriera mixtieqa taghhom, u fuq kollox biex igibuli hafna neputijiet. Xi haga li tirritani hija li ma nibzghux ghall-pjaneta taghna daqstant. U jekk fid-dinja jirrenja l-paci dik tkun verament bonus kbir li kont ili nohlom fuqha,” temmet tghidli Baby D.

| < Prev | Next > |
|---|






