Wahda mill-problemi kbar, specjalment fil-qasam ta’ l-edukazzjoni hija dik tal-bullying fejn tfal jigu tratti hazin minn tfal ohra, permezz ta’ swat, theddid u anke kliem dispregattiv. Hafna drabi whud minn dawn it-tfal ibatu fil-kwiet u jibzghu jghidu lill-ghalliema jew lill-genituri taghhom dwar dak li jkunu ghaddejjin minnu.
Dan l-ahhar minn mistoqsija parlamentari li saret minn Anthony Agius Decelis (PL) sar maghruf li minn Settembru 2008 sa Gunju 2009 kienu rreferuti 286 kaz lill-Unit Kontra l-Ibbulljar fi hdan is-Servizzi ghall-Istudent.
Dawn kienu mqassma hekk:
Kulleggi
Sta Margarita 16
San Benedittu 19
San Gorg Preca 58
Sant Injazju 38
Santa Klara 31
Maria Regina 19
San Nikola 23
Santa Tereza 28
San Tumas More 28
Ghawdex 2
Skejjel tal-Knisja 22
Skejjel Indipendenti 2
Il-Ministru ta’ l-Edukazzjoni, Dolores Cristina, qalet li dawn il-kazijiet gew referuti minn genituri li wliedhom jattendu f’dawn il-kulleggi.
Ma nafux ghaliex il-Ministru ghamlet emfasi li dawn ir-rapporti saru mill-genituri minghajr ma qalet jekk kienx hemm kazijiet li tressqu min-naha ta’ l-ghalliema. Ma nistghux nemmnu li ma kien hemm l-ebda rapporti min-naha ta’ l-ghalliema jew kapijiet ta’ l-iskejjel. Veru li hafna mill-kazijiet ta’ bullying li jsiru jafu bihom l-ghalliema u l-kapijiet ta’ l-iskejjel hafna drabi jigu tratti mill-istess ghalliema u kapijiet ta’ l-iskejjel, izda possibbli ma kien hemm l-ebda kaz li kien jehtieg li jigi rraportat lill-Unit Kontra l-Ibbulljar? J’Alla ma kienx hemm.
Rimarka ohra hija dwar il-fatt li jekk wiehed jaghti daqqa t’ghajn lejn minn liema kulleggi gew ir-rapporti, jsib li fil-fatt dawn il-kazi huma mifruxa ma’ kullimkien u ma jispikkawx f’dawk il-lokalitajiet li s-soltu jinkiteb hafna dwarhom.
Childcare
Ghal darb’ohra l-Kummissjoni Ewropeja tad-Direttorat tal-Impjiegi, Affarijiet Socjali u Opportunitajiet Ugwali fir-rapport taghha dwar il-provvediment tal-servizzi ghat-tfal zghar (childcare) qed tikkritika lill-awtoritajiet Maltin ghan-nuqqas ta’ servizz xieraq f’dan il-qasam.
Ir-rapport jghid li f’Malta dan is-Servizz “virtwalment ma jezistix”. L-istess rapport jghid li minkejja l-hafna kliem li inghad mill-awtoritajiet Maltin dwar dan is-servizz s’issa ma sar l-ebda attentat biex tigi stabilita politika nazzjonali dwar dan is-servizz. Sakemm qed niktbu ma kien hemm l-ebda reazzjoni min-naha ta’ l-awtoritajiet Maltin.
Il-Malti
Mhux darba u tnejn ktibna dwar kif fil-media certu nies ikissru l-ilsien Malti. Kull ma jmur inkomplu nisimghu min jigi jitkellem dwar prodotti u jispjega dwar xi servizzi u jispicca mhux kapaci jesprimi ruhu bil-Malti. Ghandna kif smajna lil xi hadd fuq stazzjon ta’ Televizjoni jitkellem dwar in-“nails” . “Nails” tiela’ u “nails” nizla. Possibbli din ma tafx li bil-Malti ghanda l-kelma difrejn. Din zgur li ma tistax iggib l-iskuza li l-ilsien Malti fqir ghax f’dan il-kaz l-Inglizi ghandhom l-istess kelma ghall-imsiemer u difrejn.
Izda dan mhu xejn hdejn dak li deher fuq l-istazzjon nazzjonali taghna fejn gew reklamat:
‘Korsijiet dwar il-Cummerc’, U tafu minn kien qed jaghmel dan ir-reklam? L-Università ta’ Malta flimkien mal-Ministeru ghal Ghawdex.
L-inkjesta ghadha sejra
Tassew kienet f’waqtha l-istorja ta’ Owen Galea dwar l-inkjesta dwar ix-xiri tal-uniformijiet. Hija tassew tal-misthija li r-rapport dwar din l-inkjesta li suppost kien lest qabel is-sena skolastika li ghaddiet, anqas biss gie ppubblikat sa tmien l-istess sena. U issa li, digà ghadda aktar minn xahar mill-vaganzi tas-sajf, ftit hemm tama li, anke jekk jigi ppublikat dan ir-rapport, dan fil-fatt se jaffetwa x-xiri ta’ uniformijiet, kotba, ecc, meta l-genituri dalwaqt jibdew jahsbu biex jixtru l-htigijiet ta’ l-iskola ghal uliedhom.
Aktar u aktar meta nafu li kull rapport li jigi ppubblikat kwazi dejjem jiehu xhur biex ir-rakkomandazzjonijiet tieghu jigu mplimentati.

| < Prev | Next > |
|---|






