Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

F’nofs Awwissu

E-mail Print PDF
Share

stefan_zrinzoZmien li norbtuh ma’ mistrieh ghal bosta. Ritmu xi ftit imnaqqas fl-attività izda ghal xi oqsma f’pajjizna, dan iz-zmien, normalment, joffri opportunità ghal aktar xoghol. Ix-xejriet ta’ din is-sena jidhru kemm xejn differenti partikolarment fejn is-soltu l-attività ekonomika tizdied.

Pajjizna, f’dawn iz-zminijiet jilhaq l-ghola livelli fis-settur tat-turizmu. Minn dak li qed jinghad, il-livelli mixtieqa m’humiex se jintlahqu u bosta qed jesprimu l-preokkupazzjoni taghhom f’dawn ic-cirkostanzi. It-tnaqqis fi zmien bhal dan m’huwiex sinjal sabih u jehtieg li jkollna riflessjoni serja kif dan is-settur daqstant importanti ghal pajjizna nindirizzawh ghal li gej.

Hemm diversi fatturi li wiehed irid jara biex jifhem x’qed iwassal ghal dawn ir-rizultati. Is-settur privat jidher li qieghed jaghmel il-parti tieghu u zgur li ghandu kull interess li jara li l-investiment li ghamel jirrendi u jzomm il-valur tieghu. Mhux l-istess jista’ jintqal min-naha tal-entitajiet governattivi li huma responsabbli minn dan is-settur. Jista’ jsir hafna izjed u jehtieg li jsir hafna izjed.

M’huwiex bizzejjed li nippruvaw nikkonvincu lin-nies li qed isiru t-tentattivi mehtiega biex inharsu t-turizmu f’pajjizna.

L-ewwel pass, fil-fehma tieghi, huwa li naraw jekk il-metodi li rrendew fil-passat humiex il-metodi li jistghu jirrendu ghall-futur.

Jehtieg naraw x’inhuma dawk il-fatturi li qed jaghlqu l-bibien lil dawk li jixtiequ jzuruna jew dawk il-fatturi li qed jaghmluha aktar difficli lil dawk li jixtiequ jigu jzuru lil pajjizna.

Fattur iehor importanti hu li jehtieg nifhmu x’inhuma dawk ir-ragunijiet li jehtieg li nipprezentaw lill-potenzjal turist biex jaghzel lilna milli jaghzel lil xi pajjiz iehor. Jehtieg nivvalorizzaw aktar dak li ghandna x’noffru u li jaghtina competitive advantage fuq haddiehor. Zgur li x-xemx u l-bahar biss m’humiex bizzejjed.

Wiehed irid jaghrbel wkoll il-possibilitajiet ta’ koperazzjoni ma’ regjuni u pajjizi qrib taghna bhala opportunità ohra kif nistghu inzidu r-ritmu li, b’xorti hazina ghalina, huwa hafna aktar baxx minn dak li huwa mehtieg.

Is-settur tat-turizmu, inbena bis-sahha tal-kuragg li kellhom diversi pijuniera li raw il-potenzjal ta’ pajjizna u investew hilithom u gidhom biex jibnu dan is-settur.

L-ghajnuniet u s-sens qawwi ta’ direzzjoni li taw gvernijiet passati, wasslu biex pajjizna jahsad il-frott tas-success ta’ dan is-settur.

Jehtieg li jkollna bidla fid-direzzjoni attwali ghal dan is-settur li tista’ tibda billi mill-gdid, tinbena sinergija shiha bejn min qieghed imexxi u kull partecipant f’dan is-settur li mill-gdid qieghed jistenna li jkun hafna aktar imhabbat milli kien din is-sena.

Tigdid

Sena ilu, il-Partit Laburista kien nieda process ta’ tigdid fi hdan l-istrutturi tieghu. Process li involva lil hafna nies fi hdan il-partit izda li ta widen wkoll lil dawk kollha li xtaqu jaghtu l-kontribut taghhom fit-tigdid u tishih tal-partit. B’decizjoni tal-Ezekuttiv Nazzjonali, l-istatut il-gdid tal-partit dahal fis-sehh fl-1 ta’ Awwissu 2009 u huwa accessibbli fis-sit tal-internet.

Din il-fazi ta’ tigdid fl-istrutturi tal-partit issa tissokta meta mix-xahar id-diehel, meta jergghu jigu eletti l-kumitati lokali tal-partit, jigu introdotti l-karigi u l-hidmiet godda mahsuba ghal kumitati taghna. Tibda wkoll hidma gdida fil-livelli l-ohra frott tal-progess ta’ tigdid li wettaq u se jkompli jwettaq il-Partit Laburista biex joffri l-ahjar servizz politiku possibbli.

Grazzi

Nixtieq nirringrazzja lil dawk kollha li b’xi mod jew iehor urew is-soghba u s-solidarjetà mal-familja tieghi fit-telfa ta’ omm missieri Mary Connie Zrinzo nhar it-Tnejn l-ghadda.

Il-familja tieghi tixtieq turi l-apprezzament sincier lil dawk kollha li b’xi mod jew iehor kienu prezenti maghna f’mument ta’ telfa. Grazzi.

www.zrinzo.info

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
20C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata