Fi zmien il-vaganzi, specjalment f’Malta kulhadd jiprova jiffriska xi ftit. Il-bahar hu wiehed mis-soluzzjonijiet facli ghalkemm din is-sena rega’ ghandna invazjoni ta’ bram.
Izda ghal hafna l-bahar mhux xi soluzzjoni. Hemm dawk li ma jistghux johorgu u hafna ohrajn li ma jhobbux il-bahar. Izda anqas tista’ toqghod fil-bahar il-gurnata kollha u ghalhekk id-dar trid tkun mod kif wiehed izomm lilu innifsu frisk kemm jista’ jkun. Xi fan jista’ jaghmel ftit mix-xoghol izda dan zgur mhux is-soluzzjoni ghalhekk il-poplu Malti aktar ma jghaddi z-zmien aktar qed jirrikorri ghall-arja kundizzjonata. Il-problema tinholoq ghall-fatt li illum biex izzomm wiehed trid thallas kontijiet esagerati ghad-dawl li tuza.
Id-dawl u anke l-ilma saru l-aktar zewg suggettti li qeghdin jinkwetaw lill-poplu. Mhux facli tibqa’ tghix kif kont ftit tax-xhur ilu u illum fiz-zmien ta’ shana qalila trid tara kif taghmel biex tiffranka, kemm l-ilma kif ukoll id-dawl.
Biex tkompli tghaxxaqha ghola ukoll il-gass li personalment nemmen li mhux ser jinhass bhalissa izda fi ftit xhur ohra meta tinqaleb it-temperatura. Il-mistoqsja hi wahda semplici, imma il-poplu jiflah dawn iz-zidiet? Mhux ser nipprova nirrispondi izda nghid biss li huma hafna dawk li gurnata wara l-ohra qeghdin juru li mhux facli izzomm l-istess mod ta’ ghixien li kienu imdorrijjin bih. Mhux qed nirreferi ghal hela, dik hazina anke jekk ikollok il-flus x’tahli, izda meta wiehed jipprova jnaqqas mill-konsum irid jara li kemm jista’ jkun ma jbatix hu u familtu.
U fl-Ewropa!? Ftit tax-xhur ilu r-residenti ta’ Brussell ircevew ittra li fiha kien spjegat li l-kumpanija li tissuplixxi l-gass sejra taqleb ghal sistemi ta’ gass nadif u li jekk trid int ukoll taqleb ghal din is-sistema kull ma trid taghmel hu li timla semplici formola u tibaghtha lura.
Dan mhux biss izda biex ihajruk taghmel din il-bidla ghamlu ukoll incentiv. Rohs ta’ 15%. Mela filwaqt li pajjizna d-dawl, l-ilma, il-gass u anke il-fuel dejjem joghlew, f’pajjizi ohra ta’ l-UE il-prezzijiet ta’ dawn is-sorsi hekk bzonnjuzi ghall-ghixien qed jorhsu.
Biex tkompli tghaxxaqha fil-waqt li kulhadd qed jitkellem dwar ‘green energy’ u kif nistghu nahdmu biex inhammgu anqas, f’Malta nisimghu li inghata kuntratt ghal power station gdida li minbarra li ser jiswa l-miljuni ser ihammeg ferm aktar. Tghid la tkun lesta din il-power station nergghu nghollu l-prezz tad-dawl.
Ma nafx, imma donnu dawn l-affarijiet jigru f’Malta biss! Dak li ghal pajjizi ohra jidher facli u skond il-logika, f’Malta isir ezatt il-kontra. L-importanti hu li naraw kif nistghu naqtghu qalb il-poplu biex jikkonsma anqas billi nghollu, nghollu u nghollu. Il-poplu ma jiflahx aktar. Tipprova taghmel dak kollu possibbli biex tiffranka izda mhux bizzejjed.
Iz-zieda fic-cilindri tal-gass wehidha tista’ ggib maghha zieda ta’ Euro fil-gimgha ghal minn juza 12-il cilindru f’sena. Mhux facli tkompli tghix. Dalwaqt jasal il-bagit u mieghu tigi l-famuza zieda ta’ l-gholi tal-hajja. Tinsewx li din hi biss kumpens ghas-sena ta’ qabel u jidher car li din is-sena anqas ser tkun bizzejjed biex taghmel tajjeb ghaz-zieda esagerata li kellna fil-prezz ta’ l-energija.
Mank konna veru membri ta’ l-Unjoni Ewropea.

| < Prev | Next > |
|---|






