Bla dubju ta’ xejn l-ahbar principali matul din il-gimgha tigi mill-waterpolo fejn nhar il-Gimgha li ghaddiet Sliema rebhu l-31 titlu fl-istorja glorjuza taghhom.
Kampjonat li ma kienx wiehed facli bhal ma kien l-istagun li ghadda, anzi kien wiehed kumbattut, fejn hafna kienu qed ipoggu lil Neptunes favoriti. Iktar kemm beda jghaddi z-zmien però Sliema regghu qabdu ritmu impressjonanti u bdew jirbhu loghba wara ohra, anke dawk decizivi kontra Neptunes.
Mertu ta’ kumitat serju mmexxi mill-president Michael Gatt, mertu ta’ l-istaff tekniku mmexxi mill-kowc bravu Sergio Afric, u mertu wkoll ta’ plejers b’tahlita ta’ plejers zghazagh ma’ ohrajn veterani lokali u anke barranin maghzula ezatt biex it-tim ikun wiehed komplet.
Plejers li hadu responsabbiltà meta kien hemm bzonn, laghbu b’mod individwali u ghamlu wkoll sagrificcju meta kien hemm bzonn. Bla dubju rridu nsemmu wkoll lill-gowlkiper li wera li ghalkemm iz-zmien ghaddej xorta jibqa’ koncentrat u determinant meta jkun hemm bzonn. Fuq kollox dan kien titlu iehor fl-istorja ta’ Sliema mill-aktar meritat. U jekk ikun hemm ir-rebbieha jkun hemm ukoll it-telliefa li ghat-tieni sena infila kienu Neptunes.
Tim li wkoll huwa wiehed komplet però spiss ifalli fil-mumenti importanti. Neptunes ukoll kellhom kollox, fosthom kowc fost l-aqwa fl-Ewropa, però ghalkemm kellhom bidu tajjeb, naqsu mir-ritmu, biex l-ahhar sfida ma’ Sliema kienet tmiem ta’ speranza. Tajjeb ukoll kif qed nitkellmu fuq il-waterpolo naghtu l-prosit ukoll lil Exiles li rebhu l-kampjonat tat-tieni divizjoni.
Tim ukoll li fl-ahhar snin dejjem tella’ zghazagh interessanti li hemm bzonn hafna minnhom ghall-gid tal-loghba tal-waterpolo, li ghalkemm hija sabiha u spettakolari, hawn Malta qed tnaqqas mill-popolarità. U issa fin-Knock Out, il-gimgha li gejja tibda sfida ohra li terga’ tara lil Sliema u Neptunes favoriti, però kif jigri spiss f’din il-kompetizzjoni, anke l-outsiders Sirens u San Giljan jistghu jidhlu bic-cans, ghax fuq loghba wahda jigri kollox.
Ghamlu ahbar ukoll it-timijiet tal-futbol nazzjonali Maltin li t-tnejn rebhu konfronti ta’ hbiberija fuq livell internazzjonali. Ma tigrix ta’ spiss li jkollna lit-timijiet nazzjonali kollha johorgu rebbieha, però meta tigri, wiehed jiehu ftit tar-ruh. Kienet l-ewwel rebha fid-debutt ta’ John Buttigieg bhala kowc, rebha 2-0 kontra l-Gorgja ta’ Hector Cuper, u kienet l-ewwel rebha ghal kowc ta’ taht il-21 sena Edwin Camilleri, 2-1 ma’ l-Albanija. Zewg rizultati li jaghtu kuraggg lill-futbol Malti li bla dubju kien ghaddej minn zmien difficli. Din kienet ukoll konferma li l-Maltin jistghu jiksbu rizultati anke kontra ta’ barra, kif wara kollox din is-sena ghamlu l-klabbs Maltin fl-Ewropa; b’Valletta b’mod specjali, izda anke t-timijiet l-ohra jaqtghu figura tajba. Rajna l-loghba kontra l-Gorgja u ghalkemm it-tim kellu diversi plejers nieqsa, Malta xorta tat wirja tajba u mhux hekk biss, izda wriet determinazzjoni li mhux normali narawhom f’loghbiet ta’ hbiberija.
Barra minn hekk rajna zewg gowls ta’ Michael Mifsud. Vera li kulhadd kien kuntent li rebhet Malta, però jien kont kuntent ukoll li skorja Michael. Kif tafu kollha, l-gowls jaghmlu l-hoss u nahseb zewg gowls kontra l-Gorgja swew tajjeb biex Mifsud jghaggel biex issib klabb. Il-Hamis griet l-ahbar li Michael kien ser jiffirma ma’ Valletta. Wiehed jiehu pjacir li jara plejers ta’ livell gholi fil-futbol Malti u bla dubju kien isahhah iktar lil Valletta li digà huma tim b’sahhithom hafna. Però wiehed jiehu pjacir iktar li plejers Maltin imorru jilaghbu jew inkella jibqghu jilaghbu barra. Ta’ 28 sena Michael nahseb jinsab fl-ahjar tal-karriera tieghu u ninsab perswaz li huma diversi l-klabbs li jridu s-servizzi ta’ plejer veloci, b’xutt b’sahhtu u preciz. Nawgura li Michael issa li ser jibdew l-kampjonati ma jdumx ma jsib klabb.
Lura ghall-koppja Buttigieg u Busuttil. Kelli x-xorti ghal diversi drabi li narahom jilaghbu, nitkellem maghhom u naghmlilhom intervisti. Kienu zewg plejers u issa kowcis ta’ ftit kliem izda ta’ hafna fatti. Bnedmin ta’ veru bl-isperanza taghna tkun dik li jkunu kowcis ta’ veru ghall-gid tal-loghba Maltija. U jekk dan kien il-bidu, allura nistennew affarijiet isbah fiz-zmien li gej.
Lura ghall-ahbar li harget ftit gimghat ilu izda li bi zvista hallejtha barra mill-kummenti tieghi. Nixtieq nitkellem fuq il-medalja tad-deheb u tal-fidda li kiseb Mario Bonello fil-Kampjonati Mondjali Masters. Jidher li dan ir-rizultat ftit li xejn inghata importanza mill-midja Maltija li kienet iktar mehdija b’ahbarijiet ohra.
Kienu rizultati eccellenti u mhux hekk biss, izda anke l-hinijiet kienu eccellenti. Bonello huwa atleta serju hafna u r-rizultati li kiseb fil-Finlandja u dawk f’Cipru fil-loghob tal-pajjizi z-zghar huma ta’ ezempju ghal hafna atleti li qed jiehdu l-atletika bis-serjetà. U kif qed nitkellmu fuq l-atletika. Il-bierah bdew il-Kampjonati Mondjali f’Berlin. Ghaxart ijiem ta’ spettaklu u nisperaw ukoll li jkollna ghaxart ijiem ta’ rekords mondjali.
Bla dubju nergghu naraw l-atleti ta’ kulur jiddominaw fl-isprints, l-atleti mill-Afrika fuq distanzi twal u naraw fejn jistghu jaslu l-Ewropej li qed ikollhom diffikultajiet biex izommu l-pass mal-bqija tad-dinja. Kif qed nitkellmu fuq ir-rekords, zgur li mhux ser ikollna rekords daqs kemm kellna fl-ghawm, ghax ghall-kuntrarju ta’ l-ghawm, fl-atletika ghadhom ma vvintawx zraben bhall-malji li jghinu lill-atleti fil-prestazzjonijiet taghhom.
Ippermettuli wkoll nifrah u nawgura lill-koppji hbieb tieghi li inghaqdu fis-sagrament taz-zwieg. Dawn huma l-kaptin tat-tim nazzjonali tal-baskitbol femminili Caroline Fenech u l-kowc nazzjonali tac-Ciklizmu Jack Schiavone.
F’ismi personali u nahseb f’isem ukoll l-isportivi kollha, l-awgurju ghal snin ta’ hena flimkien.

| < Prev | Next > |
|---|






