Ghalkemm l-iskor jista’ jindika li Sliema kellhom xi rebha facli fuq it-tim ta’ Vittoriosa Stars, dan ma kienx il-kaz, hekk kif it-tim ta’ Stephen Azzopardi kien iffaccjat bi sfida iebsa minn dan it-tim li kien qieghed jilghab l-ewwel loghba fil-Premier wara l-promozzjoni miksuba s-sena l-ohra.
Fit-tim tal-Birgu li kellu l-mumenti tajba tieghu inhasset in-nuqqas ta’ esperjenza filwaqt li Sliema kienu ispirati minn Ryan Fenech li kien qieghed jiddebutta fil-kampjonat bil-flokk celesti u blu. Fenech mhux biss skorja l-ewwel gowl izda kellu wkoll sehem importanti fit-tieni wiehed.
Ta’ min jghid li Sliema jidhru li digà ingranaw bil-plejers jifhmu lil xulxin b’mod tajjeb hafna. Min-naha l-ohra t-tim tal-Birgu zgur se jaghti loghob tajjeb kontra kull avversarju u jekk jirrepeti l-loghob tal-bierah zgur mhux se jcedi malajr.
Intant kienu Vittoriosa li kellhom l-ewwel azzjoni denja ta’ nota. Fit-12-il minuta Vittoriosa kellhom korner moghti minn Brincat li gie kklerjat qasir bil-ballun imur ghand Vucanac li x-xutt tieghu gie devjat f’korner. Mill-istess korner l-ballun mar ghand Muscat li xxuttja ftit barra.
Freekick ta’ Ciantar ghas-Sliema ghadda ftit barra.
Korner iehor ta’ Brincat ghal Birgu gie ghand Hrubsa li x-xutt tieghu gie kklerjat qabel seta’ jintercetta l-gowler Agius.
Fid-39 minuta korner ta’ Muscat u Bonello ppancja b’diffikultà. Zewg minuti wara xutt imkaxkar ta’ Faella ghadda ftit gholi biex fil-hin mizjud Sliema marru fil-vantagg. Fl-46 minuta azzjoni personali ta’ RYAN FENECH li baqa’ jippersisti, evita zewg plejers u tefa’ fir-rokna tax-xibka.
It-tieni taqsima fethet bi Sliema fuq l-attakk u wara biss hames minuti rdoppjaw.
Fil-fatt fil-50 minuta kellna gmiel ta’ gowl ghal Sliema meta minn pass moghti minn Ryan Fenech, Ivan Woods gheleb in-nasba ta’ l-offside, anticipa l-harga tal-gowler Bonello u bi precizjoni ghamel l-iskor 2-0 favur it-tim ta’ Stephen Azzopardi.
Zewg minuti biss wara kellna azzjoni tajba ghal Birgu. Kienet harga hazina tal-gowler Agius, il-ballun gie ghand Hrubsa li xxutja tajjeb izda sab lil Dronca jaqla’ l-ballun minn fuq il-linja.
Fid-69 minuta azzjoni ta’ JP Mifsud Triganza li mil-lemin fajjar xutt li gie salvat linja minn Pierre Aquilina, bl-azzjoni kompliet u Alex Muscat tefa’ ftit barra.
Fil-71 minuta kienet azzjoni ohra ghal Sliema. Kien xutt tal-plejer tas-sena u eks Hibernians, Clayton Faella, li Bonello salva f’korner.
Ghaddew disa’ minuti biex assistejna ghal azzjoni ohra, din id-darba favur Vittoriosa. Korner ta’ Mauro Brincat, daqqa ta’ ras ta’ Isaac u save tajjeb tal-gowler Agius.
Fit-84 rega’ kien kross mix-xellug ta’ Mauro Brincat, izda d-daqqa ta’ ras ta’ Isaac li marret gholi.
Tliet minuti wara kien hemm pass ta’ Miguel Ciantar, li dahal flok Woods, Faella dahal fil-kaxxa izda minn qaghda tajba tefa‘ barra.
Minuta mit-tmiem Sliema ghamlu l-iskor 3-0. Kien kross fil-baxx ta’ John Mintoff dahal Miguel Ciantar u spara fis-saqaf tax-xibka bil-gowler Bonello ma jkollux cans.
Kif mistenni Sliema qeghdin juru minn issa li se jkunu sfidanti serji ghall-kampjonat.
Illum jidhlu fl-azzjoni c-champions Hiberninas li jiltaqghu kontra Marsaxlokk. Hibernians tilfu zewg pedini importanti fi Clayton
Faella u Terrence Scerri u ghalhekk wiehed jistenna biex jara x’tattika se jkun qieghed juza Mark Miller.
Skurjaw: Ryan Fenech (S) (46), Ivan Wood (S) (50), Miguel Ciantar (S) (87)
SLIEMA W: Agius, Muscat, Azzopardi, Mifsud, Fenech, Mifsud Triganza (Gatt Baldacchino 77), Bartolo (Mintoff 61), Woods, (M Ciantar 66) Dronca, Ciantar, Faella.
VITTORIOSA S: Bonello, Micallef (Camilleri 79), Aquilina, Vucanac, Hrubsa, Chetcuti, Formosa (Spiteri 59), Brincat, Muscat, Vella (Scerri 64), Isaac.
REFEREE: Kevin Azzopardi
PLEJER TAL-LOGHBA: Ryan Fenech
Ritratt: Fabio Pace

| < Prev | Next > |
|---|






