L-intervista tal-lum kienet ilha mahsuba ftit mhux hazin, permezz ta’ kuntatt li ghadditli habiba tieghi li tahdem fil-qasam ta’ l-arti. Bejn daqqa ma’ jistax hu, daqqa jiena, fl-ahhar waslet il-gurnata ta’ l-appuntament tieghi mieghu fid-dar tieghu f’Wied il-Ghajn.
Insibu jistennini barra u wara li pparkjajt, stedinni nidhol gewwa fl-istudjo tieghu. Qed nirreferi ghal Patrick Dalli. Mal-ewwel stajt ninnota kolezzjoni shiha ta’ arti varji, kif ukoll xi ftit skultura minn tieghu stess. Arti li jhalluk ticcassa lejhom u taprezzahom. Aktar ma nitbieghed ’il boghod minnhom aktar johrog id-dettall taghhom.
Ftit tas-sekondi wara, giet tilqaghni l-mara tieghu, d-Deputata Laburista Helena Dalli fejn ghamlet madwar hames minuti titkellem maghna qabel ma kellha tmur tattendi ghal xi avveniment b’risq il-karità.
Patrick mal-ewwel dahhalni fix-xenarju ta’ l-arti tieghu, waqt li beda jispjegali aktar dettalji u stedinni nqatta hames minuti nara u nifli l-arti tieghu qabel ma nibda l-intervista tieghi bid-domandi li kont preparajt ghalih. Kif qalli hu stess, zidt u bdilt xi domandi li kont ippreparajt, ghax eventwalment malli bdejt nitkellem mieghu zviluppajna certu diskussjoni interessanti f’dik li ser taqraw hawn taht. Sadanittant Patrick fetah flixkun inbid tajjeb filwaqt li ferrali tazza. Nghid id-dritt il-qatra nhobbha, però din id-darba qghadt ftit lura, almenu sakemm spiccajt din l-intervista!!!!
Patrick ghandu 54 sena. Ghalkemm joqghod Wied il-Ghajn, kif qalli hu stess huwa jsejjah lilu nnifsu prodott tal-Gudja. Mizzewweg b’zewgt itfal subien, u ovvjament bhala passatempi ghandu l-arti. Patrick l-aktar li jhobb ipingi huma figuri umani, u jhobb ukoll il-portraits. Jghid li l-arti hija t-tfal tieghu, filwaqt li tarahom dejjem esposti mikxufin gewwa l-istudjo tieghu.
L-arti tirrifletti l-karattru tieghu
Mitlub jiddeskrivi lilu nnifsu, Patrick wegibni hekk. “Jien hu dak li qed tara. M’hemm xejn izjed, u m’hemm xejn mohbi. Dak hu jien. Bniedem ta’ zaqqi f’fommi li l-arti tirrifletti l-karattru tieghi stess.”
Ta’ min jghid li Patrick huwa negozjant u pittur. Qed nuza l-kelma pittur ghax Patrick ihobb ihalli lil haddiehor jiggudika min hu vera artist, u li fi kliemu l-vera artisti f’Malta tghoddhom fuq subajk. B’hekk staqsejtu jispjegali d-differenza ghalih bejn ix-xoghol tieghu ta’ kuljum ikkomperat ma’ l-arti.
“Totalment differenti. L-arti tghini fin-negozju ghaliex hija terapija. Fil-fatt, mill-hamsa ta’ filghaxija ‘l hemm, il-granet niddedikahom ghall-arti.”
Peress li Patrick ihobb ipingi figuri umani li stajt ninnota hafna minnhom ipingihom bla hwejjeg, bla ma ridt staqsejtu is-sitwazzjoni waqt dawk il-mumenti kif tkun. Imbarazzanti? Normali? “
Kif qed tinnota, figuri umani inpingi kemm nisa u anke rgiel. Ghalija dak il-hin inkun qed inpingi bicca laham li qed nara quddiemi. Li jinteressani huwa li nkun kapaci nitrasferixxi dak li ghandi quddiemi ghal fuq it-tila. Il-persuna li jkolli quddiemi mportanti li trid tghini hafna. Jigifieri trid tkun komda bilqeghda u hafna aspetti ohra. Ma naccettax persuni li biex nghid hekk jigu ghandi sabiex jghixu gurnata b’gurnata. Niddejjaq ukoll meta naqla’ certu kummenti fuq il-pittura tieghi bhal x’gisem ghandha dik, jew x’gisem ghandu dak!!! Kummenti bhal dawn idejjquni. Mela jien qed inpingi biex johrog il-gisem? X’kummiedji huma dawn?!
“Wara kollox hemm distinzjoni qawwija bejn gharwenin u pittura ta’ figura umana”, beda jghidli Patrick.
“Ghalija dak li qed nara quddiem ghajnejja huwa oggett li jien ser ninterpretah fuq it-tila, tista’ tkun figura umana u tista’ tkun bicca hobz, m’hemmx differenza”, zied jghidli.
Fuq l-istess nota, Patrick jinnota u jaf sew li certu persuni jiddejqu li jkollhom xi bicca pittura bhat-tip li jpingi hu. Ir-raguni hi li hawn min ihossu skomdu. Bla dubju ta’ xejn din hija mentalità li jehtieg tinbidel mill-aktar fis possibbli.
Mistoqsi minn fejn isib il-kuntatti ta’ persuni li jkunu jixtiequ jigu mpittra minn Patrick, wegibni, “Dik l-inqas problema ghalija. Generalment dan isir by word of mouth. Uhud minnhom anke jkunu jpingu huma stess.”
Interessanti hawn li harget minn din l-intervista, fejn Patrick fakkarni fiz-zmien ta’ bejn is-snin hamsin sas-snin tmeninijiet – zmien fejn in-nudo l-anqas kien jezisti hawn Malta, jew li kien hawn ha nghid hekk kienu maghmulin bil-mohbi. Fil-fatt in-nudo hareg f’Malta wara s-snin disghin. “Kien Anton Calleja li mbotta li terga’ tidhol din it-tip ta’ arti f’Malta. Illum hawn hafna aktar gharfien u accettazzjoni ghal dan il-generu ta’ arti, tant li l-ahhar esebizzjoni tan-nudo fetahhieli qassis”.
Definizzjoni tal-kelma artist
Ma’ Patrick iddiskutejt id-definizzjoni propja tal-kelma artist, peress li fil-bidu huwa enfasizza dwar il-fatt li huwa jsejjah lilu nnifsu pittur.
“Iz-zmien jiddeciedi wahdu. Jien inhalli lil haddiehor jiddefinixxi jekk jien hux pittur jew artist. Però nghid haga li mhux ghax persuna taqbad pinzell jew ghamlet esebizzjoni bl-arti darba, allura din saret artist??!! Però la jghaddi l-maltemp kollu, tidra kif tuza certu materjal u jghaddi certu zmien, hemmhekk imbaghad iva mela le, probabbli tkun tista’ tibda tissejjah artist. Importanti li noqoghdu attenti kif nuzawha l-kelma artist!!! Arti tajba huwa artist. Nibza’ wisq li qed nizvalutawha l-kelma artist. Li qed nghid jiena hu li mhux kull min jaghmel l-arti huwa artist, l-istess bhal mhux kull min ihawwad fil-borma huwa kok”, spjegali b’mod onest Patrick.
Dwar jekk l-arti tieghu jzommhom ghalih jew ibieghx, Patrick infurmani li huwa ma jghix mill-arti. Fil-fatt difficli hafna ghalih li jitbieghed mill-arti tieghu.
“Inhobbhom kollha u qatt x’jiena ser narmi minnhom.”
Dwar jekk jippruvax iwassal xi tip ta’ messagg bl-arti tieghu, Patrick sostna li m’hemm l-ebda messagg, hlief li l-bniedem hu dak li hu u ma jistax jinbidel. “Li nuri l-kapacità li naghmlek dak li int hija bizzejjed ghalija.”
Mitlub ifissirli l-kelma arti xi tfisser ghalih, Patrick sahaq li l-arti hija kreattività u spirazzjoni ta’ l-oggett li ghandek quddiemek ghal kif ser taghmlu bl-interpretazzjoni tal-pittur.
Dwar is-sapport tal-familjari tieghu specjalment tal-mara tieghu, d-Deputata Laburista Helena Dalli, Patrick ikkonfermali li t-tnejn li huma jaccettaw lil xulxin kif inhuma, jigifieri bit-tnejn li huma b’passjonijiet differenti. Dwar il-hsibijiet taghha meta tkun taf li Patrick qieghed fl-istudjo ipitter xi mara nudo, Patrick wegibni pront pront li ahjar insaqsi lilha però ghax jaf li hija tapprezza hafna l-arti u tinkoraccih tant li fl-ufficcju taghha ghandha zewg pitturi nudi minn tieghu, wahda ta’ ragel u l-ohra ta’ mara. Dan huwa sinjal li toghgobha l-arti tieghu ghax hi stess ghazlithom. Kont nistaqsiha verament, però kif ghedt fil-bidu ta’ l-intervista kienet telqet il-barra minhabba dik l-attività li kellha.
Fl-ahharnett, Patrick urini bix-xewqa li jrid ikompli jpitter, filwaqt li jirringrazzja lil hanin Alla li tana din is-sbuhija.
“L-arti hija terapija ghalija u ninsab kuntent hafna. Inutli noqghod ninkwieta fuq li seta’ cara matul il-gurnata... Tomorrow is just another day!!!”, temm jghidli Patrick, filwaqt li kkonfermali li dak li qalli matul din l-intervista huwa dak kollu li jahseb dwaru Patrick stess.
Irringrazzjajtu tal-hin waqt din l-intervista, filwaqt li stajt napprezza aktar it-tazza nbid li kien ferrali fil-bidu ta’ l-intervista u li ma kontx insejt, filwaqt li ergajt qghadt inhares lejn l-pitturi tieghu!!!

| < Prev | Next > |
|---|








