Tikteb Adele Muscat - Psikologa tal-isport tal-Kumitat Olimpiku Malti
Bhalissa bosta atleti u timijiet jinsabu fil-preseason taghhom, zmien importanti biex jippreperaw fizikament u mentalment ghall-istagun sportiv li dalwaqt jibda.
Hemm ukoll min ikun ghadu hiereg minn xi injury u forsi ma jkunx ihossu lest ghal-loghob.
Il-preparazzjoni mentali hija importanti hafna biex l-atleta jew it-tim jhossu lest ghas-sena li jmiss. L-atleti jridu jigu mghejjuna biex jahsbu fuq dak li jixtiequ jakkwistaw dan l-istagun u x’se jaghmlu biex huma jilhqu l-ghanijiet taghhom.
L-interess fil-psikologija tal-isport kiber hafna hawn Malta tul dawn l-ahhar snin ghax l-atleti u l-kowcis qeghdin jindunaw fuq l-importanza li wiehed ikun preparat mentalment ghal-loghob.
Dak li jsir fit-tahrig u dak li jsir fil-kompetizzjoni huwa differenti hafna. L-atleta fit-training jinsab minghajr pressjoni però waqt il-loghba gieli l-atleti ma jkunux jistghu jnehhu l-ansjetà li jkunu qed jesperjenzaw.
Ghalhekk il-kowcis jridu jaghmlu l-almu taghhom biex joholqu sitwazzjonijiet ta’ pressjoni fit-training biex b’hekk l-atleta jkun jista’ jipprepara ahjar ghall-kompetizzjoni li jkun se jiffaccja.
Jekk l-atleta ma jiehux gost jikkompeti quddiem in-nies mela huwa mportanti li ngibulu n-nies fit-tahrig biex dan jibda jidra. L-atleta ghandu jidra jitharreg f’kull kundizzjoni biex hekk dejjem ihossu ppreparat.
It-tahrig mentali ghandu jibda minn meta t-tfal jkunu ghadhom zghar u ghandu jkompli matul il-karriera taghhom fl-isport. Hafna mill-hiliet mentali fil-fatt huma hiliet ghall-hajja u jghinu kemm lit-tfal kif ukoll lill-kbar f’mumenti difficli.
Hiliet mentali bhal li titkellem pozittiv mieghek innifsek jghinuk biex inti tibqa’ fil-kontroll.
Hafna atleti jkollhom hsibijiet negattivi. Per ezempju. ‘Kif stajt tliftu dak il-gowl’ jew ‘kemm qieghed nghaffeg illum’ jew ‘m’ghandiex cans kontra dawn il-barranin’.
Dawn it-tip ta’ hsibijiet kollha jtellfu mill-koncentrazzjoni tal-atleta u b’hekk l-atleta jaghmel iktar u iktar zbalji. L-atleta jrid ikun pozittiv mieghu nnifsu.
Per ezempju bejnu u bejn ruhu jrid jghid; ‘Ejja nistinka ftit iehor, ftit fadalli’, jew “kuragg, kapaci naghmilha”. Hawn l-atleta jkun awomatikament qieghed jimbotta lilu nnifsu u jrabbi l-kunfidenza. B’hekk ir-rizultati jkollhom iktar cans li jigu.
Li tkun kapaci ddawwar il-hsibijiet negattivi fi kliem pozittiv huwa ezercizzju importanti. Niehdu ezempju ta’ meta jkollok puncture fil-karrozza. X’inhu l-ahjar? Toqghod taghmel l-ghageb u tkabbar is-sitwazzjoni iktar milli hi jew ha taqbad u tghid ‘m’hemmx taghmel, ahjar hekk milli hbatt’?
Xi kultant ma tkunx facli, tafx, però bil-mod il-mod bniedem jista’ jitghallem idawwar is-sitwazzjonijiet negattivi u ma jiehux l-affarijiet daqshekk bi kbar.
Mod iehor tajjeb hafna ta’ kif atleta jista’ jghin ruhu mentalment qabel xi kompetizzjoni hija billi joqghod jimmagina f’mohhu l-ahjar loghob li qatt laghab, jew jimmagina kif jixtieq jilghab fil-loghba li jmiss. M’hemmx xi nghidu, huwa importanti li wiehed jkun realistiku u mhux f’daqqa wahda f’mohhu jibda jikser ir-rekords bl-addocc jew issir l-Usain Bolt li jmiss.
Din tissejjah visualisation jew imagery u meta wiehed ikun qieghed jaghmel dan l-ezercizzju dan jiswa hafna ghax il-mohh ikun qieghed jahseb li l-bniedem vera jkun qed jaghmel dak il-moviment u ghalhekk jghodd bhala tahrig. Dan jghin biex izid il-kunfidenza tal-atleta u jtejjeb il-koncentrazzjoni. Huwa importanti hafna li kemm jista’ jkun l-atleta jipprova juza sensi kemm waqt dan il-process.
Per ezempju ghawwiem m’ghandux biss jara lilu nnifsu jghum b’teknika tajba, imma ghandu jipprova jhoss lilu nnifsu ghaddej fl-ilma, jhoss l-effett tal- ilma fuq gismu, ghandu jipprova jxomm ir-riha tal-klorin tal-ilma, ghandu jisma’ l-hsejjes tal-ilma madwaru jew tal-kowc issaffar biex jghinu jzomm ir-ritmu u ghandu jipprova johloq dawk il-friefet li jkollu fl-istonku qabel ma jikkompeti u jara f’mohhu kif jista’ jeghleb din l-ansjetà. B’hekk l-atleta jkollu immagini cara u tirreplika kemm jista’ jkun l-istess sitwazzjoni li l-atleta jkollu fit-tahrig u fil-kompetizzjonijiet.
Hemm diversi skills mentali ohra li l-atleta jista’ juza. Jekk wiehed ifittex fuq l-internet ha jsib hafna informazzjoni fuq dan is-suggett.
L-aqwa atleti hawn Malta jaghmlu dan it-tip ta’ tahrig ghax sabu lil min jghinhom hafna fil-preparazzjoni taghhom.
Fil-fatt il-Kumitat Olimpiku joffri servizz ta’ psikologa tal-isport lil dawk l-atleti li jkunu ha jirrapprezentaw lil Malta f’xi loghob importanti. Jekk wiehed jixtieq iktar informazzjoni fuq dan is-suggett, wiehed ghandu jikkuntattja l-Kumitat Olimpiku fuq 21332801 jew direttament lil Adele Muscat bl-email:
This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it
.

| < Prev | Next > |
|---|






