Partita li ma lahqitx xi livell tekniku gholi fejn f’kull taqsima kienu Dingli Swallows li bdew tajjeb izda prattikament waqfu hemm biex ix-Xlukkajri hadu r-riedni tal-loghob f’idejhom b’Deanov ikun is-surmast wara l-azzjonijiet taghhom. Min-naha l-ohra kien il-gowler ta’ Dingli Farrugia li zamm l-iskor baxx b’diversi interventi. Dingli jehtiegu li jkunu ferm ahjar fl-attakk jekk iridu li jzommu posthom fl-ghola divizjoni.
Fil-fatt anki wara d-diskussjoni li sehhet tul l-ahhar gimgha dwar il-futur tal-futbol Malti ghal dak li jirrigwarda l-korruzzjoni wiehed irid jistaqsi hawn jekk Marsaxlokk jistax tmisshom l-istess xorti li messet lil Vittoriosa Stars u jkunu mgieghla jinzlu fl-ewwel divizjoni.
Marsaxlokk bdew il-partita kwieti ferm u fil-11-il minuta pass ta’ Sciberras ghal Dingli, lejn Kokavessis li kkontrolla u xxuttja, bil-gowler Farrugia jsalva biex evita periklu serju.
Imbaghad kien hemm serje ta’ attakki minn Dingli. Freekick ta’ Da Silva li l-gowler Zammit salva f’korner. Immedjatament wara xutt minn tarf il-kaxxa ta’ K Borg li b’xutt b’nofs dawra tefa’ ftit gholi.
Kompla mbaghad ghal darb’ohra Da Silva li x-xutt tieghu kien imblukkat u mir-ribawnd ix-xutt ta’ Okonkwo gie kklerjat bir-ras f’korner minn Said. L-ahhar azzjoni ta’ Dingli f’din is-serje ta’ attakki waslet fis-27 minuta meta Okonkwo qassam lejn Formosa li dan b’xutt minn tarf il-kaxxa tefa’ ftit barra.
Imbaghad il-partita ghaddiet ghal numru ta’ attakki mix-Xlukkajri. Bdew b’azzjoni personali ta’ Camenzuli li ra x-xutt b’sahhtu tieghu minn barra l-kaxxa jkun salvat minn Farrugia. Fit-30 minuta pass ta’ Mamo lejn Kokavessis, li qabez plejer u xxuttja b’Farrugia ghal darb’ohra jsalva l-lasta tas-Swallows.
Kien hemm imbaghad korner ta’ Deanov bil-ballun ikun ikklerjat qasir, jigi ghand Kokavessis li ra l-lob tieghu jaqa’ fuq il-lasta u jigi kklerjat. Marsaxlokk ghalqu t-taqsima fuq l-attakk meta fil-41 minuta azzjoni personali ta’ Deanov, li wara girja u pass tajjeb lejn Kokavessis dan ixxuttja izda Farrugia rega’ kien attent biex salva dan l-ahhar ballun ukoll.
It-tieni taqsima, kif semmejna digà, regghet bdiet bix-Xlukkajri kwieti. Fil-50 minuta freekick ta’ Dingli moghti minn Da Silva jghaddi ftit gholi. Ftit wara, it-tieni, u nistghu nghidu l-ahhar azzjoni mis-Swallows f’din it-taqsima, azzjoni meta Okonkwo kkrossja fil-baxx mil-lemin, finta ta’ Da Silva bil-ballun ghand Conceicau u x-xutt b’sahhtu ta’ dan ikun salvat tajjeb minn Zammit.
Minn issa ’l quddiem l-azzjonijiet kollha gew minn Marsaxlokk sakemm mhux biss kisbu l-gowl tar-rebha imma wkoll heddew li jzidu ferm l-iskor. Fid-69 minuta freekick ta’ Deanov, salva Farrugia fil-lasta ta’ Dingli.
Fl-74 minuta MALCOLM LICARI hataf ribawnd u mill-ewwel spara xutt b’sahhtu u skorja l-uniku gowl tal-partita. Fis-77 minuta xutt b’sahhtu ta’ Deanov jistampa mal-mimduda. Fil-81 minuta freekick ta’ Deanov ghadda ftit barra.
Skurja: Malcolm Licari (M) (74)
M’XLOKK: Zammit, Mamo, Sciberras, Said, Deanov, Pullicino, Camenzuli (Templeman 70), Bajada (Licari 58), Kokavessis (Camilleri 75), Yanchev, Raimy.
DINGLI S: Farrugia, Conceicau, Tellus, Spiteri (Doda 76), Formosa, Muscat, Cachia, K Borg (Zarb 70), M Borg, Da Silva (Briffa 60), Okonkwo.
REFEREE: Andrè Arciola
PLEJER TAL-LOGHBA: Martin Deanov (Marsaxlokk)

| < Prev | Next > |
|---|






