Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Il-belt idamdmu l-Floriana

E-mail Print PDF
Sharevalletta_vs_florianaId-derby tant mistenni bejn il-girien Floriana u Valletta ntrebah minn dawn ta’ l-ahhar bl-iskor ta’ 6-0. Kif jindika l-iskor Valletta ddominaw ghal kollox din il-loghba, fejn il-plejers ta’ Floriana ma setghux jaqbdu art kontra l-qawwa tal-Belt.


Floriana bdew fuq l-attakk u wara zewg minuta minn azzjoni ta’ Wsiu, pass lejn Cassar izda dan ixxuttja hazin minn qaghda tajba.

Valletta malajr hadu r-riedni tal-loghob f’idejhomu minn azzjoni veloci ta’ Doding li qassam lejn Falzon, dan lura lil Doding li x-xutt tieghu gie salvat parzjalment mill-gowler Paris bil-ballun jidher li se jaqbez il-linja fatali izda difensur Furjaniz kien pront ikklerja.

Fl-14-il minuta xutt ta’ Falzon ghal Valletta ghadda ftit barra.  Fis-17-il minuta Valletta fethu l-iskor.  Kross ta’ Bajada mil-lemin, ballun ghand TERENCE SCERRI li b’xutt b’sahhtu ma tax cans lil Paris fil-lasta Furjaniza. 

Floriana ghamlu reazzjoni fjakka u xutt ta’ Darmanin kien salvat minn Hogg mal-art.

Valletta komplew ghaddejjin u girja fit-33 minuta mil-lemin minn Doding u l-kross tieghu jkun salvat minn Paris.

Hames minuti wara, Pace ghal Belt qassam lejn Doding, dan ixxuttja u Paris salva fil-lasta ta’ Furjana.

Fil-41 minuta Valletta rduppjaw.  Scerri kompla bir-ras lejn JORDI CRUYFF u dan wahdu quddiem Paris ma kellux diffikultà jzid l-iskor.

It-tieni taqsima ma kinetx bil-wisq differenti mill-ewwel wahda u t-tim tal-Belt baqa’ jiddomina bil-partitarji jsegwu mill-enclosure f’dillirju ta’ ferh.

Ghaddew biss erba’ minuti biex il-Belt regghu skorjaw. Terrence Scerri twaqqa’ fil-kaxxa minn Bernard Pari, ir-referre Pisani ordna penalty u mill-11 il-metru Priso Doding ma zbaljax.

Il-Belt baqghu jiddominaw u kellhom iktar cansijiet tas-skor sakemm fis-57 minuta ghamluhom 4-0.  Priso Doding kellu harba tajba hafna sakemm baqa’ diehel fil-penalty area ghadda minn bejn zewg difensuri qabez lil gowler Paris u b’lasta vojta tefa’ ballun fix-xibka.

Il-Belt kellhom l-ghatx biex jiksbu iktar u regghu ghamlu dan permezz ta’ Scerri. Kien ghal harba mal-linja ta’ Terrence Scerri fejn id-difiza ta’ Floriana waqfet ghal offside, ir-referre halla l-loghob ghaddej, u Scerri baqa’ diehel fejn qabbez il-ballun minn fuq il-gowler Paris u tefa’ l-ballun fix-xibka fil-65 minuta.

Fit-73 cans iehor tajjeb ghal Belt. Pass ta’ Doding lejn Terrence Scerri li b’rovexxjata spettakolari ra t-tentattiv tieghu jinzel fuq il-mimduda li kien imbaghad salvat minn Paris.

Anke jekk id-90 minuta kienu ghaddew kien baqa’ hin ghal iktar gowls. Kienet harba mal-linja ta’ Doding li tefa’ l-ballun lejn Ian Zammit u b’xutt b’sahhtu minn tarf il-kaxxa tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.

Mas-suffara finali l-partitarji Beltin komplew bic-celebrazzjonijiet u l-briju taghhom li ddominaw id-90 minuta tal-loghba kollha.

Skurjaw:Terrence Scerri (V) (17,65), Cruyff (V) (41), Doding (V) (49,57), Ian Zammit (V) (91)

VALLETTA: Hogg, Bezzina, Briffa (70 Borg), Dimech, Scicluna, Pace, Agius (60 Zammit), Cruyff, Falzon (71 Den Ouden), Scerri, Doding.

FLORIANA: Paris, J Briffa, Ciantar, Anonam, Eboh (46 Bugeja), Borg, Cassar (Agius 18), M Briffa, Simmonds, Wsiu, Darmanin (Caruana 39).

REFEREE: Clayton Pisani

PLEJER TAL-LOGHBA: Priso Doding
Kummenti (3)Add Comment
Mr
Minn K Magro x 2, August 31, 2009
ara vera nies injuranti....dak titlu ta fuq gazzetta?!
report abuse
vote down
vote up
Votes: +1
kumment
Minn b.bb.b, August 31, 2009
mela ta fuq ir radju jew....anzi ha najdlek kin hanin ma floriana qallom idamdmu ax 6 mhux cajta ta.... kiku jin kont namlu valletta marru jixtr nofs tuzzana rkotta
report abuse
vote down
vote up
Votes: +0
Mr
Minn K Magro x 2, August 31, 2009
kiku kont taqa iktar an nejk sihbi ta mela...
report abuse
vote down
vote up
Votes: +0

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
20C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata