Jean-Marc Valente maghruf aktar bhala JMV huwa zaghzugh li jhobb jara lil kulhadd specjalment ta’ madwaru bi tbissima fuq wicchom. F’kelma ohra jaghmel minn kollox biex jikkuntenta u jghin lil min ghandu bzonn, minghajr ma jhalli lil hadd juzah. Guvni kalm hafna hafna, u jekk wiehed ikollu jistaqsi lil shabu l-istess domanda jghidu li Jean-Marc huwa bniedem kalm, però kelb rieqed la tqajmux !!!
JMV minn dejjem kien akkanit ghall-muzika ta’ stili bhal hip hop, rap, R’n’B, soul, gospel kif wkoll reggae. Izda minbarra li JMV huwa artist tal-muzika hip hop huwa wkoll poeta u attur u kull meta jkollu cans dejjem issibu jikteb xi diska jew poezija jew jirrecta xi parti ta’ karattru ta’ xi film favorit tieghu.
Fil-prezent Jean-Marc qed jahdem bhala courier/co-ordinator ma’ agenzija li jgibu l-istudenti barranin biex jitghallmu l-Ingliz f'Malta. Tkellimt mieghu sabiex insir nafu aktar mill-vicin u fuq kollox sabiex jaggornani aktar dwar il-karriera tieghu fil-muzika.
Jean-Marc Valente twieled fit-18 ta’ Jannar tas-sena 1991. Twieled u trabba f’Tas-Sliema. Mitlub jirrakkontali minn fejn gie ezattament il-laqam tieghu JMV, Jean-Marc wiegeb, “Gie mill-familja tieghi stess, ghaliex kienu jghiduli J-M fi tfuliti. Allura meta gejt biex naghzel stage name iddecidejt li nuza JMV. Xtaqt li l-laqam ikun ibbazat fuq xi haga li dejjem ser ingorr mieghi ghal ghomri”.
Ta’ min jghid li kunjomu Valente gej minn lista twila ta’ muzicisti famuzi madwar id-dinja fosthom Valerio u Giorlando Valente. “Valerio jigi n-nannu tieghi u Giorlando huwa l-buznannu tieghi”.
Bdejt nitkellem mieghu dwar il-muzika. Fil-fatt infurmani li ghandu hafna diski li ghadu ma harigx minhabba li jrid johrog kollox f’daqqa fuq album wiehed li bi hsiebu johorgu lejn l-ahhar ta’ dan ix-xahar stess jekk kollox imur harir.
“Permezz ta’ dan l-album il-pubbliku ser jkun jaf hafna aktar dwari u forsi jibdew jaraw l-affarijiet b'mod pozittiv bhalma inhobb naghmel jien. Nixtieq ukoll nuri permezz ta’ l-album li l-muzika rap jew hip hop ma jitkellimx biss fuq is-sess, drogi u vjolenza”.
JMV ilu jisma’ l-hip hop minn dejjem.
“Bdejt nikteb meta kelli tnax-il sena, bdejt nirrekordja meta kelli 16-il sena u dhalt fix-xena sewwa dawn l-ahhar tnax-il xahar. Minn dejjem kont imhajjar ghal din it-tip ta’ muzika. L-eroj tieghi huma kollha rappers bhal Tupac Shakur u Notorious b.i.g”.
Il-Maltin u l-hip hop
Dwar jekk jahsibx li l-Maltin konxji mill-muzika hip hop daqstant, JMV ikkummenta li fl-opinjoni tieghu jahseb li f’Malta hawn hafna nies li jisimghu l-hip hop, però l-maggoranza jhobbu jisimghu aktar l-artisti kummercjali fejn jidhol hip hop.
Minn informazzjoni li kompla jghaddili JMV, gharrafni li Andy Beer aka Hope huwa l-producer tieghu. “Hope jaghmel hafna mill-muzika tad-diski tieghi, editing, ideat, bazikament jaghmel kollox li ma nistax naghmel jien”, fissirli bi tbissima fuqu JMV.
Dwar fejn normalment jirrekordjaw id-diski, JMV infurmani li dan isir f’diversi studios, kif ukoll fid-dar tieghu stess bl-apparat mghammar ta’ Hope stess.
Muzika tas-suwed??
Ma’ JMV iddiskutejt il-fatt li generalment diversi persuni jassocjaw il-muzika hip hop mas-suwed. Fuq dan l-argument, JMV spjega,
“Il-hip hop beda l-Amerika mill-Afrikan Americans, kif wkoll latino's jigifieri dejjem ser ikun assocjat ma’ dawk iz-zewg gruppi, però ma jfissirx li huma biss jaghmlu muzika hip hop. Ezempju tajjeb hafna ta’ dan huwa l-artist Eminem”.
Bil-mod il-mod, dan l-ahhar JMV qed jigi rikonoxxut, permezz tad-diska tieghu Wherever You Are.
“Kelli breakthrough kbir fil-qasam tal-hip hop Malti u b’hekk bdejt nibni l-fanbase tieghi. Wara li hrigt din id-diska gejt maghruf minn nies li l-anqas biss kont naf u kienu jafu bija. Kummenti simili li gieli naqla’ huma bhal :- Hawn man, inti jaqaw dak ir-rapper JMV?”
Ghal min huwa midhla sew tax-xena tar-rappers, tafu sew li kultant jittellghu rap battles. Rap Battle tikkonsisti minn zewg rappers jew tag teams li jitkellmu fuq l-apparenza jew jghidu xi haga biex iwaqqghu lir-rapper l-iehor, però dan irid ikun kollox spirtu pront. Ghalkemm JMV mhux rap battler però, xorta wahda ftit jiem ilu, propju fit-13 ta’ Gunju ha sehem f’rap battle fix-Xemxija, fejn tista’ tghid li ma marx hazin.
Mitlub jispjegali kif jirnexxilu jqabbel din ir-rima kollha tal-lirika b’ritmu tant mghaggel, JMV wiegeb, “Personalment ili nisma hip hop, rap u R’n’B hajti kollha, meta kelli hames snin kont digà inkanta mad-diski rap b’mod mghaggel jigifieri personalment qatt ma kelli problemi. Però jekk ghadek tibda f’din il-linja, dik tigi maz-zmien. Fejn tidhol rima jien meta kont skola laqtitni hafna l-letteratura Ingliza, specjalment il-poeziji, allura minn hemm bdejt nikteb il-poeziji tieghi stess u ddecidejt li nikteb il-lirika wkoll sabiex naghmel id-diski rap. Bazikament naghmel zewg affarijiet li nhobb f’daqqa. Nikteb u naghmel id-diski f’forma ta’ muzika rap u hip hop”, spjegali tajjeb JMV.
Ghal min jixtieq ikun jaf aktar dwar ix-xena tal-hip hop f’Malta, nissuggerixxi li tidhlu fit-sit elettroniku www.hiphopmalta.com, fejn JMV ukoll jaghti sehmu fiha.
Fl-ahharnett, JMV hallini b’dan il-kumment.
“Nixtieq li l-poplu Malti jhares lejn il-hip hop u rap bhala haga pozittiva u mhux jaraw biss il-hazin. Nixtieq li dawk in-nies li qatt ma hadu ftit hin biex jisimghu l-lirika ta’ certu diski biex jifthu widnejhom izjed forsi jkunu jistghu jaccettaw il-hip hop bhala arti, bhalma narah jien”, temm jghidli JMV.

Minn Verner
,
September 06, 2009 Minn Karl Farrugia, September 06, 2009
Ghala il-Maltin ghad ghandhom din il-fissazzjoni morbuza li jridu jikkupjjaw lil kullhadd?? Ghax rapper? Iddahhaqx, u isma rappers Francizi u Germanizi, anke Zvedizi, li jkantaw bil-lingwa nativa taghhom, u meta jkantaw bl-ingliz, l-accent jibqa jinstema'.
Karl
| < Prev | Next > |
|---|






