Filwaqt li din il-kumpanija Daniza ma kellhiex l-orhos offerta fost dawk li tefghu l-offerti, din rebhet b’impjant li jiehu l-ewwel fit-tniggiz tal-ambjent. Tant hu hekk li dan l-impjant, li se jigi jiswa lill-poplu mal-mitejn miljun Ewro, fi zmien seba’ snin se jkun hemm il-htiega li jinbidel ghax se jkun sar antikwat. Dan hu kaz iehor li jixhed kemm il-ministri tal-Gvern Nazzjonalista ma jiehdux hsieb hwejjeg il-poplu bl-istess mod li jiehdu hsieb l-interessi privati taghhom. L-ghoti ta’ dan it-tender li din il-kumpanija Daniza hemm marbut mieghu diversi stejjer u suspetti li jixhtu dubji kbar dwar l-irregolarità tal-ghoti ta’ dan it-tender.
Din il-kumpannija Daniza li ser tinghata dan il-kuntratt, giet agevolata mhux ftit, wara li xi hadd min-naha tal-Gvern permezz ta’ avviz legali qabad u ddecieda li jgholli l-livell massimu ta’ emissjonijiet ta’ tniggiz permissibbli mil-ligi propju biex din il-kumpannija tkun tista’ tikkwalifika b’impjant li ftit li xejn jirrispetta l-ambjent.
Din il-kumpanija Daniza kienet ipprivleggjata mhux ftit b’informazzjoni minn gewwa li akkwistat qabel haddiehor, permezz ta’ ex-impjegat tal-Enemalta li ffacilitalha t-triq bil-kuntatti li kellu ma’ ufficjali gholja tal-Enemalta, biex din tirbah dan it-tender bis-sewwa jew bid-dnewwa. Mhux anqas minn 2% tal-valur ta’ dan il-kuntatt, jigifieri €4 miljun se jkunu qeghdin imorru fuq l-irjus f’kummissjonijiet lil min ghin lil din il-kumpanija tiehu dak li ma kienx haqqha.
Fl-ahhar mill-ahhar, il-prezz ghall-inefficjenza, ghall-inkompetenza u ghall-korruzzjoni jispicca jithallas mill-poplui. Il-korruzzjoni hija forma ta’ taxxa ohra li qed ikollhom jaghmlu tajjeb ghaliha l-familji Maltin u Ghawdxin. L-inefficjenza u l-inkompetenza fl-Enemalta qieghda twassal ukoll biex il-familji ikollhom igarrbu kontijiet esagerati tad-dawl u tal-ilma.
Filwaqt li mill-korruzzjoni u l-inkompetenza tal-gvern igawdu l-parassiti u s-sangisugi li jorbitaw madwaru, il-poplu jkollu jaghmel tajjeb ghal dan billi jhallas aktar taxxi u billi ma jiehux lura l-valur ghall-flus li jkun hallas f’taxxi.
It-trab iswed
Il-misteru tat-trab iswed li jinzel f’diversi nhawi fin-naha t’isfel ta’ Malta minn zmien ghall-iehor, jibqa’ mhux rizolt.
Huwa fatt maghruf li l-incidenza ta’ mard respiratorju bhall-azma hija aktar qawwija fl-inhawi tad-dawra tal-Port il-Kbir. Jehtieg li jigi kkonfermat ukoll mill-awtoritajiet jekk f’din iz-zona partikolari ta’ Malta, l-incidenza ta’ mard iehor bhall-kancer li jista’ jorigina mit-tniggiz tal-arja, hijiex aktar gholja mill-medja.
It-tabib George Vella dan l-ahhar ghamel diversi interpellanzi f’dan is-sens fil-Parlament li qeghdin jistennew twegiba mill-aktar fis possibbli. Il-gvern ta’ Gonzi jiftahar kemm jiflah li aggorna l-ligijiet ta’ Malta man-normi Ewropej biex ic-cittadin suppost ikollu l-informazzjoni dwar dak kollu li jista’ jolqot il-kwalità tal-hajja tieghu. Imma informazzjoni vitali bhal din dwar minn fejn qed jorigina dan in-nugrufun u x’effett qieghed ikollu fuq l-ambjent u fis-sahha tal-bniedem, ghal xi raguni tibqa’ ma tinghatax.
Il-Gimgha wara nofsinhar f’diversi inhawi ta’ Malta fegget riha qawwija ta’ gass. L-Korporazzjoni Enemalta harget stqarrija suppost biex isserhilna mohhna li ma kien hemm ebda periklu.
F’cirkostanzi bhal dawn wiehed kien jistenna li kellhom ikunu l-awtoritajiet tas-sahha li jikkonfermaw li dan il-gass ma kien jaghmel ebda hsara u mhux il-korporazzjoni li x’aktarx kienet is-sors ta’ dawn l-emissjonijiet.
Kemm il-kwistjoni tat-trab iswed u anki dik tal-gass tal-Gimgha, iqanqlu dubji serji dwar kemm pajjizna huwa attrezzat ghal sitwazzjonijiet bhal dawn jew ghal emergenzi aktar gravi f’kaz li allahares qatt f’pajjizna jigri xi dizastru ambjentali.
Il-basktijiet tal-iskola
L-Oppozizzjoni Laburista permezz tal-kelliem ewlieni taghha ghall-edukazzjoni Evarist Bartolo, ilha tishaq li jehtieg li jsir xi haga rigward il-problema tal-piz esagerat li qed ikollhom jerfghu t-tfal fil-basktijiet tal-iskola. Il-Ministeru tal-Edukazzjoni issa ghadu kif hareg numru ta' rakkomandazzjonijiet biex kemm jista' jkun jigi evitat li t-tfal igorru piz żejjed li jkun ta' detriment ghal sahhithom. Bla dubju din hi inizjattiva li ta’ min wiehed ifahharha ghax ghandha l-effett li filwaqt li tiftah ghajnejn il-genituri u l-ghalliema dwar din il-problema, toffri wkoll numru ta’ soluzzjonijiet.
Minn studju li sar dwar din il-problema, gie stabbilit li huma l-istudenti tar-raba' sena tal-primarja u dawk tal-ewwel sena tas-sekondarja l-aktar tfal li jbatu minn problema ta' basktijiet tal-iskola tqal. Id-Direttorat tal-Edukazzjoni qed jirrakkomanda fost l-ohrajn, li l-basktijiet ghandhom ikunu dawk li jingarru fuq zewg spallejn biex il-piz jinqasam ahjar fuq l-aktar muskoli b'sahhithom, iz-zewg cineg tal-basket ghandhom ikunu wiesgha fuq l-ispallejn, id-dahar tal-basket irid ikun wiehed artab, u l-basket possibbilment ikollu cineg li jintrabtu mal-qadd. Dawn huma kollha rakkomandazzjonijiet utli li ghandhom jigu segwiti ghall-gid tat-tfal li f’dik l-età tenera m’ghandhomx jerfghu dak it-toqol kollu fuq dahrom bil-konsegwenzi li dan jista’ jkollu ghal sahhithom.

| < Prev | Next > |
|---|






