Hafna atleti u plejers digà qeghdin jaghmlu training intensiv dan l-istagun u ghalhekk wiehed ghandu jkun imgharraf dwar burnout u overtraining ghax dawn huma ta’ problema daqs l-injuries. Burnout u overtraining huma komuni specjalment fi sport fejn it-training huwa intensiv hafna bhal, per ezempju, fit-triatlon, l-ghawm, u giri fit-tul.
Overtraining isehh meta l-atleti jaghmlu training li huwa wisq intensiv u twil biex l-individwi jkunu jistghu jaddattaw ghalih. B’hekk l-atleti jibdew imorru hazin fit-training u l-kompetizzjonijiet.
Certu training jista’ jkun tajjeb ghal xi hadd imma hazin ghal xi haddiehor.
Fizikament u psikologikament l-atleta jkun mehlub minhabba li jkun qed jaghmel sforz esagerat biex ilahhaq ma’ training iebes u ma’ hafna kompetizzjonijiet. Burnout tinvolvi li l-atleta jitlaq mill-attività psikologikament, emozzjonalment u xi kultant anke fizikament minhabba l-istress zejjed u d-disoddisfazzjon.
Meta persuna jkun overtrained ikun negattiv ma’ l-ohrajn u jkun qisu bla emozzjonijiet, bla energija u bla interess. Ihossu li m’hu tajjeb ghal xejn, ikun depressed u jkollu self-esteem baxx.
L-overtraining tigi kkawzata b’hafna stress u pressure, wisq training, ghejja kbira fizikament u emozzjonalment, nuqqas ta’ rqad, monotonija, u ma jkunx hemm bizzejjed hin biex tirkupra minn stress tal-kompetizzjoni.
La darba l-atleta jbati minn burnout ikun hemm iktar cans fil-futur li jerga’ jbati biha iktar frekwentament. Din tigri hafna drabi ghax ma jezistix ‘off season’. F’certa sport, it-training iebes jillimita l-abbiltà ta’ l-atleta biex jaddatta- din tirrizulta f’deterjorazzjoni fil-performance.
Il-karatteristici ta’ overtraining jinkludu:
• Nuqqas ta’ interess fil-kompetizjonijiet;
• Nuqqas ta’ entjuzjazmu fit-training;
• It-training jibda’ jdejjqek;
• L-atleti l-ohra jibdew idejquk;
Apparti mill-ghejja fizika u mentali, l-atleta jhossu mdejjaq, letargiku, jonqos fil-piz kif ukoll jonqos ix-xaham fil-gisem, ir-rata tar-resting heart-rate toghla kif ukoll il-pressjoni, ikun hemm ugiegh fil-muskoli, tibdil fil-burdati, nuqqas ta’ kunfidenza, problemi fl-istonku, idumu iktar biex jirkupraw meta jezercitaw ruhhom, nuqqas ta’ aptit ghall-ikel, bidliet fl-ormoni inkludi nuqqas ta’ testosterone, iktar cans li l-atleta jimrad jew iwegga’.
Il-personalità u l-motivazzjoni tal-persuna huma importanti hafna. Meta l-atleta jemmen li jlahhaq ma’ sitwazzjoni, jaqbdu stress u eventwalment dan jista’ jwassal ghal burnout. Huwa kif persuna tinterpreta s-sitwazzjoni li huwa importanti.
Burnout tista’ ddum biex tizviluppa.
Hemm erba’ stadji:
1) il-persona tinqata minn ma’ nies ohra;
2) ihossu li m’ghadux qed jaghti kontribut;
3) il-persuna jipprova jsib skuzi biex ma jikkompetix;
4) ma jkollux energija u jkun ghajjien fizikament u emozzjonalment.
Coaches ibatu wkoll
L-ahjar haga hija li persuna jieqaf training ghal xi erbat ijiem però mhux iktar ghax inkella jsibha iktar difficli biex jerga’ jaqbad.
Huwa importanti li:
• l-atleta jaghmel il-miri ghalih innifsu;
• jikkomunika;
• jiehu breaks;
• jitghallem x’ghandu jaghmel biex ilahhaq;
• jibqa’ pozittiv;
• jimmaniggja l-emozzjonijiet;
• jibqa f’kundizzjoni fizika tajba.
Coaches ghandhom jaghtu support, jikkoncentraw fuq l-emozzjonijiet ta’ l-atleta, jippruvaw ikuna ma’ l-atleti wara li jikkompetu, ikunu realistici, jitkellmu mat-team kollu, johorgu flimkien, jippreparaw ghal kompetizzjoni li jmiss mill-ewwel.
Wiehed ghandu jinnota wkoll li burnout jista’ jigri mhux biss kawza ta’ training intensiv imma ukoll minhabba hafna xoghol u stress fil-hajja personali tal-atleta.
Ghalhekk wiehed ghandu dejjem issib ftit hin biex jistrieh u biex jaghmel affarijiet li jiehu gost u li ma jikkawzawx iktar stress.
Jista’ jkun li wiehed ikun qed jahdem sieghat twal ix-xoghol, ikollu problemi familjari u jkollu xi bidliet kbar f’hajtu.
Wiehed ghandu dejjem ifittex l-ghajnuna jekk ihoss li ma jistax ilahhaq bl-istress li jkun ghaddej minnu.
Meta wiehed jitghallem certa mental skills bhal ezercizzji tar-rilassament u kif tkun pozittiv mieghek innifsek, wiehed jsir iktar kapaci ilahhaq ma’ dak kollu li jkun ghaddej f’hajtu.

| < Prev | Next > |
|---|






