Il-gimgha l-ohra Evarist Bartolo, il-kelliemi ewlieni tal-Partit Laburista ghall-Edukazzjoni, fl-okkazjoni tal-prezentazzjoni mill-Mexxej Laburista, Joseph Muscat, ta’ certifikati lil studenti li attendew il-kors BcoolB Labour organizzat ghal studenti li ghamlu r-reparatorju (resits) tal-Matsec, sostna li kien mehtieg li jsiru bidliet fis-sistema ta’ dawn l-ezamijiet.
U ghandu tassew ragun jinsisti dwar dan. Aktar u aktar bil-mod kif sistematikament tohrog storja wara l-ohra dwar nuqqasijiet li qed jitfaccaw fl-ezamijiet tal-Matsec. L-ahhar wiehed, imhabbra propju l-ghada li ghamel dan l-appell Bartolo, meta thabbar li kellhom isiru tibdiliet fir-rizultat tal-ezami tal-Franciz tal-Matsec Livell Ordinarju. Skond ma ntqal din ir-revizjoni kienet mehtiega ghax meta kienet qed issir revizjoni tal-karti ta’ l-ezamijiet ta’ dan is-suggett, instab li l-marka mghotija ghal wahda mill-mistqosijiet kienet thalliet barra meta nghaddu l-marki. U dan sar fir-rizultat ta’ 200 student.
Ma nafux jekk r-revizjoni tal-karta ta’ l-ezamijiet saritx bhala procedura normali jew inkella jekk ghax kien hemm xi lment minn xi hadd. Aktarx li din ir-revizjoni saret wara xi lment, ghax ma jaghmilx sens li l-iccekkjar ta’ l-ispreadsheet isir propju wara li johrog ir-rizultat, wahda ghax tibdil fir-rizultati xejn ma jaghmel gieh lill-Bord tal-Matsec, u jnaqqas il-fiducja ta’ l-istudenti fl-istess Bord. It-tieni, ghax l-istudenti, specjalment dawk li ma ghaddewx u fil-fatt kellhom jghaddu, jkunu digà hadu dehxa.
Qed nahsbu li din ir-revizjoni saret wara lment minhabba l-fatt li l-istess stqarrija ta’ l-Università tghid li f’24 siegha gew iccekkjati l-ispreadsheets ta’ l-ezamijiet kollha u ma nstab ebda zball iehor…. Ma nahsbux li jekk kien sar dan l-iccekkjar qabel, kien hemm ghalfejn dan isir mill-gdid.
Ma nafux kemm l-ispreadsheet hija l-ahjar mezz biex jinghaddu l-marki, specjalment jekk ma jittiehdux certu prekawzjonijiet.
Dak li qed jigri fil-Matsec juri kemm tassew, kif qal Evarist Bartolo, hemm bzonn li ssir revizjoni tas-sistema, revizjoni, li kif qal l-istess kelliemi Laburista, messa ilha li saret meta wiehed iqis li rapport dwar kif tista’ titjib is-sistema tal-Matsec sar erba’ snin ilu u sa issa thalla fuq l-ixkaffa.
Imma issa donnu drajna li naghmlu ruxxmata rapporti, nohorgu ndoqqu t-trombi, imbaghad jibqa’ kollox kif inhu.
Laptops
F’gurnal lokali xi hadd, biex jghati palata lill-Partit Nazzjonalista, semma’ l-fatt li l-Gvern kien ta 9,679 laptop lill-ghalliema ta’ Malta u Ghawdex. Dawn qamu lill-Gvern 3.6miljun Ewro.
Bilkemm lahqet dehret l-ittra li ma kienx hemm min ilmenta li fil-fatt dawn inghataw biss lill-ghalliema ta’ l-iskejjel tal-Istat, kif ukoll li whud minn dawn il-laptops mhux qed jigu wzati mill-ghalliema nfushom, izda mill-qraba taghhom.
Huwa pass tassew pozittiv li l-ghalliema jigu pprovduti b’mezz hekk importanti fit-taghlim u tassew jiddispjacina jekk ikun hemm min ma jaghmilx uzu tajjeb minn din ir-rizorsa daqshekk ta’ ghajnuna fit-taghlim. U dan mhux biss, jekk il-laptop minflok ma jintuza mill-ghalliem, jintuza minn haddiehor - nemmnu li huma ftit l-ghalliema li jaghmlu dan – izda wkoll meta ma jsirx uzu shih mill-possibiltajiet li toffri l-informatika. Kultant dan mhux ghal kollox tort ta’ l-ghalliema ndividwali, ghax fuq kollox mhux bizzejjed li tipprovdi l-laptop, izda aktar minn hekk, l-aktar importanti hu li tipprovdi t-tahrig mehtieg lill-istess ghalliema.
U dan jghodd ukoll ghall-computers li ghandna fil-klassijiet, specjalment dawk ta’ l-iskejjel primarji, fejn hu l-ghalliem tal-klassi stess li jrid juza dan il-mezz ta’ taghlim. Ma ninsewx li l-iskop principali tal-computer fil-klassi primarja, mhux li t-tfal jitghallmu jhaddmuh, izda biex nuzaw din ir-rizorsa biex naghmlu l-lezzjonijiet aktar interessanti.
Gradwati bla xoghol
Id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista, Anglu Farrugia f’diskors li ghamel qal li bhalissa hawn aktar minn 500 gradwat ta’ l-Università li ma ghandhomx xoghol. Ma nafux jekk dan in-numru jinkludix lil dawk li huma gradwati, izda qed jaghmlu xoghol li m’ghandu x’jaqsam xejn mal-kwalifiki li ghandhom ghax nafu b’hafna gradwati li kellhom jaccettaw impjieg li m’ghandu x’jaqsam xejn ma’ l-istudju taghhom, jew inkella mhux fil-livell mixtieq.
Naqblu ma’ Anglu Farrugia li din hija sitwazzjoni xejn felici u li ghandha ssir xi haga biex tinbidel. Fost mizuri li jistghu jittiehdu hemm li jkun hemm studju serju ta’ x’impjiegi se jkun hemm fis-snin li gejjin u l-istudenti jinghataw parrir dwar dan qabel jibdew il-korsijiet taghhom.a

| < Prev | Next > |
|---|






