Thursday
Feb 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

L-attur iffissat fuq il-karozzi

E-mail Print PDF
Share

ludwig_farrugiaGhal min kien isegwi Evangelisti fuq One TV, zgur li qieghed jaghraf  lil Ludwig Farrugia, l-persuna li jinterpreta l-parti ta’ Brother Solomon.  Ghall-bidu dan il-karattru kien jinzel tajjeb hafna mat-telespettaturi, izda dan l-ahhar rajna bniedem iehor fih.  Persuna li kompletament inbidel minn dak li kien qed jaghtina vizjoni tieghu fil-bidu.  Bla dubju ta’ xejn dan zgur li ma jirriflettix il-karattru propja tieghu fil-hajja ta’ kuljum.

Ludwig jistqarr mieghu nnifsu li jikkunsidrah bhala joker u li jhobb jitbellah, ghalkemm jaf ikun serju kull meta jkun hemm bzonn.  Persuna li kapaci jkompli ma’ kulhadd u li dan jiddependi skond ic-cirkustanzi.  Huwa bla dubju ta’ xejn avventuruz u ma jaqta’ qalbu minn xejn.  Persuna puntwali u jiddejjaq hafna min jiddettalu x’ghandu jaghmel bilfors.

Ftehmt ma’ Ludwig li niltaqghu go hanut fil-Mosta ghal din l-intervista.  Nasal fuq il-post miftiehem preciz fil-hin u ninduna li ghadu mhux hemm.  Dlonk incempillu u b’ton serju jinfurmani li aktarx mhux ser ilahhaq ghax inqabad b’xi impenji ohra.  Digà kont bdejt inbiddel il-kuluri ta’ wicci, meta fl-istess nifs jibda jidhaq u jghidli li qieghed zewg passi ‘l boghod minni.  Niehu nifs twil, filwaqt li lqajna lil xulxin bi tbissima, waqt li stajt nara persuna simpatika hafna fih.

Ludwig ghandu 29 sena, joqghod il-Hamrun izda propja huwa mis-Swieqi.  Jahdem bhala Personal Assistant tal-General Manager ta’ wahda mil-lukandi ewlenin li ghandna f’Malta.  Bhala passatempi jhobb jinvolvi ruhu l-gym, izda habba filming dan mhux dejjem jippermetti.  Nistaqsih dwar l-istatus tieghu u jinfurmani li mhux single!!!

Il-kbir fost hutu

Fost l-ahwa, Ludwig huwa l-kbir nett minn tlett ahwa.  B’hekk hadt l-opportunità nistaqsih dwar kif ihossu bhala l-kbir minn fost hutu.  “Suppost naghti l-ezempji.  Ara li nista’ nghid huwa li m’inix xi guvni kwiet.  Izda nista’ nghid li meta nkunu ahna t-tlieta flimkien nista’ nghidlek li nkunu farsa.  Naraha haga sabiha li tkun il-kbir.  Ninnota wkoll li rabbejt certu possessività fuq huti ghall-fatt li kont ninkwieta meta huti kienu jitilghu Paceville”, beda jammetti jghidli Ludwig.  Ta’ min jghid li Ludwig ghandu ghal qalbu hafna t-tpingija.  “Minn dejjem kont inpingi specjalment il-cartoons.  Fi zmien l-iskola kont inpingi anke life-size cartoons.  Xi haga li kienet fija minn ckuniti.  Sfortunatament illum mhux li tant nipprattika dan il-passatemp peress li ma tantx ikolli cans minhabba li x-xoghol tieghi huwa fis-settur tal-lukandi.  Xoghli fil-fatt huwa wiehed minn dawk li x’hin tidhol tkun taf, izda x’hin tohrog ma tkunx taf”.

Skoprejt li mhux biss ihobb ipingi l-cartoons, izda wkoll ghadu sal-lum isegwihom.  Isostni li fl-opinjoni tieghu l-cartoons tal-lum huma ferm differenti minn ta’ qabel.  Qbilt mieghu, hekk jew b’hekk it-tnejn li ahna tampar xulxin fl-età u ninnutaw din id-differenza.  Mistoqsi kif ghadu jara l-cartoons sal-lum, wegibni, “Idahhkuni, filwaqt li jifthuli certu fantasija li nhossni nsir zghir.

Tfulija avvenuruza

Ta’ tifel li kien, Ludwig meta kien izghar kien ihobb hafna r-rota specjalment il-qbiez minn xi rampa f’Tas-Sliema.  Hallejt f’idejh sabiex jirrakontali.  “Trabbejt bir-rota.  Fil-weekends kont issibni hdejn il-gabbana ta’ Tas-Sliema.  Konna ghamilna din il-famuza rampa.  Kellna rota partikolari, li konna norbtulha l-jerrycans maghha.  Biha konna ntiru minn din ir-rampa li qed insemmilek, filwaqt li ntiru ghal gol-bahar.  Hafna drabi konna nibqghu fil-wicc bis-sahha tal-jerrycans.  Dwar l-avventuri tat-tfulija jekk nibda nghidlek ma niqafx.  Bhala ezempju niftakarni konna nidhlu gox-shelters ta’ Manoel Island ghal xi avventura minn taghna”, irrakkontali b’certu nostalgija u tbissima.

Qlibt id-diskursata, dwar l-irwol tieghu fuq il-post tax-xoghol.  Fil-fatt sostna mieghi li ghalih huwa importanti hafna u jghid li huwa ambizzjuz.

“Dejjem insaqsi u bla dubju ta’ xejn narani bhala persuna tal-punt, li mhux ser inhalli xi haga ghaddejja bla ma nkun cert minnha.”

Minn informazzjoni li kont ksibt qabel ma’ ltqajt ma’ Ludwig, sirt naf li ghandu fissazzjoni li bilfors irid ikollu karozza sabiha ghall-futur, anzi ghalih din hija importantissima.  Tlabtu jikkonfermali dan.  “Nistqarr li veru.  Ara biss biss kont waqaft mill-iskola qabel l-A Levels biex nixtri karozza.  Kont nara lil shabi li kollha kellhom karozza.  Bhal donni qatt m’jien kuntent bil-karozza li jkolli.  S’issa digà biddilt ma’ xi tmien karozzi.  Bhalissa ili ngerger li nrid inbiddel il-karozza li ghandi bhalissa u fil-fatt qed nahseb ghal ohra”.

Fil-fatt stajt ninnota bid-ditti tal-karozzi li beda jsemmili wahda wara l-ohra li biddel maz-zmien u li bhal donnu dejjem jaghmel upgrade taghhom.

Apparti l-karozzi u minhabba li jhobb hafna l-ispeed, ma naqasx li f’hajtu kellu mutur u anke dinghy tal-bahar.  Dwar jekk qatt hasibx dwar il-konsegwenzi li jista’ jgib mieghu speed eccessiv, Ludwig sostna li aktar ma jikber, aktar joqghod attent.

“Fil-fatt kelli zewg accidenti li swewli l-flus.  Iva, kelli mutur li kont xtrajtu ezatt kif kont mort nghix ghal rasi, u peress li jien ifissat fuq il-bahar kont xtrajt dinghy ukoll.  Safrattant dejjem ninkwieta lil missieri.  Xewqa li ghandi ghall-quddiem hija li nirtira u nbiegh kollox u nixtri sailing boat u nghix u nirtira fuqha.  Nimmaginani hemm fuqha nisma’ r-rih u l-ilma ihabbtu.”

Jghix mal-klieb tieghu

“Meta kont mort nghix wahdi, kont xbajt.  B’hekk kont gibt kelb kbir li semmejtu Shadow, ghall-fatt li qisu d-dell tieghi peress li ngorru kwazi kull fejn immur.  Maz-zmien kont gibt iehor, din id-darba kelb izghar.  Inhobbhom daqs li kieku qishom it-tfal tieghi.  Tant hu hekk li sa ftit zmien ilu kont ghadni nzomm karozza apposta ghalihom, apparti l-ohra li kelli.

Sal-lum il-gurnata ghandhom kamra apposta ghalihom.  Biss biss nghidlek li l-post tieghi fih zewgt ikmamar tas-sodda.  Wahda hija tieghi u l-ohra kompletament apposta ghall-klieb.  Mhux hekk biss talli l-kamra tal-klieb fiha terazzin u tieghi ma fihix”, sostna Ludwig.

Kien jghix barra

Ludwig s’issa kellu zewg esperjenzi li f’hajjtu jqatta xi ftit zmien jghix barra minn Malta.  Fil-fatt meta kellu 20 sena kien ghamel ftit aktar minn sena jghix Wales.  Imbaghad ftit ilu, precizament f’Dicembru 2008 kellu jitla’ jghix u jahdem ir-Russja ghal xahrejn.  Ghamilt il-kalkoli tieghi malajr u nnutajt li dan iz-zmien kien propju z-zmien li kien qed jintwera Evangelisti u probabilment kien anke ghadu jsir xi filming.  B’hekk staqsejtu kif dan kien possibbli ghalih.  “B’xi mod jew iehor irrangajt kont.  Wara xi xahar ir-Russja kont inghatajt il-permess li ninzel ghal jumejn Malta u nerga’ lura ghal xahar iehor.  F’dawk il-jumejn Malta nista’ nghid li qattajthom kollha filming,” stqarr mieghi.

Matul l-intervista tieghi mieghu skoprejt li z-zija tieghu hija l-attrici brava Carmen Azzopardi, filwaqt li zijuh huwa d-direttur tal-films, il-Malti-Kanadiz Mario Philip Azzopardi.  Madanakollu, Ludwig isostni li dahal fix-xena tar-rectar b’cikka.  Dan imur lura ghal parti extra li kellu fit-teleserial Gizelle.

Staqsejt lil Ludwig xi jdejjqu b’mod in generali mill-hajja u dlonk wegibni li ddejjqu hafna l-inkompetenza u min jimponilu.  Apparti hekk iddejjqu hafna s-shana kbira, u t-toroq ta’ Malta ghax ma jkunx jista’ jsuq komdu l-karozzi tieghu.  “Taqbadni frustrazzjoni kbira bit-toroq u l-hofor tat-toroq ta’ Malta.  Gieli nibla xi hofra, li nhossha mhux toqba izda qabar ghalija u l-karozza b’kollox.”

Fl-ahharnett staqsejtu x’joghgbu fi tfajla.  Hawnhekk bhal donnu wehel u talabni nistaqsih xi haga ohra sakemm ikollu cans jahsibha sew, filwaqt li rrimarkali li hija domanda tajba.  B’hekk tlabt l-opinjoni tieghu dwar iz-zwieg.  “Ghalija zwieg ifisser curkett u certifikat.  Mhu l-ebda mekkanizmu specjali li jgib it-tfal fid-dinja, ghax it-tfal jistghu jigu qabel iz-zwieg.”

Bla ma hallejtu jnessini mid-domanda ta’ qabel ergajt fakkartu u din id-darba tani t-twegiba tieghu.

“Tfajla toghgobni ghax tfajla!!!”, kienet ir-risposta li fiha x’tomghod u hallini biha Ludwig.
Fl-ahharnett xtaqt ninforma lilkom il-qarrejja tal-KullHadd li ghal min kien isegwi u jixtieq ikompli jsegwi Evangelisti (Season 2), ser ikun lura maghna fuq One TV minn Ottubru li gej.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy AM Showers Scattered Showers Mostly Sunny Scattered Showers
12C 13C 11C 11C 9C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata