Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Ingust mal-onest

E-mail Print PDF
Share

Ftit tal-jiem ilu l-gvern ta’ Dr Gonzi habbar amnestija tat-taxxa bit-tama li jigbor arretrati tal-income tax li ilhom snin twal pendenti mhux imhallsa. Skont ir-rapport tal-Awditur-Generali, hemm arretrati ta’ madwar €600 miljun akkumulati meta tinkludi l-imghax, il-multi dovuti u l-ex-officio assessments. Meta jigi kalkolat dak li verament suppost jingabar f’arretrati ta’ income tax, ic-cifra realistika hi aktar vicin tal-€100 miljun.

Fil-qaghda mwieghra li jinsabu fiha l-finanzi tal-gvern, Dr. Gonzi u shabu, apparti li se jibqghu jghabbu pizijiet akbar ta’ taxxi fuq dahar il-poplu li qed jigi mgieghel ihallas ghall-amministrazzjoni hazina tal-istess gvern, issa se jispiccaw jaghtu amnestija li se jgawdu minnha dawk li ma hallsux it-taxxa dovuta kif u meta kien suppost.


Skont din l-amnestija kif mhabbra mill-ministru Tonio Fenech, dawk li ghandhom jaghtu lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni jistghu jgawdu minn tnaqqis sa 90% tal-multi u imghaxijiet akkumulati matul is-snin jekk jaccettaw li jwaqqghu l-oggezzjonijiet taghhom u talbiet li kellhom pendenti u jhallsu l-ammonti mnaqqsa sal-15 ta’ Jannar li gej.
Il-gvern ta’ Dr. Gonzi tant jinsab dahru mal-hajt bis-sitwazzjoni finanzjarja prekarja li gab fiha lill-pajjiz, li qieghed jispicca jqaxxar il-qiegh tal-barmil u jgib fix-xejn il-principji tal-moralità fiskali li fuqha suppost hi msejjsa t-taxxa tad-dhul f’pajjizna. L-impjegat li ghandu d-dhul tieghu dikjarat kollu, irid jew ma jridx, ikollu jhallas it-taxxa dovuta sal-inqas centezmu. Fl-istess hin minn jipprova jizgicca t-taxxa billi joqghod jittrattjeni bl-oggezzjonijiet u bit-tkaxkir tas-saqajn, qed jispicca ppremjat b’din l-amnestija a spejjez tac-cittadin onest.


Matul is-snin, inghataw diversi amnestiji  u ‘mahfriet’ dwar diversi attivitajiet illegali, bini bla permess fuq art pubblika, boreholes illegali, multi tal-VAT, flus depozitati barra minn Malta li ma kienux dikjarati ghal skopijiet ta’ taxxa, ecc. L-effett ta’ dawn l-amnestiji fuq il-psikologija popolari hu li f’dan il-pajjiz meta tabbuza, ikun jaqbillek tirriskja ghax x’aktarx li tigi ppremjat. Din l-amnestija bhal hafna ohrajn ta’ qabilha flok tikkastiga lil min jabbuza u ma jhallasx it-taxxa fil-hin, tikkastiga lil min it-taxxa jhallasha sal-anqas centezmu meta u kif suppost.
Ippjanar hazin

Veru kaz ta’ ahjar tard milli qatt li l-gvern tal-PN induna xi zball serju kien se jaghmel meta kienu se jithallew barra izjed min-nofs iz-zghazagh li applikaw biex jistudjaw fil-qasam tan-nursing. X’sens kien jaghmel li dawn iz-zghazagh li kellhom il-kwalifici kollha necessarji biex jidhlu l-Università, iccahhadhom mill-opportunità li jsegwu l-kors li xtaqu, meta l-pajjiz ghandu bzonn tant zghazagh li jispecjalizzaw bhala infermiera halli s-servizz fl-isptarijiet jinghata kif suppost?!  Certament li ma kienx jaghmel sens li meta applikaw 379 zaghzugh ghall-korsijiet kemm tal-B.Sc fin-nursing u f’livell ta’ diploma, gew accettati biss 140 applikant biex jibdew dawn il-korsijiet. Dan kollu jindika jew nuqqas ta’ ppjanar tajjeb fl-ahjar ipotezi, inkella fl-aghar ipotezi li l-gvern qed jaghmel ekonomija falza li twassal biex l-isptarijiet pubblici ma jkollhom qatt in-numru ta’ infermiera mehtiega biex jinghata servizz ta’ livell gholi kif suppost.


Wiehed jawgura li ghas-snin li gejjin jibqghu jithallew jidhlu izjed zghazagh f’korsijiet avvanzati fil-qasam tan-nursing. Iktar u iktar meta l-pajjiz ghandu bzonn madwar 1400 infermier biex ikun jista’ joffri livell adegwat ta’ servizz medici f’pajjizna, b’madwar 700 li huma mehtiega biex jimtlew il-vacancies li hemm fl-Isptar Mater Dei. Din is-sitwazzjoni ilha tirrepeti ruhha sena wara sena, bil-konsegwenza li minhabba n-nuqqas ta’ infermiera fl-isptarijiet pubblici, kull ma jmur is-servizz medici qed imorru ghall-aghar flok ghall-ahjar.

Fix-xhur li ghaddew, biex itaffi n-nuqqas ta’ infermiera fis-sistema nazzjonali tas-sahha l-Gvern ghamel kampanja ta’ pubblicità permezz ta’ billboards u riklami fuq il-mezzi tax-xandir biex iheggeg izjed zghazagh jistudjaw biex jikkwalifikaw bhala infermiera. Imma meta din il-kampanja ta’ pubblicità kellha r-rizultat mixtieq b’izjed zghazagh li thajru jaghzlu l-karriera ta’ nursing bhala professjoni, kienet xi haga li assolutament ma tinftiex li mbaghad l-gvern kien ser isabbtilhom il-bieb f’wicchom. Huwa dmir tal-gvern li jaghmel minn kollox biex jghin lill-Università ta’ Malta tkun f’pozizzjoni taccetta liz-zghazagh kollha li jkollhom il-kwalifici necessarji biex jibdew kors f’livell ta’ bacellerat u diploma fil-qasam tan-nursing.  In-nuqqas li jezisti llum fin-numru ta’ infermiera, huwa tort tan-nuqqas ta’ hila ta’ gvernijiet Nazzjonalisti li tul dawn l-ahhar ghaxar snin f’kull qasam tas-sahha ma kienux kapaci jippjanaw fit-tul u bis-sens.

Il-VAT fuq ir-ristortanti

Ghal ragunijiet li jaf hu, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi baqa’ m’accettax li tigi mnaqqsa ir-rata tal-VAT fuq ir-ristoranti f’pajjizna, minkejja li kienet l-Unjoni Ewropea stess li tat din il-koncessjoni li giet uzata minn pajjizi ohra, fosthom Franza. Matul is-sitt xhur li ghaddew, fis-settur tal-lukandi u ristoranti gie registrat l-akbar tnaqqis fl-attività ekonomika f’pajjizna, ta’ ‘l fuq minn 15%.

Mizura li tnaqqas ir-rata tal-VAT fir-rigward tar-ristoranti kieku twettqet, kienet iservi ta’ incentiv biex dan is-settur jirpilja u jizdied in-numru ta’ dawk li jmorru jieklu fir-ristoranti u tingabar aktar taxxa.  Bil-pizijiet esagerati u taxxi gholjin li ghabba fuq in-negozju u fl-ahhar mill-ahhar fuq il-konsumaturi, l-attività ekonomika kompliet tistaghgna u l-gvern qed jispicca jigbor hafna inqas f’taxxi.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
20C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata