Michael Mifsud jista’ jiffirma kuntratt ta’ sentejn mat-tim minn League Two, Notts County, fil-jiem li gejjin. L-attakkant Malti ta’ 28 sena jidher li se jaghzel divizjoni inferjuri ghal dik li laghab fiha fl-ahhar snin minkejja l-interes minn timijiet mill-istess Championship fosthom Sheffield United u Newcastle.
Ma kinux dawn biss it-timijiet interessati fl-attakkant Malti hekk kif il-media internazzjonali rrapportat ukoll dwar l-interess tat-tim Tork Ankaragucu u l-Griegi ta’ Larissa. F’mument minnhom kien hemm ukoll l-interess tal-Portugizi ta’ Benfica.
Min-naha taghhom Notts County ghandhom ambizzjonijiet kbar tant li appuntaw lill-eks kowc nazzjonali Ingliz Sven Goran Eriksson bhala direttur tal-football. Fl-ahhar gimghat hadu wkoll l-eks Tottenham, Arsenal u Portsmouth Sol Campbell. Huma nefqu wkoll miljun u nofs sterilna ghal Kasper Schmeichel minghand Manchester City.
Intant Mifsud mistenni jiffirma kuntratt ta’ sentejn fil-jiem li gejjin u jista’ jiddebbuta l-gimgha d-diehla.
Fl-ahhar gimghat Mifsud kien qieghed jitharreg biss mat-tim Nazzjonali Malti.

| < Prev | Next > |
|---|






