L-ahbar ta’ nhar il-Gimgha li l-Bord tal-Korruzzjoni fi hdan l-MFA sab lil Marsaxlokk hatja ta’ korruzzjoni u rrelegahom ghall-ewwel divizjoni waslet biex diversi timijiet tal-Premier jitfghu harsthom fuq il-plejers ta’ Marsaxlokk. B’mod partikolari dawk il-plejers li m’humiex lesti jilaghbu fl-ewwel divizjoni.
Anke jekk is-suq ta’ trasferimenti ghalaq fil-31 ta’ Awwissu sorsi vicin il-Malta Football Association (MFA) spjegaw kif tista’ tinghata koncessjoni lill-plejers ta’ Marsaxlokk biex ghall-perjodu qasir ikunu jistghu jiffirmaw ma’ timijiet ohra.
Konxji minn dan diversi timijiet digà bdew juru interess fil-plejers Xlukkajri.
KullHadd huwa infurmat li hija kwazi haga certa li Floriana se jakkwistaw lid-difensur internazzjonali Malti Brian Said. Jidher li Brian Said huwa free-agent hekk kif inhall mill-kuntratt max-Xlukkajri.
Il-futur tal-plejers l-ohra huwa marbut mal-koncessjoni msemmija.
Il-Greens iridu wkoll lil Gareth Sciberras. Minkejja dan jidher li Rahal Gdid huwa d-destinazzjoni iktar probabbli ghal Sciberras bil-kowc Mark Miller kien interessat f’dan il-plejer anke tul is-Sajf.
Skont ir-regoli tal-MFA huma Hamrun u Msida t-timijiet li se jkunu qeghdin jiehdu l-post ta’ Birgu u Marsaxlokk u ghalhekk dawn it-timijiet se jkunu qeghdin ifittxu li jsahhu l-iskwadra. Il-plejers ta’ Marsaxlokk jistghu ikunu soluzzjoni tajba f’perjodu fejn hafna timijiet ikunu diga ssetiljaw.
Imkejjen qrib hafna tal-klabb ta' Hamrun Spartans, qalulna li t-tim se jaghmel talba lil Marsaxlokk ghall-plejers Emil Yanchev, Martin Deanov, Roderick Bajada u Peter Pullicino. Dan jekk dejjem tinghata l-koncessjoni min-naha ta' l-MFA.
Plejers ohra li jistghu jhallu t-tim immexxi minn Patrick Curmi huma Carlo Mamo, li qieghed jinteressa lil Tarxien, Clive Brincat William Camenzuli u Dylan Kokavessis.

| < Prev | Next > |
|---|






