Ir-rizultat tal-loghba Malta kontra Svezja ghalkemm xorta telfa jnehhi xi ftit mill-imrar li bhalissa ghaddej minnu l-futbol Malti. Loghba li kontra l-mizerja li rajna mal-Cape Verde, it-tim kellu wirja tajba, tant li ma kien jisraq xejn li kieku Malta kisbet punt kontra Ibrahimovic u shabu. U nisperaw ukoll li din il-wirja tghin biex Michael Mifsud jiffirma ma’ klabb gdid. Michael huwa l-ahjar prodott tal-futbol ta’ pajjizna u ghandu bzonn kemm jista’ jkun malajr jerga’ jibda l-futbol kompetittiv ghal l-unur ta’ pajjizna u anki ghal gid tat-tim nazzjonali.
Izda dan ir-rizultat ma kien ifisser xejn ghall-partitarji tal-futbol Malti li iktar kien mohhhom fis-sentenza tat-tribunal kontra Marsaxlokk. Tara diversi blogs u tinduna li hafna hadu pjacir li Marsaxlokk gew relegati ghall-ewwel divizjoni. Jien zgur mhux il-bniedem li se nidhol fil-mertu ta’ sentenza li hadet diversi gimghat biex tigi studjata, però zgur li s-sospensjoni ta’ Marsaxlokk, hija pjaga ohra fil-futbol ta’ pajjizna, wara dak li gara lil Vittoriosa u lil diversi individwi f`kazijiet separati.
Wiehed jittama li minn issa ‘l quddiem id-dubji serji li jkun hemm fuq l-futbol Malti ma jibqghux hemm. U issa x’ser jigri? Bla dubju hemm hafna mistoqsijiet x’jistghu isiru u li jridu jigu diskussi fil-granet li gejjien. Jekk il-kampjonat Malti se jibda mill-bidu, allura dan jista’ jkun ta’ zvantagg ghal dawk it-timijiet li digà hadu xi punti dan l-istagun. Jekk jitnehhew biss ir-rizultati kontra Marsaxlokk u l-Birgu, allura dan se jkun ta’ zvantagg ghal min digà laghab kontrihom, iktar u iktar jekk kif digà sar bil-karti sofor u homor tal-loghbiet precedenti li se jibqghu effettivi. U min se jitla’? Hafna qed isemmu lil Hamrun Spartans u Msida St Joseph li gew relegati mill-Premier l-istagun li ghadda. Wiehed izda jrid jiftakar li jekk Marsaxlokk kienu fil-Premier, Vittoriosa nstabu hatja fl-ewwel divizjoni, allura jkun jixraq li jkun it-tielet tim tal-istagun li ghadda, jigifieri Pietà Hotspurs li ghandhom jigu promossi u mhux Hamrun. It-timijiet li se jigu promossi se jinghataw ic-cans li jaghmlu xi trasferimenti sabiex ikollhom tim ghal Premier? Jew inkella se jithallew kif kienu u allura l-livell taghhom se jkun inferjuri. Huwa dawn il-hafna mistoqsijiet li din il-gimgha hemm bzonn jitwiegbu car.
Dan kollu bil-kundizzjoni li Marsaxlokk u Vittoriosa ma jappellawx mis-sentenza u allura l-kampjonati jridu jkollhom posponiment itwal. Insaqsu wkoll jekk il-pulizija komplitx b’iktar investigazzjonijiet fuq loghbiet tal-istagun li ghadda ghax jekk qed jigri hekk allura jista’ jkun li f’nofs l-istagun jew qabel jew wara nergghu nigu fl-istess sitwazzjoni, il-kampjonat ikollu jergà jieqaf u nergghu bil-kummiedji. Wiehed jittama li meta jibda l-Kampjonat Premier, jibda issa darba ghal dejjem.
Kif qed nitkellmu fuq l-futbol, id-dispjacir tad-dilettanti kollha tal-futbol Malti ghal mewt tal-ex Segretarju tal-Malta Football Association Joe Sacco. Sacco kien bniedem li ghamel hafna xoghol ghal loghba tal-ballun f`pajjizna u fuq kollox kien jaghmel dan bid-dahka fuq wiccu. Sacco qatt ma kien zorr u qatt ma kien arroganti u dan ghamel minnu ragel ta’ vera u ezempju ghal hafna amministraturi tal-loghba li qishom meta jiehdu kariga importanti tikber xi ftit jew wisq rashom. Il-kondoljanzi lil familja Sacco u Grazzi Joe ghas servizz li tajt lil Malta fil-futbol.
Stennejna iktar
Wiehed kien qed jistenna ftit iktar mit-tim nazzjonali tal-woterpolo li ha sehem fil-kampjonat Ewropej B tal-Woterpolo. L-objettiv tat-tim ta’ Sergio Afric kien li jaslu minn tal-inqas sas-semifinali, izda dan l-objettiv ma ntlahaqx. Kien hemm hafna li staqsew ukoll ghaliex kien hemm certu eskluzjonijiet fl-iskwadra Maltija, b’mod partikolari dik ta’ Matthew Zammit. Zammit li gej minn stagun fl-A2 Taljan, ma kellux kampjonat Malti tajjeb hafna, izda nahseb f’loghbiet ta’ livell internazzjonali seta’ jaghti l-kontirbut tieghu. ’Il boghod minn dan ir-rizultat wiehed irid jaghmel analizi ta’ dak li ghandna fil-loghba tal-woterpolo fil-prezent.
Ghal dawn l-ahhar snin qed ikunu biss it-timijiet ta’ Neptunes u Sliema li qed jiksbu l-unuri. Wiehed jistaqsi jekk wara li kienu diversi t-timijiet li spiccaw fix-xejn, issa hux se jisparixxu wkoll bil-mod il-mod aktar timijiet.
Issa li ntemmet it-tmexxija ta’ Robbie Ebejer li tahtu l-ASA ghamlet passi kbar ‘l quddiem, hemm bzonn li jsir studju dwar kif din il-loghab se titjieb. Hemm bzonn li t-tmexxija tal-ASA tkun iktar koncentrata fuq dan u mhux fuq affarijiet ohra. Hemm bzonn li l-woterpolo jerga’ jsir l-isport ta’ Malta u Ghawdex kollu u mhux biss l-isport mill-ponta ta’ Tigne sal-Balluta.
Il-qawwa Taljana
Mix-xena internazzjonali, jidher li ghalkemm jien personali ma naqbilx ma certi ghazliet li jaghmel Marcello Lippi fit-tim nazzjonali Taljan, bla dubju l-klassi ta’ kowcis Taljani hija superjuri ghal hafna. Dak li qed jaghmel Fabio Capello mat-tim nazzjonali Ingliz huwa xhieda ta’ dan. Huwa ftit li xejn biddel plejers izda zgur li biddel mentalità ta’ tim li issa qed jaghti spettaklu. Però mhux Capello biss, l-istess qed jaghmel Giovanni Trapattoni li rega’ gab lill-Irlanda fejn kienu fl-1990. Trapattoni rega’ ta’ fiducja, serjetà u trankwillità lil tim li kien ilu ma jikseb rizultati simili.
Fuq livell ta’ klabbs l-istess qed jaghmel Carlo Ancelotti li rega’ ta fiducja u trankwillità lil plejers bhal Terry, Drogba u Lampard fost ohrajn li xi xhur ilu riedu jitilqu. Però jekk ghal kowcis l-Italja tigi l-ewwel, mhux l-istess nistghu nghidu ghal kif iharsu lejn l-futbol.
Kien f’diversi drabi li jien ktibt fuq mentalità hazina tat-Taljani lejn l-futbol, u issa kkonferma dan Carlo Ancelotti li qal li l-ghazla li ghamel li jmur jikkowcja fi Stamford Bridge hija l-ahjar wahda, ghax l-Inglizi jharsu lejn l-futbol bhala spettaklu u mhux tragedja familjari.

| < Prev | Next > |
|---|







Min ghandu l-flus jinvestijhom fin-nursery u fil-plejers tieghu ghax billi tirbah tazza bil-korruzzjoni ma tkun qed tferrah lil hadd. Lanqas lis-supporters tieghek stess!