Dan l-ahhar f’xi gurnali lokali dehret ittra fejn sar suggeriment biex jitnehhew l-uniformijiet ta’ l-iskejjel ta’ l-Istat bl-iskuza li dawn qed ikunu ta’ piz finanzjarju fuq xi familji.
L-ewwel mistoqsija taghna hi ghaliex dawn ghandhom jitnehhew mill-iskejjel ta’ l-Istat biss? Ghaliex mhux mill-iskejjel tal-Knisja u tal-Privat ukoll. Forsi l-ispejjez ta’ l-uniformijiet huma ta’ inqas piz fuq il-genituri ta’ dawn l-iskejjel?
Ma jidhrilnix li dan is-suggeriment huwa ta’ min jattwah.
L-ewwelnet bit-tnehhija ta’ l-uniformi, hafna drabi minflok ma jonqsu l-ispejjez fuq il-genituri, dawn aktarx jizdiedu. Dan billi nafu li t-tnehhija ta’ l-uniformi tiftah il-bieb ghal hafna piki zejda. Zgur li se jkun hemm genituri li se jibdew jibaghtu lil uliedhom l-iskola bi hwejjeg li jqumu ferm aktar milli tqum uniformi. Dan sintendi jwassal biex, anke dawk il-genituri li ma jifilhux finanzjarjament jippruvaw jibaghtu lil uliedhom bi hwejjeg li jlahhqu ma’ ta’ shabhom u allura minflok ma tittaffa l-problema tal-finanzi, din tkompli tizdied. Bizzejjed inharsu x’jigri fl-ilbiesi tal-precett biex naraw kemm dan hu minnu.
Dan biex ma nsemmux li tista’ tinholoq problema lill-kapijiet ta’ l-iskejjel minhabba l-mod ta’ kif imorru liebsa l-istudenti l-iskola… u dan mhux min-naha tal-bniet biss.
It-tieni, ghalkemm internazzjonalment hemm dibattitu shih dwar l-uniformijiet, min favur li dawn jibqghu u min irid inehhihom, xorta hafna edukaturi u socjologisti jsostnu li studenti li jilbsu l-uniformi huma aktar dixxiplinati minn dawk li jilbsu kif iridu. Dawn isostnu wkoll li dawk l-istudenti li jilbsu l-uniformi jiksbu rizultati ahjar fost kollox billi jiffukaw aktar fuq l-istudju milli fuq l-ilbies.
Dawk li huma kontra l-uzu ta’ l-uniformi min-naha l-ohra jsostnu li l-uniformi tnaqqas l-individwalità ta’ dak li jkun u ttellef lil dak li jkun milli jesprimi ruhu kif jixtieq (self-expression) u xxekkel d-diversità. L-uzu ta’ l-uniformi ma jghinx biex l-istudenti jigu ppreparati sewwa ghall-hajja attwali fejn kulhadd jilbes kif jidhirlu.
Jinghataw diversi ragunijiet ohra favur u kontra l-uzu ta’ l-uniformi fl-iskejjel. Biss fl-opinjoni taghna ma nahsbux li bit-tnehhija ta’ l-uniformi nkunu se naghmlu xi pass ‘il quddiem, specjalment fejn jidhlu l-ispejjez.
Biex jitnaqqsu l-ispejjez ahjar naraw li l-uniformi li tintghazel tkun wahda li ma tqumx hafna flus, li kemm jista’ jkun ma jkunx hemm monopolji. Fuq kollox illum nippriedkaw hafna bil-kompetizzjoni bejn il-hwienet ghax b’hekk il-prezzijiet jistghu jinzammu f’livell xieraq.
Jehtieg ukoll li l-iskejjel joqoghdu attenti li joholqu bilanc u jekk jippruvaw jaqilghu xi haga ghall-fond ta’ l-iskola, dan ma jkunx ta’ dannu ghall-genituri, billi dak il-persentagg jew ghotjiet li jinghataw (fejn jinghataw), jizdied fuq il-prezz ta’ l-uniformijiet. Fuq kollox ma naslux biex ikollna kazijiet bhal dak li nkiteb dwaru dan l-ahhar fejn omm qalet li ghax damet jumejn ma ordnat l-uniformijiet din wehlet somma ta’ flus konsiderevoli aktar minn genituri ohra.
Nota: Propju ftit wara li lestejna dan l-artiklu sirna nafu li l-Awtoritajiet ta’ l-Edukazzjoni fl-ahhar lestew ir-regolamenti dwar l-uniformijiet fl-iskejjel ta’ l-Istat. Intqal li dawn ir-regolamenti gew applikati minn din is-sena u bhala rizultat sahansitra kien hemm xi tnaqqis fl-ispejjez ghall-genituri.
Nisperaw li xi genituri jikkonfermaw dan, ghax s’issa l-uniku ittra li ltqajna maghha kienet dik li semmejna aktar ‘il fuq, fejn fil-fatt din wehlet aktar flus u mhux inqas.
Decizjoni tajba
Kienet decizjoni tajba li dawk kollha li applikaw biex jidhlu l-Università biex jaghmlu xi kors tan-nursing jigu accettati kollha. Ma narawx ghaliex din id-decizjoni ma ttehdidtx mal-ewwel u ttiehdet biss wara kritika li saret minn diversi nhawi fosthom mill- Union ta’ l-Infermiera u l-Qwiebel.
Kif qal l-Kelliem Ewlieni ghall-Politika Socjali Michael Farrugia u l-Kelliem Ewlieni ghall-Edukazzjoni u Zghazagh Evarist Bartolo ma jaghmilx sens li jigu accettati 140 applikant biss biex jibdew dawn il-korsijiet meta l-pajjiz ghandu bzonn madwar 1,400 infermier biex ikun jista’ joffri s-servizzi necessarji tas-sahha f’pajjizna, b’nofshom bzonnjuzi biex jimlew il-postijiet fl-isptar Mater Dei.
Kif qalu l-istess kelliema bizzejjed intilef hafna zmien bil-konsegwenza li l-problema ta’ nuqqas ta’ infermieri kulma tmur sejra ghall-aghar.
Nisperaw li l-Awtoritajiet jaccettaw ukoll il-proposta tal-kelliema Laburista jigifieri li l-214-il applikant l-iehor li wrew interess li jiehdu l-professjoni ta’ ‘nursing’ u li applikaw taht ir-regoli tal-Università bhala ‘mature students’ – fosthom 84 Nursing Aides – jinghataw l-opportunità serja biex huma wkoll ikunu jistghu jibdew il-korsijiet ta’ ‘nursing’.

| < Prev | Next > |
|---|






