Thursday
Jul 29th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Lura ghat-tkabbir

E-mail Print PDF

michael_parnisSkont l-ahhar tbassir ekonomiku tal-Kummissjoni Ewropea “L-UE qieghda fit-triq li ser tohrogha mir-ricessjoni fl-erba’ xhur li gejjin”. Il-Kummissjoni tkompli tghid li “dan l-irkupru jibqa’ wiehed fragli u jdghajjef is-suq tax-xoghol filwaqt li ser johloq pressjoni fuq il-fondi pubblici”.

Ghat-tielet kwart tas-sena l-UE qed thares lejn tkabbir ta’ 0.2 %, filwaqt li l-biza’ ta’ recessjoni fit-tul kull ma jmur qed bil-mod il-mod tonqos. Il-Kummissjoni tkompli tghid li “madanakollu, in-nuqqas ta’ certezza tkompli tiddomina filwaqt li l-irkupru jista’ johloq sorpriza fuq zmien qasir u kemm dan kollu ser ikun sostenibbli ghad irridu naraw”.

 

L-aktar haga li tidher inkwetanti f’dan kollu hu l-fatt li l-aktar li ser jintlaqtu huma l-haddiema.  Ir-ricessjoni gabet maghha hafna telf ta’ impjiegi mhux biss fl-Ewropa izda fil-kumplament tad-dinja.  Malta mhix eccezzjoni u din il-gimgha qrajna kemm ghola n-numru ta’ dawk minghajr impjieg filwaqt li gie iddikjarat li tlifna madwar 2000 impjieg mill-qasam tal-manifattura.  Wisq probabbli Malta ghad trid tintlaqat minn effetti akbar fix-xhur li gejjin. 
Waqt laqgha li attendejt ghaliha fi Brussell din il-gimgha kelliema differenti gejjin mill-Kummisjoni u minn min ihaddem kollha stqarrew li fl-Ewropa il-qaghad zdied izda it-talba ghall-haddiema zdiedet ukoll.


Sa certu punt stqarrija bhal din hi ftit jew wisq kontradittorja. Fuq naha ghandek eluf ta’ persuni ifittxu ghax-xoghol u fuq naha wahda ghandek talba ghal aktar haddiema.  Is-soluzzjoni ghall-Ewropea hi wahda semplici, ”ghandna bzonn aktar immigranti li kapaci jaghmlu ix-xoghol li hemm bzonn”.  Mill-banda l-ohra shabna l-Ewropej ghadhom ikaxkru saqajhom biex jghinu lil pajjizna u jiehdu f’pajjizhom uhud mill-immigranti li ghandna f’Malta.


Izda l-verità hi wahda differenti, hemm bzonn haddiema barranin biex jaghmlu xoghol minflok il-haddiema Ewropej ghax dawn jiswew ferm anqas.  L-iskuza hi li l-Ewropa ghandha bzonn haddiema kwalifikati u l-fatt li qed jitwieldu anqas u l-hajja qed titwal qed iwassal ghan-nuqqasijiet li qed naffaccjaw bil-periklu li jikkolassa kollox fosthom is-servizzi socjali u l-pensjonijiet.


U f’Malta?  Il-qaghad zdied ukoll f’pajjizna, izda xortra wahda ghad hawn mijiet ta’ immigranti li ghandhom impjieg.  Qabel kienu jghidu li dawn jiehdu xoghol li l-Maltin ma jridux jaghmlu.  Hafna minnhom kienu jahdmu fil-barrieri jew jigbru l-iskart, izda illum tista’ tara haddiema barranin kwazi kulimkien.  Fir-restoranti, lukandi, fabriki, mal-kuntratturi, fl-Isptarijiet, securities insomma kull fejn jistghu jaqilghu lira.  Nispera li ma jigix xi hadd u jghid li qed jaghmlu xoghol li ma jridux jaghmlu l-Maltin!  Óafna minnhom jitthadmu bil-loqom u din hi l-vera raguni ghalfejn is-sidien qed jippreferu haddiema barranin minn Maltin.  Ara ma tmorrux tahsbu li dawn jahdmu aktar mill-Maltin tafux! L-unika raguni hi wahda finanzzjarja.  Il-hlas taghhom hu ferm anqas mill-Maltin minbarra l-fatt li hafna minnhom ma jhallsux bolla u anqas taxxi u anqas jinghataw leave jew sick leave u ghalhekk anke l-employer jiffranka hafna.


Il-Kummissarju Joaquin Almunia stqarr li ”l-irkupru kien possibli minhabba l-ippumpjar ta’ flus fl-ekonomiji mill-banek centrali u mill-awtoritajiet pubblici jew biex nifhmu ahjar mill-gvernijiet u l-ekonomija dghajfa ser tkompli tiekol mill-impjiegi u l-fondi publici”.  L-ispalla tal-gvernijiet kienet ir-raguni principali li l-Ewropa qieghda tghinha tissupera l-krizi li dahlet fiha. Minkejja dan kollu f’pajjizna jigri ezatt il-kontra. Ghandna gvern li zied it-tariffi, zied it-taxxi u l-VAT u jara kif jaghmel biex minn fuq il-haddiem jigbor sa l-anqas centezmu u dawk li jifilhu jifrankalhom l-eluf. Imma ahna mhux ukoll parti mill-Ewropa!?

 

Dak li jghodd ghall-Germanizi, Taljani, Griegi u Inglizi ma jghoddx ghalina? Ghaliex dak li jahdem fl-Ewropa f’Malta ma natwawhx? Nisperaw biss li meta tigi d-daqqa l-kbira ma jkollniex xi esponent iwahhal fl-Ewropa jew fil-haddiema Maltin!

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Sunny Sunny Sunny Sunny
25C 32C 31C 31C 31C
Thu Fri Sat Sun Mon

Inghaqad maghna fuq Facebook

facebook_logo

 

Karikatura