Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Jum Nazzjonali wiehed?!

E-mail Print PDF
Share

Il-prim ministru Gonzi ghandu habta meta jkun dahru mal-hajt jipprova johloq diversivi bl-iskop li jiddevja l-attenzjoni minn fuq il-problemi li jkunu qeghdin ikiddu l-gvern tieghu.


Propju hekk ghamel Lawrence Gonzi f’dawn il-granet meta hareg habta u sabta u minghajr ma kkonsulta ma’ hadd, bil-proposta li jum l-Indipendenza ghandu jkun l-uniku jum nazzjonali.

Ghamel bhalma jaghmel kwalunkwe fanatiku tal-festa tar-rahal li johrog jghid go nofs ta’ pjazza li l-aqwa festa hija ‘taghna u mhux taghhom’.


Naturalment il-maggoranza tal-Maltin u l-Ghawdxin li huma nies tal-affari taghhom, digà ghandhom wisq ma’ xhiex ihabbtu wicchom biex jaraw kif se jkampaw mal-hajja bil-problemi li holoq ghalihom il-gvern ta’ Lawrence Gonzi stess li   minkejja li qabel l-ahhar elezzjoni generali wieghed il-manna mis-sema, propju f’dawn l-ahhar xhur kompla jzid il-pizijiet fuq il-familji Maltin u Ghawdxin b’kontijiet, taxxi u mizuri ohrajn li kompew jghollu l-hajja.


Propju ghalhekk ebda Malti jew Ghawdxi m’hu se jaqa’ ghal-lixka ta’ Lawrence Gonzi li joqghod jahli hinu u l-energija tieghu f’diskussjoni sterili bhal din dwar liema wiehed mill-jiem nazzjonali ghandu l-akbar sinifikat fl-istorja.


Naturalment m’ghandux ikun ir-rwol tal-politikanti li jiddeciedu liema jum fl-istorja ghandu jigi glorifikat minflok iehor, ghax dawn ghandhom kull interess li ghal skopijiet partiggjani joqoghdu jkabbru dak li ghamel il-partit taghhom a spejjez ta’ dak li ghamel haddiehor.


Il-gudizzju storiku ghandu jithalla ghall-istorici u ghas-sentiment popolari li jevolvi mal-milja taz-zmien u m’ghandux ikun xi hadd bhal Lawrence Gonzi li ghandu kull interess li joqghod ikabbar u jitkabbar b’dak li ghamel il-partit tieghu matul l-istorja ta’ dal-pajjiz.


Kieku tassew il-Partit Nazzjonalista jixtieq li jum l-Indipendenza xi darba jigi accettat minn kulhadd bhala l-jum li jghaqqad lill-poplu kollu, zgur li ghandu jieqaf jibqa’ jiccelebrah bil-mod kif ghadu jigi ccelebrat fuq il-Fosos sallum b’mass meeting u diskorsi politici mill-aktar partiggjani.


Il-mexxej Laburista Joseph Muscat fl-ahhar festa ta’ Jum il-Helsien wera bic-car kemm hu dispost li jaghmel il-politika b’mod gdid billi ghola ‘l fuq mis-soltu tribalizmu politiku, meta ma ddejjaq xejn jirrikonoxxi s-sinifikat storiku li kellha l-Indipendenza ta’ Malta u r-rwol importanti li kellu George Borg Olivier fl-istorja ta’ dan il-pajjiz.  
Lawrence Gonzi, minflok hataf l-opportunità li offrielu Joseph Muscat biex nibdew pagna gdida fl-istorja tal-pajjiz, billi kull partit jirrikonoxxi s-sehem importanti li ta l-partit l-iehor fl-izvilupp kostituzzjonali, socjali u ekonomiku ta’ dal-pajjiz, ipprova jiehu vantagg partiggjan billi ppropona l-Indipendenza bhala l-uniku jum nazzjonali ta’ Malta, biex minghalih in-nies issib fhiex tehda u taljiena rasha.


Fir-reazzjoni tieghu Joseph Muscat ghamilha cara li d-dibattitu dwar suggett bhala dan li jinvolvi wiehed mis-simboli tal-ghaqda nazzjonali, m’ghandux jiddegenera f’ballun politiku li jitfacca minn zmien ghal zmien meta jkun politikament konvenjenti ghall-gvern.


Fi kliem Joseph Muscat “id-decizjoni dwar jum nazzjonali wiehed ghandha tittiehed wara dibattitu hieles u miftuh u mhux partiggjan li jkun jghaqqad u mhux jifred lin-nies”.


Il-process biex xi darba dan il-pajjiz jinfatam mill-polarizzazzjoni, pika u firda li fnewh ghal tant snin hu wiehed twil u jehtieg sforzi intensivi u mhux battuti partiggjani superficjali kif ghandu habta jaghmel Lawrence Gonzi.
Trid l-ewwel u qabel kollox xi darba  issehh ir-rikonciljazzjoni nazzjonali li qatt ma sehhet. Iridu wkoll jinghelbu kull forma ta’ diskriminazzjoni u vendikazzjoni politika.


Irid jidhol aktar fina s-sens li ahna kburin li niffurmaw parti minn dan il-pajjiz, ghax dan hu l-pajjiz taghna lkoll u mhux ta’ xi klikka jew ohra. Pajjiz li jkun lest inehhi l-ghamad politiku, li jippremja l-mertu u li jwettaq il-haqq u l-gustizzja bil-fatti u mhux bil-paroli.

Imbaghad halli nigu ghac-cirasa fuq il-kejk u nitkellmu kemm irid Lawrence Gonzi dwar liema wiehed mill-jiem nazzjonali ghandu jkun is-simbolu tal-ghaqda nazzjonali. Ghax ir-raguni tghidlek li l-ewwel nitkellmu u nifthemu fuq is-sustanza ta’ dak li ghandu jghaqqadna, imbaghad x’ghandu jkun is-simbolu ta’ dak li jghaqqadna jkun biss problema sekondarja.

 

Dak li bassarna

F’dawn l-ahhar il-qasam tas-sahha, jew ahjar nghidu s-servizzi pprovduti mill-gvern f’dan il-qasam, kienu ghal darb’ohra fl-ahbarijiet. Jidher car li dak li kien imbassar li kien se jigri fl-isptar Mater Dei, qieghed isehh.
Qeghdin nirreferu ghax-xeni li rajna ta’ pazjenti fid-dipartiment ta’ l-emergenza u fil-kuruturi, kif ukoll ghall-iffullar f’ghadd ta’ swali.

M’hemmx dubju li dan kollu qieghed isehh ghax sa mill-bidu nett, ma sarux pjani u studji serji.

Aktar minn hekk, dan kollu qieghed isehh ghax il-gvern ma kkosultax ma’ dawk li ta‘ kuljum kienu jhabbtu wicchom ma’ problemi simili fl-isptar San Luqa.  Dan kollu wassal biex illum ghandna sptar li iva nistghu niftahru li huwa state-of-the art, imma li huwa mghobbi bil-hafna problemi li kienu jezistu wkoll fl-isptar San Luqa.
Ma nistghux ma nfakkrux li fuq l-isptar Mater Dei intefqu miljuni kbar ta’ euro u ghalhekk il-poplu qieghed jistenna lil Gonzi li jerfa’ responsabbiltà ta’ dak li qieghed jigri

Kummenti (1)Add Comment
Mr
Minn DanielDaniel, September 27, 2009
L-ghira fuq wickom tboss! aqqas tifilhu tghiru iktar. Ghalek min homor sirtu vjola!
report abuse
vote down
vote up
Votes: +0

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
20C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata