Thursday
Jul 29th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Gimgha impenjattiva ghal Msida SJ u Hamrun S

E-mail Print PDF

Il-jiem li gejjin se jkunu impenjattivi ferm ghat-timijiet ta’ Imsida u Hamrun li wara d-decizjoni mehuda mill-Kunsill tal-Malta Football Association (MFA) se jkunu huma li jiehdu l-post ta’ Vittoriosa u Marsaxlokk fil-kampjonat Premier. Il-priorità taz-zewg timijiet hija li tissahah l-iskwadra mhux l-inqas permezz ta’ akkwisti ta’ plejers barranin.

Hamrun Spartans qeghdin jittamaw li qabel il-konfront kontra Birkirkara jilhqu jirregistraw zewg barranin ohra hekk kif s'issa fuq il-kotba taghhom ghandhom biss lill eks Marsaxlokk Marcelo Pereira.

Fl-ahhar jiem fic-crieki Hamrunizi fi Strada Rjali u fil-Mile End intwera xetticizmu kbir dwar kemm it-tim huwa ppreparat biex jilghab fl-oghla divizjoni anke jekk is-sodisfazzjoni li mhux se jkunu fil-first division kien evidenti fuq wicc hafna.

Anke fil-kamp ta' Msida St. Joseph jezisti l-istess sentiment ghalkemm huma jidhru li qeghdin f’sitwazzjoni xi ftit ahjar fejn jidhlu l-barranin. Fil-fatt hemm ottimizmu dwar il-barranin li ghandhom jaslu ghal prova fil-granet li gejjin.

Bhal issa Msida li qeghdin taht it-tmexxija tal-kowc gdid Mark Marlow, ghandhom lill-eks Floriana u Hamrun Spartans Zoran Levnaic u l-attakant Argentin, deskritt minn dawk li rawh jitharreg bhala tajjeb hafna, Emiliano Lattes.

Mill-istagun li ghadda Msida tilfu numru ta' plejers fosthom Matthew Camilleri, Kenneth Spiteri u Dino Cachia.
Andrew Spiteri jonqsu xi xhur barra wara li wegga’ serjament l-istagun li ghadda.Ta' konsolazzjoni huwa r-ritorn ta' l-eks plejer taghhom stess Roderick Baldacchino.

Intant fil-granet li gejjin qabel ir-ritorn fil-Premier kemm Hamrun Spartans u anke Msida St.Joseph se jorganizzaw attivitajiet ghall-partitarji taghhom.

Il-kumitat ezekuttiv ta' Hamrun Spartans habbar li se jorganizza rally importanti ghall-membri u l-partitarji kollha tal-klabb halli jkunu infurmati bl-ahhar zviluppi u bil-mizuri li qeghdin jittiehdu biex l-iskwadra tkompli tissahhah. Ir-rally se jsir nhar il-Gimgha fill-Victor Tedesco Stadium.

Msida qeghdin jistiednui lill-partitarji taghhom ghall-prezentazzjoni tal-iskwadra l-gdida fil-klabb. Dan se jsir nhar l-Erbgha fil-ghaxija. Ftit jiem qabel l-ewwel loghba fil-Kampjonat kontra Qormi.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Sunny Sunny Sunny Sunny
25C 32C 31C 31C 31C
Thu Fri Sat Sun Mon

Inghaqad maghna fuq Facebook

facebook_logo

 

Karikatura