Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Istituzzjonijiet finta

E-mail Print PDF
Share

Minkejja l-isforzi kollha li jsiru mill-awtoritajiet madwar id-dinja, xorta ghad hawn numru ta’ istituzzjonijiet edukattivi li huma dubbjuzi. In-numru ta’ dawn kompla jikber permezz ta’ l-internet. hafna minn dawn johorgu certifikati u jaghtu kwalifikazzjoni li fil-fatt meta wiehed jipprova  juzahom isib li ma jiswew xejn jew ftit li xejn.


Ghadd ta’ studenti ngidmu sewwa, meta wara hafna studju u nfieq ta’ flus, sabu li l-isforzi kollha taghhom kemm mentali kif ukoll finanzjarji ma tawx il-frott mixtieq.

U fost dawn kellna ghadd ta’ studenti Maltin.


Il-kelliemi ghall-edukazzjoni  tal-Partit Laburista fetah kampanja qawwija dwar dan il-qerq. Nistennew li l-awtoritajiet edukattivi jaghmlu l-parti taghhom ukoll u malli jkollhom xi dubju dwar xi istituzzjoni javzaw il-pubbliku dwar dan. Fuq kollox f’dan is-settur l-awtoritajiet ghandhom l-ghajnuna tal-Kunsill Malti ghall-Kwalifici li ghandhom il-mezzi biex ikunu jafu liema  certifikazzjoni hija maghrufa minn universitajiet u awtoritajiet edukattivi, ecc u dawk li fil-fatt huma finta.


Tajjeb li l-awtoritajiet ikunu pro-attivi billi l-istudenti jigi mwissija minn qabel dwar istituzzjoni li johorgu certifikati ta’ ftit jew ebda valur,  u mhux nistennew li dak li jkun jonfoq flus u jahli hafna hin jistudja biex imbaghad isib li jkun ghamel dan ghalxejn.

Ikkonfermaw li kellu ragun


Hafna minnkom zgur tiftakru kemm, is-sena l-ohra, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi u l-Ministru Dolores Cristina, wahhlu f’Evarist Bartolo ghax il-korsijiet tal-ICT fl-iMCAST kienu se jibdew tard. Dan billi hu kien zvela li l-bini ta’ wahda mill-kumpaniji li gew accettati biex jaghtu dawn il-korsijiet ma kienx accessibbli ghall-persuni b’dizabilità, ghalkemm fil-verità dan id-dewmien kien gej minhabba li x-xoghol fuq l-ghazla tal-kumpaniji beda tard, ha hafna zmien biex jintemm u kien hemm appell quddiem il-Bord tal-Kumitat tal-Kuntratti .


Izda jidher li l-kontroversja li qajjem Bartolo swiet ghal xi haga ghax din is-sena l-Bord ta’ l-Ghazla qaghad attent hafna ghall-accessibilità. Tant li m’accettax lil zewg kumpaniji propju minhabba li l-perit tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Dizabilità qies li l-bini offrut minn dawn il-kumpaniji ma kienux accessibbli ghall-persuni b’dizabilità.


Trasport

Ghada anqas biss bdiet l-iskola u digà bdejna bl-ilmenti dwar it-trasport ta’ l-istudenti. Xi genituri qed jghidu li gew infurmati li t-tfal taghhom kienu se jingabru mid-djar taghhom fis-6.00a.m… iva mhux taqraw hazin fis-SITTA ta’ filghodu – meta l-iskola tibda fit-8.30a.m.  Dan ifisser li dawn it-tfal iridu jqumu ghal f’xil-5.00am. Aghar minn hekk dawn iridu jistennew aktar minn saghtejn qabel ma jibdew il-lezzjonijiet.

Jekk dak li qed jghidu l-genituri huwa minnu, u ma nahsbux li dawn mhux qed jghidu l-verità, nisperaw li l-Awtorijiet jiehdu passi biex jipprovdu transport f’hin aktar ragonevoli.


Ezamijiet

Rapport ta’ l-agenzija ta’ l-Unjoni Ewropeja Euydice  bit-titlu: 'National Testing of Pupils in Europe' fost kollox jghid hekk:

“Fost il-pajjizi kollha, Malta hija l-uniku wiehed fejn l-istudenti (fil-livell primarju u sekondarju) jaghmlu aktar minn ezami wiehed li r-rizultat tieghu jittiehed f’kunsiderazzjoni meta dawn jigu biex jimxu minn klassi ghall-ohra. Malta tuza testijiet nazzjonali mill-hames klassi tal-primarja ‘l fuq. Hija wkoll l-uniku pajjiz  li jistipula li l-iskejjel iridu juzaw ir-rizultat ta’ dawn it-testijiet biex it-tfal jitpoggew skont l-abilità taghhom fi klassijiet fil-hames u s-Sitt sena fil-livell primarju.”

("Of these countries (or regions), Malta is the only one in which pupils (at primary and secondary levels) have to sit for more than one test whose results are taken into account in qualifying them to move on to the next class. Malta uses national tests for this purpose in every class from year five of primary education onwards. It is also the only country which stipulates that schools should use the results of tests to place pupils in different ability groups in years five and six of primary education.")

Skond dan ir-rapport l-istudenti Maltin fil-livell primarju u sekondarju jaghmlu t-triplu ta’ l-ezamijiet li jaghmlu studenti f’pajjizi ta’ l-Unjoni Ewropea ohra.

Mhux ta’ xejn li l-istudenti taghna jibatu minn daqshekk stress.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
20C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata