Thursday
Feb 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Matul il-gimgha ma’ Masu Musu

E-mail Print PDF
Share

MasuPN



Kemm ilu prim u kapo, lili l-prim Gonzi ghallimni hafna u hafna affarijiet. U l-ahhar taghlima li tani qieghda thajjarni nohrog ghall-politika.
Anzi l-hsieb li ghandi jberren f’mohhi, imur ’il boghod aktar minnhekk. Qieghed nikkonsidra li nikkontesta jew ghall-mexxej tal-Labour jew ghall-kapo tal-PN.
Tistaqsuni: Imma kif dahallek dan il-hsieb f’mohhok?

Ghax mill-ahhar diskors tal-prim Gonzi, dak ta’ fuq il-Fosos, tghallimt li jekk xi darba nkun prim bhalu, dejjem nista’ nghid li   kontinwament irridu nkunu l-periti li nippjanaw il-gejjieni ta’ pajjizna.

B’hekk kulhadd jinsa dak li nkun ghamilt u kulhadd dejjem ihares lejja ghall-gejjieni, u allura nibqa’ ngawdi l-fiducja ta’ kulhadd ghal dejjem ta’ dejjem.

Tistaghgbux li minflok GonziPN fl-elezzjoni li jmiss issibu ma’ wicckom MasuPN. 

L-ISPIZJAR
Kemm hadha bi kbira Tonio Fenech ghax tal-Labour ma nafx x’qalulu fuq is-single mothers wara li huwa kien iddikjara li fil-bagit li gej se jara x’jaghmel biex inaqqas l-abbuzi tas-single mothers!

Hadha bi kbira Tonio Fenech ghax skont hu, tal-Labour qeghdin jappoggjaw lil min jabbuza minflok hargu spalla ma’ spalla mieghu u bdew ifahhruh minn filghodu sa filghaxija, u bil-lejl ukoll.

Nghiduha kif inhi. Ghandu ragun jehodha bi kbira Tonio Fenech, ghax tal-PN dawn l-affarijiet qatt ma jaghmluhom.
Insejtu kemm kienu appoggjawhom lil tal-Labour fil-kaz tal-50c (mhux ewro centezmi) li kienu ntroducew biex jinqatghu l-abbuzi fil-medicini b’xejn!

Tonio, kun af, li l-ispizjar milli jkollu jaghtik!

ECCELLENTI
Id-direttur tal-filma, l-iSpanjol Alejandro Amenàbar skopra, ta’ lanqas skont il-gurnalista tal-PN Ingrid Fenech, li Malta kienet sit eccellenti ghall-film “Agora”.

M’hemmx ghalfejn nghidilkom li lil dan id-direttur, jiena ma nafux.  Lanqas minn Adam, kif jghidu.  Ghax kieku nafu, u naf fejn joqghod, nibghat nghidlu li Malta hija sit eccellenti ghal hafna u hafna films, u mhux ghall-film “Agora” biss.
Ovvjament, ghal certi films, Malta hija aktar sit eccellenti minn ohrajn.

Alejandro Amenàbar ghandu jkun jaf li Malta hija l-aktar eccellenti ghal xi kummiedja tragika, jew ghall-films tal-Mickey Mouse!

FIL-VETRINA

Tiftarkuh hbieb tieghi lil Francis zammit Dimech, (li kien ministru tat-turizmu u issa spicca b’idu f’idu) jghid li permezz tal-kuncert Isle of MTV kienu se jizdiedu bil-kbir it-turisti li jigu Malta? 

Intefqu eluf kbar ta’ euro, ingiebu kantanti mill-aqwa, rajnih sena wara sena, u minflok zdiedu, it-turisti naqsu.
Imma issa ghandna okkazjoni ohra li, skont Kevin Drake tal-Awtorità tat-Turizmu se tpoggi lil Malta u lil Ghawdex f’vetrina madwar id-dinja.
Ghal min ma ghadu ma jafx, din l-okkazjoni hija kompetizzjoni ghall-aktar ragel b’sahhtu li ghaliha se jigu ma nafx kemm irgiel li mistennija jerfghu karozzi u jigbdu trakkijiet u ajruplani

Min jaf, forsi fl-ahhar tigina zewg, ghalkemm ma nistax nifhem kif Ghawdex se jkun fil-vetrina ta’ Kevin Drake meta l-ebda attività minn din l-okkazjoni mhi se ssir Ghawdex.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy AM Showers Scattered Showers Mostly Sunny Scattered Showers
12C 13C 11C 11C 9C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata