B’referenza ghall-problema ta’ nuqqas ta’ sodod, xtaqtu jfiehem x’irid ifisser meta jghid li l-Emergenza spiccat dumping ground.
“L-Emergenza qieghed hemm biex jarak tabib u jekk ghandek bzonn tigi ammess, titla’ fis-sala tieghek. Izda sfortunatament mhux qeghdin isibu sodod fejn jitilghu u allura qeghdin jibqghu hemmhekk.
“Issa Mater Dei ghalaq sentejn, però l-affarijiet kienu cari mill-ewwel gurnata li fetah. Il-gvern jghid li hemm hafna kazijiet socjali fl-isptar u sahansitra jwahhal fihom u jsejhilhom bed blockers. Ghalija dawn huma termini li ma jaghmlux sens. Meta inti tibni sptar gdid trid taghmel studju fuq il-bzonnijiet tan-nies ta’ pajjizek, bil-kultura taghhom. Kulhadd jaf li f’Malta n-numru ta’ anzjani qieghed dejjem jikber. Ir-realtà hija li dawn illum mhux talli jiehdu hsieb lit-tfal taghhom, imma dahlet fil-kultura li dawn jiehdu hsieb lin-neputijiet ukoll. Sfortunatament meta dawn l-anzjani jimirdu ma jkunx hemm ghazla ohra, hlief li jispiccaw l-isptar.
“Dan ghaliex il-kultura tallum hija li r-ragel u l-mara jahdmu t-tnejn li huma allura hafna drabi ma jkunx possibbli li jibqghu id-dar iduru bil-genituri taghhom. Issa dan il-kuncett, minkejja li ilu maghna qabel ma kien jezisti l-Mater Dei, gie eskluz totalment mill-qasam tas-sahha. Minn fuq, lil dawn l-anzjani noqghodu nirreferu ghalihom bhala bed blockers, bhallikieku marru l-isptar b’kapricc ghax huwa l-pjacir taghhom.
Hawnhekk qal li konsegwenza t’hekk, l-isptar qieghed jigi bblukkat.
“Ahna dejjem shaqna li l-qasam tas-sahha m’ghandux jibbaza kollox fuq Mater Dei, imma din hija katina. Li gara huwa li nvestejna hafna f’holqa wahda, u tkissret il-katina kollha ghax l-investiment mar kollu hemmhekk u l-holoq l-ohrajn baqghu fejn kienu.
“Barra minn hekk, gewwa l-isptar San Luqa kien hemm dawk li jissejhu l-korsiji fejn kellna numru ta’ sodod fil-kurutur. Minkejja li dawn is-swali fil-kurutur qatt ma kienu sbieh u dinjituzi, madanakollu permezz taghhom kellna indikazzjoni cara ta’ kemm ghandna bzonn sodod gewwa Mater Dei. Il-problema giet meta dawn is-sodod ma gewx ikkalkulati u mpoggija fis-swali tal-Mater Dei.”
Staqsejtu fuq kemm-il sodda qieghed jitkellem.
“Ufficjalment f’San Luqa kien hemm 1000 sodda, imma bil-korsiji kien hemm 1,300. Allura kien imissna bnejna sptar fuq dawk il-parametri. Imma qabel ma nbena, xi hadd, li ghad irid jerfa’ r-responsabbiltà politika, ddecieda li jnehhihom, qisna bhal qbadna gomma u hassarnihom. Dan minflok ma bnejna swali bizzejjed biex jilqghu ghal dawn il-kazijiet. Bil-konsegwenza li Mater Dei illum huwa zghir.”
Il-problemi jizdiedu
“Issa dehlin fix-Xitwa, l-istagun li dejjem igib iktar mard u influwenza fuq l-anzjani taghna. M’ghandix dubju li se nergghu nispiccaw bl-emergenza dumping ground minhabba li s-swali dejjem jimtlew. U dan huwa cirku vizzjuz. Bizzejjed nghidlek li din is-sena telghu fuq 700 anzjan minn Mater Dei ghal San Vincenz, u xorta ghandna l-problemi. Li jigri huwa li nkunu qeghdin intaffu ftit mill-problema temporanjament, imma ma nkunu qeghdin insolvu xejn ghax wara ftit taz-zmien nergghu nigu back to square one.”
Ghaldaqstant huwa spjega li din il-gimgha l-MUMN laqqghet lill-haddiema dwar kif se jahdmu fix-xhur tax-Xitwa.
“Din il-gimgha laqqajna l-haddiema fejn kellimnihom fuq is-sitwazzjoni prezenti u hrigna bi pjan ghax-Xitwa, specjalment issa bil-virus tal-H1N1. Ghamilna pjan strategiku fuq x’naghmlu jekk naraw li l-gvern jew id-divizjoni jibqghu b’din l-attitudni ta’ nuqqas ta’ tmexxija. Sfortunatament, ahna ma nsolvux il-problemi bid-direttivi, imma ghallinqas intaffu t-tbatija tal-pazjenti u taghna.
“Xi haga bhal din dwar fejn u kif se jinzammu l-morda, mhix kompitu tal-MUMN, imma peress li min imexxi qieghed kuntent ikisser u jfarrak bilfors hekk ikollna naghmlu. Jiena nghid allahares sptar modern jitmexxa hekk. M’hemm l-ebda sptar fl-Ewropa li jimxi b’din is-sistema. U dawn mhumhiex sistemi antiki, imma sistemi non-ezistenti nsejhilhom jiena, ghax lanqas l-antiki ma kienu hekk.”
L-isptar ghandu jikber
Staqsejtu x’jahseb li hija s-soluzzjoni ghal din il-problema u hawn sostna li l-Mater Dei ghandu jikber.
“Jiena nghid li wasal iz-zmien li litteralment nikkunsidraw jekk nibnux estensjoni ta’ l-isptar. Ghax illum, sentejn wara, ir-realtà qieghda turina li l-problema mhix sempliciment tal-kazijiet socjali li semmejna aktar qabel biss, ghax dawn il-kazijiet l-ebda gvern ma jista’ jnehhihom ghax hija parti mill-istil ta’ hajja li qeghdin nghixu.
“Barra minn hekk il-gvern irid jahseb biex ikun hemm imqar mitt sodda kull sena available ghall-anzjani f’xi dar ta’ l-anzjani ma’ li digà ghandna, ghax inkella l-problema qatt m’hi se tissolva. Ma tistax thalli l-Mater Dei, li huwa sptar suppost akut, dejjem b’mija fil-mija okkupanza tas-sodod. Ma tistax tmexxi sptar bis-sodod dejjem litteralment mimlijin.
“Jekk allahares qatt waqt li qeghdin nitkellmu, f’dan il-mument tinqala’ dizgrazzja, mhux ta’ mijiet ta’ nies, imma mqar ta’ hamsin jew tletin ruh, daqshekk, l-isptar ikun iblokkjat, m’ghandniex fejn immorru u ma jkollniex fejn indahhluhom.”
Imma San Luqa x’kellu differenti allura?
“San Luqa kellu dik il-buffer zone li nistghu nitfghu sodod fil-kurutur, li kien aspett hazin imma ghallinqas kellna dik. Irridu nifhmu wkoll li San Luqa huwa mibni fuq l-istil ta’ sittin sena ilu. Il-punt l-iktar importanti li dejjem emfasizzajna ahna, anke waqt il-migrazzjoni, huwa li l-problemi li kien hemm f’San Luqa ma mmexxuhomx maghna Mater Dei. Il-logika tghidli li jekk ghandek il-problemi u se tibni xi haga gdida, il-problemi trid tidhol fihom. L-iktar haga li tweggana hija li dawn il-problemi ma nqalghux ghoxrin sena wara li nbena l-isptar, imma fil-fatt f’dawn is-sentejn, hlief problemi ma nqalghux.”
Paul Pace gab ezempju bid-dipartiment tal-maternità.
“Ejja niehdu l-qasam tal-maternità. Huwa vera li r-rata ta’ twelid fost il-poplu Malti naqset. Imma ghax kellna numru ta’ immigranti welldu trabi iktar mis-soltu, f’daqqa wahda l-Mater Dei ma kienx kapaci jlahhaq maghhom. Imma x’jigifieri fi sptar modern li suppost qieghed jaqdi l-htigijiet tal-poplu, dawn l-affarijiet ma nahsbux ghalihom minn qabel? Jekk il-poplu Malti jfettillu jerga’ jkollu iktar tfal, Mater Dei mhux se jilqa’ ghalihom?”
U x’jahseb Paul Pace dwar il-kura primarja f’pajjizna?
“Jiena ghalija llum m’ghandniex kura primarja. Imbilli jkollok ic-centri tas-sahha, dik mhix kura primarja. Illum hloqna certi protokolli fic-centri tas-sahha u l-poplu mhux qieghed jinqeda sew. B’hekk in-nies qeghdin imorru Mater Dei. Din nghaqqadha ma’ li ghidt qabel ta’ l-investiment fil-katina kollha fil-qasam tas-sahha. Ic-centri tas-sahha u l-kura primarja huma holqa ohra li sfortunatament ma nvestejniex fiha fl-ahhar snin.
“Il-propja kura primarja tinkludi infermiera li jmorru fid-djar jghinu l-anzjani u li tara l-bzonnijiet logistici u tohloq servizzi ta’ appogg.
“Ahna minn dawn m’ghandna xejn. Hawn qieghed insemmi kura preventiva, ta’ sahha u sigurtà u servizzi simili. Dan kollu jnaqqas il-pressjoni minn fuq il-Mater Dei. Fil-pajjizi Ewropej bhall-Irlanda, l-Germanja u l-Italja l-kura primarja hija eccellenti ghax dawn l-affarijiet iqisuhom bhala bazici”.
M’hemmx tmexxija
Ir-responsabbiltà ta’ dan kollu jitfaghha fuq it-tmexxija ta’ l-isptar. Hawn isemmi sensiela ta’ nuqqasijiet li ghaddejjin bhalissa.
“Meta konna ghadna f’San Luqa konna mifthemin li kellhom jidhlu certi kriterji fis-sehh biex meta niccaqalqu ghall-Mater Dei inkomplu nibnu fuqhom. Mhux talli sakemm domna fl-isptar l-iehor dawn il-kriterji ma dahlux, imma sentejn wara li mxejna ghall-Mater Dei, ghadna minghajrhom u kulma kien hemm litteralment tibdil tal-indirizz.
“Jekk illum tabib jew professur fettillu jrid idahhal hmistax-il pazjent ghall-operazzjoni, m’hemmx min jikkontrolla l-admissions. Jekk professur fettillu ma jersaqx lejn l-isptar, m’hemm hadd min jikkontrolla, ghax il-management huwa vakuum. Hawn ma rridx niggeneralizza, imma jidher car li m’hemmx il-hsieb li kulhadd jigbed habel wiehed.
“Anke jekk hemm kriterji u protokolli ta’ kif jiddahhlu l-morda Mater Dei, dawn kissirnihom u hafna drabi sar jiddependi mill-professur tal-gurnata. Issa hemm professuri li joqghodu attenti u hemm ohrajn li ma joqghodux. Ma rridx ninftiehem hazin, m’inix qieghed hawn biex niggieled mal-professuri.”
Staqsejtu min se jerfa’ r-responsabbiltà galadarba dawn l-affarijiet johorgu fil-berah.
“Ghalhekk ahna qeghdin nitfghuha fuq it-tmexxija. Inhossu li m’hemmx dik it-tmexxija serja li tara li l-isptar qieghed jigi utilizzat kif suppost. Jekk qeghdin naqblu li fl-isptar ghandna nuqqas ta’ sodod, almenu nipprova naghmel minn kollox biex nutilizzah bl-ahjar mod.
“Apparti minn hekk, hemm il-kwistjoni l-ohra li bhalissa ghadna ghaddejjin bid-direttivi fuqha; li ghandhom jiddahhlu pazjenti ghall-operazzjonijiet skont l-andament tas-sodod. Xi hadd irid ikun responsabbli ta’ dawn l-affarijiet biex ma jsirux bl-addocc. Ghax imbaghad l-infermiera jispiccaw f’dilemma ta’ fejn se jitfghu lill-pazzjenti, ghax ma jistghux jitfghu zewg pazjenti go sodda wahda.”
Hawnhekk hsibt li kien se jieqaf hemm, izda dlonk waqqafni biex ikompli.
“U hemmhekk ghad nigu bhalma kien isir fil-Middle Ages meta kienu jpoggu zewg pazjenti f’sodda wahda. Din bhal meta jkollok professur li hadem fuq ghaxar persuni fi ftit sieghat u telaq ‘l hemm, u l-problema ta’ jekk hemmx sodod bizzejjed tintefa’ fuq l-infermiera u miskin il-pazjent.
“Imma ahna ghandna kuxjenza socjali bizzejjed, ghax ma tistax tara pazjent ibati u ma taghmel xejn. Kien hemm zmien fejn kellna nohorgu direttiva li ma ntellghux pazjenti jekk m’ghandhomx sodda. Hemm min jistaqsi: mhux ovvja li jrid ikollok sodda? Imma le ma kinitx ovvja gol-Mater Dei ghax konna ntellghu pazjenti minn gol-kcina u nippreparawhom minn hemm, jitilghu fuq u joperawhom, biex imbaghad wara kulhadd ikisser mohhu u jitlob ‘l Alla biex insibu sodda. U f’din il-kwistjoni kollha, jien nghid imsieken in-nies ghax mhux l-ewwel darba li taw bejniethom ghas-sodod. Ghalhekk nibqghu nishqu li m’hemmx tmexxija ghax dawn l-affarijiet li jidhru kummiedji, kollha qeghdin jigru.”
Id-direttivi tal-MUMN
X’qieghda taghmel l-MUMN fil-konkret?
“Peress li m’hemmx kontroll, l-MUMN ippruvat, (minkejja li nhossu li mhix kompitu taghna), li tnaqqas it-tbatija minn fuq il-marid u minn fuq l-infermiera. Ghax jiena bhala infermier, li jkolli 25 ruh biex niehu hsiebhom ma gara xejn, ghax dak huwa xogholi, imma li jkolli 25 ruh f’posthom u ghaxra ohra m’ghandix fejn inqeghdhom, u ghax m’hemmx sodod qieghed nigi pressat jiena, dik mhix gusta. Fejn hija t-tmexxija? Kif dahlu ghaxar persuni zejda jekk m’hawnx sodod ghalihom?”
Hawnhekk Paul Pace ikompli jsemmi aktar esperjenzi li jiltaqghu maghhom ta’ kuljum.
“Inkompli nsemmilek. Per ezempju jkollok pazjent li ffirma biex imur id-dar u l-infermier ikollu ordni biex johrog lill-pazjent ‘il barra, anke jekk il-familjari ghadhom ma gewx ghalih. Issa l-ligi tghidlek li jekk pazjent ghadu ma telaqx mill-isptar, jibqa’ responsabbli ghalih l-isptar. Allura x’jigifieri nohorgu ‘l barra biex is-sodda tieghu jehodha pazjent iehor? U jekk ihossu hazin sakemm qieghed hemm barra se nispiccaw ma jkollniex fejn naghmluh ghax ikunu hadulu s-sodda? Dan lanqas insejjahlu management by crisis, imma sempliciment m’hemmx tmexxija.
“Apparti minn hekk, minhabba li din saret dumping ground, spiccaw thalltu l-pazjenti. Allura tal-medicina dahlu fil-kirurgija u sahansitra f’tat-tfal. B’hekk hemm kollox sparpaljat u mifrux. Allura jekk infermier illum huwa specjalizzat f’qasam, kif titfa’ pazjent ta’ xi haga ohra taht dak l-infermier? Lanqas il-pazjent m’hu se jhossu komdu. Barra minn hekk, is-sala li titfa’ l-pazjent fiha ma tkunx attrezzata bl-istess apparat mehtieg minhabba li dawn huma specjalizzati. Dawn l-affarijiet kollha spiccaw ta’ pressjoni kbira fuqna, apparti l-inkonvenjenzi kbar ghall-pazjenti.”
Tlabtu r-reazzjoni tieghu ghall-kritika tal-Gvern li l-MUMN qieghda tesagera u sahansitra hija responsabbli ta’ dawn il-problemi.
“Din hija haga vera pastaza ghalija, li problema ilha hemmhekk, sahansitra minn zmien San Luqa, bhala divizjoni baqghet ma ndirizzathiex, min imexxi qatt ma ried jidhol fiha, u mbaghad meta hrigna bid-direttivi biex insolvu ftit mill-problemi, johorgu jghidu man-nies li t-tbatija gejja kollha tort tad-direttivi tal-MUMN.
“Dan mhux il-mod ta’ kif isiru l-affarijiet. U tant kienet vili din li hadd ma belaghha ghax rajna f’hafna gurnali ritratti li baghtu n-nies dwar is-sitwazzjoni fl-Emergenza. U ninkwieta meta nara din l-atitudni min-naha tat-tmexxija ta’ l-isptar, meta minflok qeghdin jaraw kif isolvu l-problema, qeghdin isibuha iktar konvenjenti li jippuntaw subghajhom biex ma jirfsux kallijiet ta’ certi nies. Imma l-poplu hemm barra jaf x’inhuma l-problemi u min ikkawzahom.”
Erba’ snin niggieldu
Ghaddejna issa ghan-nuqqas ta’ infermiera f’pajjizna, u staqsejtu dwar il-kontroversja marbuta mal-kors tal-infermiera fl-Università. Min-naha tieghu, Paul Pace kien car fi kliemu.
“L-Università dehret helwa li nizzlet il-kors ta’ l-infermiera ghal tliet snin u li nehhiet in-Numerus Clausus. Dik mhix l-Università ghamlitha, imma l-MUMN, u din irrid nemfasizzaha. Ahna ilna erba’ snin niggieldu ma’ l-Università biex taghmel dan it-tibdil, u fl-ahhar irbahniha.
“Ghandi dokumenti bil-miktub li anke ressaqna lill-Ministru John Dalli meta lahaq Ministru tas-Sahha, u din ilna niggielduha minn meta kien hemm Louis Galea Ministru ta’ l-Edukazzjoni.
“Meta lahaq John Dalli kien mexxa laqgha bejna u l-Università u f’dik il-laqgha t-tmexxija ta’ l-Università ma kinitx qablet ma’ dawn il-proposti taghna. Qieghed nemfasizza dan il-punt biex il-poplu jkun jaf min ghandu jiehu l-mertu u min ilu jahdem favur iz-zghazagh taghna.”
Meta semmejtlu jekk kienx qieghed juza l-frazi korretta meta jghid li ilhom ‘jiggieldu’ ma’ l-Università, huwa sostna li “iva niggieldu konna ghax dawn huma tip ta’ nies li turihom bil-provi kemm qeghdin jimxu hazin u ma jridux ibiddlu.
“Il-laqghat taghna kienu jkunu litteralment glieda, b’hafna ghajjat u storbju. Jien nistaqsi issa: kellna bzonn nitilfu erba’ snin biex inbiddlu l-affarijiet?
“Li ma nistax nifhem jiena huwa kif il-Gvern jaghmel kampanja biex iheggeg iktar studenti jidhlu infermiera, u mbaghad meta l-kampanja tirnexxi, nsibu li m’ghandniex rizorsi.
“Cemplitli omm minn Ghawdex tghidli li lesta thallas il-flus biex binha ta’ 26 sena jidhol l-Università ghal infermier. Fuq kollox irridu nifhmu haga wahda hawn. Din il-glieda ma’ l-Università mhix qeghdin naghmluha biex naqbzu ghal xi membri taghna, ghax dawn huma studenti li jridu jidhlu f’settur fejn pajjizna ghandu bzonn hafna rizorsi.
“Dwar in-numru ta’ infermiera li ghandna bzonn jiena nghid li ghandna hafna nfermiera li biex jiehdu gurnata leave iridu jahdmu 30 gurnata zejda. Il-figuri tal-Gvern lanqas jibdew ma’ taghna, u anzi nghid li n-numru taghna mhux talli mhux esagerat, talli hu diskret. Ma rridux ninsew li ahna qeghdin nitilfu mas-sebghin infermier fis-sena; dawn min qieghed jarhom dawn il-figuri? Xi hadd bil-qieghda f’ufficcju minghajr ma jaf x’qieghed jigri fil-klinici?”
Il-wirt ta’ John Dalli
Fl-ahharnett riedtu jghidli jarax differenza bejn iz-zewg ministri li hadem maghhom fil-qasam tas-sahha.
Huwa sostna li l-Ministru Dalli wiret hafna problemi li gew mill-amministrazzjoni ta’ qablu.
“Il-ministru Dalli ghandu sfidi kbar f’idejh. Ghandu sptar li nbena taht ministru iehor. U bl-ikbar responsabbiltà nghid li wiret hafna problemi tal-amministrazzjoni precedenti. Madanakollu huwa xorta parti mill-Gvern Nazzjonalista u allura qieghed ikompli mal-politika tal-gvern tieghu. Biss l-ikbar zbalji u nuqqasijiet saru qabel ma lahaq John Dalli u llum il-gurnata qieghed ibati minn zbalji li ahna kellna ragun fuqhom. Li ghadu m’ghamilx s’issa però, hija li jindirizza dan in-nuqqas ta’ tmexxija li honqot l-isptar. Imma hemm differenza bejn it-tnejn ghax il-ministru ta’ qablu pjuttost halla l-problemi ghaddejjin minkejja li dawn kienu cari.”

| < Prev | Next > |
|---|






