Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Kuntratt dubjuz

E-mail Print PDF
Share

Il-mod mill-aktar dubjuz kif inghata l-kuntratt tal-estensjoni tal-power station ta’ Dellimara, jehtieg li jkun ezaminat mill-Parlament fid-dettall, illum qabel ghada.


Propju ghalhekk l-Oppozizzjoni Laburista ressqet mozzjoni biex il-Parlament jiddiskuti din il-kwistjoni b’urgenza biex  ikunu stabbiliti l-fatti u n-nuqqasijiet ta’ min kienu, fejn kienu jezistu.

L-Oppozizzjoni Laburista talbet li din il-kwistjoni tigi diskussa fl-ewwel seduta tal-Parlament wara l-vakanzi tas-Sajf li se ssir ghada. Imma kif kien mistenni din it-talba ghall-urgenza waqghet fuq widnejn torox. Bhal donnu l-Prim Ministru Gonzi kuntent jitfa’ t-trab taht it-tapit u joqghod fuq li jghidlu xi hadd bhal Austin Gatt. Kuntent Lawrence Gonzi jistrieh fuq l-ispin tal-forcini tieghu u ma jinteressahx li jkunu nvestigati bir-reqqa l-allegazzjonijiet serji li saru dwar il-mod dubjuz u mill-aktar diskutibbli kif inghata dan il-kuntratt.


Ir-rapprezentanti tal-poplu fil-Parlament ghandhom id-dritt u d-dmir li jizguraw li l-fondi pubblici jintefqu bil-galbu u ma jkunux sparpaljati bl-addocc, u li ma jkunx hemm korruzzjoni fl-ghoti ta’ kuntratti pubblici li jispicca jhallas ghaliha l-poplu mit-taxxi tieghu.
Mill-fatti li rrizultaw sa issa, il-mod kif inghata il-kuntratt tal-estensjoni tal-power station ta’ Dellimara, qanqal hafna dubji u mistoqsijiet li sa issa ghadhom ma twiegbux.
Jekk verament Lawrence Gonzi m’ghandux x’jahbi dwar dan il-kuntratt, u tassew jemmen fil-kontabilità u t-trasparenza, x’inhi l-problema  biex tkun diskussa minnufih il-mozzjoni li tressqet mill-Partit Laburista mal-ewwel opportunità meta jiftah il-Parlament ghada? Wara kollox il-mozzjoni tal-PL kulma titlob huwa li min kien politikament responsabbli ghall-ghoti ta’ dan il-kuntratt, ir-responsabbiltà politika jgorrha u mhux jahrab minnha.
Ghandu jew m’ghandux Lawrence Gonzi l-fiducja ta’ shabu kollha fil-Parlament rigward dak kollu li gara fl-ghoti ta’ dan il-kuntratt?

Xi jghidu dawk li ghadhom jemmnu fir-ruh socjali tal-Partit Nazzjonalista dwar il-fatt li ghal dan il-kuntratt  erba’ miljun ewro  f’commissions, meta bhalissa il-gvern jinsab ghaddej jara kif se jaghfas u jqancec fuq il-beneficcji ghal ommijiet wahedhom, romol u pensjonanti?!

Bla dubju b’erba’ miljun euro setghu jsiru progetti ta’ fejda  ghall-pajjiz u ghall-poplu, imma minflok spiccaw marru f’commissions biex dal-kuntratt jinghata lil min ma kienx haqqu li jinghata.

Il-kumpanija barranija li rebhet dan il-kuntratt mhux biss ma kellhix l-orhos offerta, imma ghandha wkoll l-aktar teknologija li tniggez l-ambjent. Tant hu hekk li din se tiggenera tunnellati ta’ skart, zjut u trab kuljum.  

It-teknologija li ntghazlet se jkollha tinbidel fi zmien seba’ snin, bi spejjez akbar ghat-tax-payer Malti u li se tkun  tfisser ukoll zieda fil-kontijiet tad-dawl.

Ta’ min jghid ukoll li l-kumpanija barranija li hadet dan il-kuntratt tal-estensjoni tal-power station ta’ Dellimara, ghax-xoghlijiet ta’ kostruzzjoni li jridu jsiru f’din l-estensjoni, ghazlet lil kuntrattur li jimpjega lic-chairman tal-Enemalta f’kumpanija ohra fil-grupp ta’ kumpaniji tieghu.

Barra minnhekk, il-kumpanija barranija li rebhet dan il-kuntratt uzat is-servizzi ta’ ex-impjegat tal-EneMalta li spicca jiffacilitalha t-triq mhux ftit b’informazzjoni u kuntatti minn gewwa, li tawha vantagg mhux xieraq fuq il-kompetituri taghha.

Fit-twegiba tieghu ghall-mozzjoni Laburista, il-ministru Austin Gatt, bil-hafna arja zejda tipika tieghu,  hareg jghid li hu ma jaghtix kuntratti, biex minn ghalih jahsel idejh mir-responsabbiltà ghal dak li gara.  

Madankollu Joseph Muscat, il-Mexxej Laburista, il-Hadd li ghadda zvela kif il-Partit Laburista ghandu f’idejh rapport intern tal-Gvern u l-Enemalta li jghid: “There is a high degree of political interference in the running of the corporation” (Jezisti ndhil politiku qawwi fit-tmexxija tal-korporazzjoni). 

Imbaghad x’ghandu xi jghid Austin Gatt ghad-dikjarazzjoni li ghamel dan l-ahhar il-kandidat Nazzjonalista Frank Portelli li allega li hemm korruzzjoni kbira fl-Enemalta, u li meta kien mistoqsi jekk kienx qieghed jirreferi ghall-korruzzjoni fil-kaz tal-power station il-gdida, l-istess Portelli qal li dak li qieghed jirreferi ghalih hija korruzzjoni ferm u ferm ikbar.

Minflok joqghod jixxenja u jaghmel il-frattariji, Austin Gatt forsi jsib ftit tal-hin biex jibghat ghal Frank Portelli halli jspjegalu ftit ahjar xi jrid jghid biha din tal-‘korruzzjoni ferm u ferm akbar fl-EneMalta’.

Sant’Anglu

Matul il-gimgha li ghaddiet, il-parti t’isfel tal-Forti Sant’Anglu, li suppost hu l-gawhra tal-patrimonju kulturali Malti, inghalqet ghall-pubbliku minhabba li qieghda taqa’ bicciet u tinsab fil-periklu.

Meta ‘HMS St. Angelo’ kien f’idejn l-Inglizi, il-Maltin kienu jithallew jidhlu darba fis-sena f’Jum il-Vitorja. Illum il-gurnata li suppost Sant’Anglu sar tal-Maltin, il-parti ta’ fuq tal-forti veru li giet restawrata, imma biex titgawda biss minn erba’ kavallieri.

U issa l-Maltin lanqas jistghu jgawdu l-parti ta’ isfel ta’ Sant’Anglu ghax qieghda taqa’ bicciet.

Ghajb ghal min ilu fis-setgha ghal dawn is-snin kollha, u li fl-istess nifs jghid kemm ghandu ghal qalbu l-patrimonju kulturali Malti, halla lil Sant’Anglu u lil Sant’Iermu jitmermru ghall-istat tal-biki li jinsabu fih llum.

Hafna ftahir fil-vojt dwar id-dehra majestuza tal-Port il-Kbir, imbaghad gawhra bhalma          hu Sant’Anglu,  Maltin u turisti jistghu igawduh biss mill-boghod ghax mill-vicin ma jistghux       ghax qieghed  jaqa’  bicca  bicca.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
20C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata