Il-harsa t
aghna lejn il-prestazzjoni tal-atleti Maltin waqt it-tielet edizzjoni tal-loghob ta’ hbiberija tkompli din il-gimgha bi tmien dixxplini sportivi ohra.
Bla dubju spikkat id-dixxplina tat-Triathlon fejn Malta kisbet rizultat tajjeb hafna, b’mod specjali fil-kategorija femminili. Danica Spiteri rebhet il-midalja tad-deheb hekk kif dahlet l-ewwel, bil-Maltija l-ohra Michelle Wood tispicca fit-tieni post. Spiteri ghamlet hin ta’ siegha 17-il minuta u 40 sekonda. Michelle Wood dahlet madwar 22 sekonda warajha, filwaqt li z-zewg atleti Sqallin ta’ CONI Sicilia dahlu flimkien wara Wood.
Fil-Kategorija maskili Dermot Galea dahal fit-tieni post wara l-isqalli Salvatore Campagna. L-atleta Malti l-iehor Mark Zammit spicca t-tielet filwaqt li l-isqalli l-iehor Giuseppe di Noto ma kompliex it-tellieqa.
Sodisfazzjon ukoll wasal fit-Taekwando hekk kif iz-zaghzugha Kimberly Meli rebhet il-medalja tad-deheb b’rebha fuq iz-zewg avversarji Sqallin. Hija rebhet lil Alessandra Prestigiacomo 14-8 u lil Gabriella Ferrara 17-8.
Fil-Kategorija Maskili Josef Spiteri tilef kontra Francesco Cappellano 15-5 u kontra Davide Avena 15-8.
Fil-Bowling inkissru zewg rekords nazzjonali godda. Il-plejers Maltin Mark Spiteri, Justin Caruana u Kenneth Arpa waqqfu rekord nazzjonali gdid fil-kategorija tat-timijiet meta tellghu total ta’ 4,098 punt biex ghelbu lit-tim Sqalli li t-total tieghu kien 1,928.
Kenneth Arpa waqqaf ukoll rekord nazzjonali individwali gdid ta’ 1,519, filwaqt li kien hemm sodisfazzjon ghall-plejer Mark Spiteri li tejjeb ir-rekord personali tieghu b’total ta’ 1,380.
Ta’ nota wkoll iz-zaghzugh Justin Caruana, li jigi iben ic-champion Maltija Sue Abela, li fil-kompetizzjoni individwali li saret fl-ewwel gurnata tal-kompetizzjoni spicca fit-tieni post overall b’total ta’ 1783, 50 punt anqas mill-iSqalli Roberto Sottile li kien ir-rebbieh tal-kompetizzjoni.
Fic-Chess Malta laghbet kontra t-timijiet ta’ Trapani u CONI Sicilia. Fl-ewwel gurnata tal-loghob, il-Maltin ikkompetew kontra t-tim ta’ Trapani u spiccaw fi draw ta’ 2-2. Il-kompetizzjoni kompliet il-Hadd, din id-darba kontra CONI Sicilia, bl-iSqallin johorgu rebbieha 3-1 bl-unika rebha ghal Malta tasal minn Duncan Vella.
Malta kellha rizultati sodisfacenti fil-Karate. Fil-Kata Maskili, wara li tlifna kontra Trapani 5-0, irbahna lit-tim b’sahhtu ta’ Sqallija 3-2, b’Tyler Tanti jirbah lic-champion Taljan William Torre. Fil-Kata Femminili Kimberly Stanton tilfet kontra Trapani 4-1 u CONI Sicilia 5-0.
Rizultati tajba fil-Kumite. Fil-kategorija Femminili Roberta Abela rebhet kontra Trapani 1-0 u tilfet kontra CONI Sicilia 1-0.
Fil-Kumite maskili Dyla Hales rebah kontra Trapani 3-0 u tilef kontra CONI Sicilia 2-1.
Fl-Archery Malta kkompetiet kontra CONI Sicilia. L-ewwel kompetizzjoni kienet dik individwali bl-iSqalli numru 4 fl-Italja Alberto Zagami jispicca l-ewwel b’total ta’ 591. Fit-tieni post spicca Sqalli iehor, Antonino Lisotta b’total ta’ 556. Iz-zaghzugh Malti Luke Pellicano spicca t-tielet meta tella’ total ta’ 547 bil-Malti Owen Sacco r-raba’ b’520.
Wara kien imiss il-kompetizzjoni tat-timijiet bl-Isqallin johorgu rebbieha b’total ta’ 182 kontra l-160 ta’ Malta.
Fil-Fencing il-Maltin kellhom sfida harxa mit-tim ta’ Sqallija hekk kif dawn ikkompetew b’fencers ta’ livell gholi hafna. Filwaqt li t-tim Malti ghamel uzu mill-istess erba’ fencers ghall-kompetizzjonjiet kollha, l-iSqallin kellhom numru akbar ta’ atleti li setghu jutilizzaw.
Fil-kompetizzjoni tat-timijiet, Malta tilfet bl-iskor ta’ 43 ghal 41 fl-Epee, filwaqt li fil-Foil hrigna telliefa 45 ghal 20.
Fil-kompetizzjoni Individwali tal-Foil Maskili, Pierre Bianchi spicca fit-tielet post wara zewg fencers Sqallin, bl-istess rizultat niksbuh fl-Individwali Epee Femminili, b’Malta kienet rapprezentat minn Jessica Vella.
Fit-Target Shooting, kompetizzjoni 10 m Air Rifle, William Vella spicca fit-tielet post, f’kompetizzjoni li rat tiraturi Sqallin ta’ livell gholi hafna. Vella tella total ta’ 571 li kien ifisser MQS tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Isparar.
Fl-ewwel post spicca l-iSqalli Giovanni Matraxia li huwa r-rebbieh tal-fidda fl-ahhar kampjonati Taljani taz-zghazagh. L-iSqalli l-iehor Salvatore Catalano spicca t-tieni. Fl-istess kompetizzjoni hadu sehem zewg tiraturi Maltin ohra. Charlo Chircop spicca fis-sitt post segwiet minn Lawrence Darmanin. CONI Sicilia rebhu l-kompetizzjoni b’total ta’ 1,723 kontra l-1,656 tal-Maltin.
Fit-tmiem din it-tielet edizzjoni tal-Loghob tal-Hbiberija il-President tal-Kumitat Olimpiku Malti l-Imhallef Lino Farrugia Sacco qal li wiehed irid janalizza r-rizultati miksuba mill-Maltin, rizultati li kienu mhallta. Semma’ l-fatt li CONI Sicilia ikkompetew bl-aktar tim b’sahhtu minn kemm ilu jigi organizzat il-loghob, ghalkemm ilmenta li certu timijiet Maltin ma telghux bl-ahjar atleti lokali. Però kien ta’ sodisfazzjon il-fatt li kompliet issahhet il-hbiberija u l-kooperazzjoni bejn iz-zewg kumitati Olimpici li issa tkompli titkattar fir-raba’ edizzjoni li se ssir f’Malta lejn l-ahhar t’April tas-sena d-diehla.

| < Prev | Next > |
|---|






