“Il-qabza ‘l quddiem fil-kwalità tal-hajja tal-familji Maltin u Ghawdxin tista’ ssir biss bi Gvern Laburista Gdid. L-unika alternattiva vijabbli ghal Gvern ta’ Lawrence Gonzi, konservattiv u instabbli, huwa l-Partit Laburista. Il-bidla hija difficli madanakollu l-ahjar mod li pajjizna jista’ jgib il-bidla huwa bil-Moviment tal-Progressivi u l-Moderati.”
Sostna dan il-Mexxej Laburista Joseph Muscat meta l-bierah tnidiet il-Fondazzjoni iDEAT. iDEAT huwa l-ewwel think tank progressiv f’Malta u tnedija tieghu saret fil-Kavallier ta’ San Gakbu l-Belt Valletta. L-ghan tal-Fondazzjoni huwa li jiddiskuti, jizviluppa, jipproponi u finalment jippromwovi politika progressiva ghas-seklu 21.
Il-Mexxej Laburista qal li l-ewwel sinjal ta’ din il-Fondazzjoni huwa t-turija li din ghandha l-libertà li tahseb u titkellem f’dak li temmen.
“Jekk veru nemmnu li f’dan il-pajjiz irridu nilhqu fierxa wiesgha ta’ nies, dan huwa l-istil ta’ diskussjoni”, tenna Joseph Muscat. iDEAT hija tabilhaqq il-mezz ideali biex wiehed ikollu fabbrika ta’ ideat li minnha l-Partit Laburista jrid jiehu l-ahjar ideat biex isawwar il-politiku tieghu. “J’Alla li l-kuncetti li ser tohorgu bihom jehodhom haddiehor ukoll”, tenna l-Mexxej Laburista.
Qed nghixu fi zmien li mhux biss il-monopolji ekonomici, izda anke dawk politici spiccaw ukoll, tenna Joseph Muscat.
“Il-monopolju fil-politiku spicca u bhalissa qed nghixu f’socjetà t’aspirazzjonijiet. Qed nghixu f’socjetà li kulhadd jistaqsi l-mistoqsijiet. L-istess il-partiti politici jridu jistaqsu l-mistoqsijiet dwar l-ezistenza taghhom. L-ideal tal-PL moderat u progressiv jista’ jwassal biex is-socjetà taghna taghmel dak il-pass li hemm bzonn”, tenna Joseph Muscat.
Pajjizna tilef hafna zmien u issa wasal iz-zmien ta’ qabza ‘l quddiem. “Wasal iz-zmien fejn pajjizna jrid jaghmel il-glieda kontra l-medjokrità politika, ambjentali, estetika u ekonomika”, tenna Joseph Muscat. Il-Mexxej Laburista semma kif il-Moviment tal-Progressivi u l-Moderati huwa kontra d-diskriminazzjoni tal-omosesswali. “Ahna favur d-drittijiet tal-omoseswali biex titnehha d-diskriminazzjoni. Bl-istess mod dwar id-divorzju, l-ghazla ser tkun cara. Il-Moviment Progressiv huwa favur l-introduzzjoni tad-divorjzu”, sahaq Joseph Muscat.
Huwa tkellem dwar ir-rizultat elettorali miksub fis-6 ta’ Gunju li ghadda. Dak kien il-punt tat-tluq u mhux tal-wasla, sahaq Dr Muscat. Kull elezzjoni hija storja ghaliha u l-istess kull vot huwa storja ghalih. “U f’socjetà zghira bhal ta’ Malta l-interess taghna huwa li nisimghu kemm jista’ jkun l-istejjer personali tan-nies”, tenna Muscat. “Wasal iz-zmien li l-politika nergghu naghmluha personali u li dan il-Moviment jrid jerga’ jitghallem”, sostna l-Mexxej Laburista.
Tkellem dwar l-irwol tal-mezzi tax-Xandir f’pajjizna. Sahaq li f’pajjizna l-mezzi tax-xandir jinsabu f’idejn minghandu l-poter u li mhux elett. Xi haga li ilha tezisti ghal snin shah, sahaq il-Mexxej Laburista.
“Il-fatt li jkollok dan l-establishment, li jhares lejn l-ideal progressivi bhala theddida ghalih, huwa certifikat fih innifsu. Irridu nkunu lesti li naccettaw din ir-realtà u nifthu djalogu. Djalogu li matulu nistghu ma naqblux madanakollu f’dawk il-punti li naqblu nkomplu mexjin ‘il quddiem”, tenna Dr Muscat.
Bhala progressivi rridu nkunu innovattivi biex nimxu ‘l quddiem. Sahaq, li fl-istess hin li pajjizna jinsab imdawwar bl-ikbar stati kapitalisti fejn minhabba r-realtajiet tallum il-gurnata, il-Gvernijiet taghhom fehmu li jridu jghinu lill-Banek ghaliex kienu jinsabu daharhom mal-hajt, f’pajjizna l-Gvern ma jridx jghin lill-familji.
“Jekk ikun hemm sitwazzjoni li jkun hemm bzonn li nghinu lill-banek ahna lesti li nghinuhom ahseb u ara l-familji taghna”, sahaq Joseph Muscat.
Hawn il-Mexxej Laburista tkellem dwar il-livell tal-ghajxien tal-familji Maltin li waqa’ lura. “Ma nistghux inhallu sitwazzjoni fejn minhabba l-prezzijiet tal-gass, il-familji, specjalment dawk l-aktar batuti ser ikollhom ibatu l-konsegwenzi”, sahaq Joseph Muscat. Il-Mexxej Laburista semma kif il-poplu Malti u Ghawdxi qed ikollu jaghmel tajjeb ghall-hela u l-korruzzjoni. Hawn semma l-erba’ miljun ewro f’kummissjonijiet minn fuq it-tender tal-bini tal-powerstation u 37 miljun ewro ohra mitlufa minhabba tmexxija inkompetenti li zgwidat lill-bord tad-diretturi tat-Tarzna dwar ix-xoghlijiet fuq il-Fairmount.
Sadanittant f’indirizz li ghamel Aaron Farrugia, ic-Chairperson Fondazzjoni iDEAT qal li din il-Fondazzjoni hija d-dar ta’ dawk kollha li jhaddnu principji u valuri progressivi f’pajjizna. Sahaq li l-Fondazzjoni iDEAT hija centru ghal studju politiku li se jkollu rwol pro-attiv u centrali biex toffri tahrig politiku u akkademiku u tanalizza l-isfidi u l-opportunitajiet li ghandha Malta biex tesplora u tfassal l-ideat politici u r-riformi mehtiega. Sostna li aktar minn hekk il-Fondazzjoni IDEAT twaqqfet biex timla vojt kbir f’pajjizna.

| < Prev | Next > |
|---|






