Is-sentenza li hadet il-Qorti tal-Formula Wiehed fil-kaz Renault bla dubju li din il-gimgha serqet ix-xena ta’ l-isport, f’gimgha fejn ghalina l-Maltin rega’ beda l-kampjonat liema kampjonat nittmaw li issa jibqa’ sejjer sa tmiemu bla intoppi f’sena li hija hafna importanti ghal Malta Football Association.
Lura ghal Formula Wiehed, sport li kien jaffaxxina lil hafna matul is-snin, sport li anke minhabba amministrazzjoni xejn konvincenti qed jiehu daqqa ta’ harta wara ohra.
Sport li qed jitlef il-personaggi li qabel kienu jaghmlu dan l-isport protagonista.
Bqajt ixxukjat meta smajt b’dak li gara fil-kaz ta’ Nelsinho Piquet, is-sewwieq Braziljan li gie ordnat johloq incident li seta’ f’dik il-velocità ikun fatali sabiex jrebbah lil dak li mieghu kien fit-tim, Fernando Alonso wiehed mil-leaders ta’ dan l-isport.
Meta tisma’ ahbar bhal din u meta iktar u iktar wiehed jirrifletti fuq il-konsgwenzi ta’ din l-ahbar, wiehed jahseb liema sport qed insegwu, sport li akkost ta’ kollox ihares biss lejn ir-rebh ghax huma biss ir-rebhiet li jgibu l-flus u ghalhekk huma biss ir-rebhiet li jhallu lil tim haj.
Storja li tmur lura sena ezattament fil-Grand Prix ta’ Singapore ta’ l-2008. Wara li smajna b’dan l-incident skandaluz, wiehed jibqa’ ukoll skantat b’sentenza ta’ qorti tal-Formula Wiehed liema sentenza hija redikola u tinkoraggixxi biss abbuz fil-futur. Ghal min ma jafx x’kienet is-sentenza, fil-qasir Flavio Briatore, it-tim manager ta’ Renault gie eskluz ghal ghomru mill-Formula Wiehed, Pat Symons l-engineer ta’ Renault gie sospiz hames snin, filwaqt li it-tim Renault gie moghti sentenza sospiza ghal sentejn u haga ta’ l-ghageb kemm Nelsinho Piquet kif ukoll Fernando Alonso inhelsu.
Sentenza li gabet maghha kritika kbira tant li gurnali ewlenin madwar id-dinja iddeskrivewha bhala skandlu u pagna ohra kerha dwar sport li qed jispara lejh innifsu.
Nemmen li wara din is-sentenza ta’ Max Mosley u l-Federazzjoni Internazzjonali kien hemm pressjoni kbira kummercjali. Wiehed ma jistax jifhem kif Renault it-tim li orkestra dan kollu ma wehel xejn. Però Renault ghal Formula Wiehed mhux biss ghandhom it-tim taghom izda jaghtu l-makni lit-tim Red Bull u mhux hekk biss b’kull probabilità s-sena 2010 huma ser jaghtu ukoll il-makni lil karozza Williams.
Sospensjoni ta’ Renault kienet tfisser tragedja u ghalhekk is-sentenza tal-biki. Bhallikieku kien biss Briatore li kien jaf b’dan kollu u hadd mit-tim ma kien involut. Izda li tissospendi tim li jgib mieghu flus fil-Formula Wiehed ma kinetx komda u ghalhekk Renault gew moghtija sentenza sospiza. Iktar kienet facli s-sentenza ghal Briatore, il-persuna li kien qed jaspira li fi zmien jiehu post Bernie Ecclestone u li fl-opinjoni tieghi b’dan l-agir tefa’ gebla fuq it-tajjeb kollu li ghamel matul karriera.
Mhux hekk biss, skandlu wkoll il-fatt kif Nelsinho Piquet ma wehel xejn u ha assoluzzjoni. Wiehed jipparaguna l-incident ma’ persuna li tigi moghtija ordni li toqtol persuna ohra. Din il-persuna wara li bi zball ma qatlet lil hadd tammetti mal-pulizija u l-Qorti tehles libera lill-persuna li sparat ghax kien ordnat bi flus li jaghmel dan. Zgur li sentenza redikola hekk l-Qorti qatt m’hi ser taghtiha. Izda hekk ghamlet l-FIA li illiberat lil Piquet wara li dan seta’ qajjem tragedja, wara li dan ma irrappurtax il-kaz mill-ewwel izda irrapporta l-kaz biss meta tnehha mir-Renault u wara li kellu diversi battibekki ma’ Briatore.
Is-sentenza lil tat il-libertà lil Piquet tista’ tkun ta’ precedent ikrah ghall-futur. X’hemm iktar gravi milli f’dik il-velocità tipprova tohloq incident?! U biex tkompli r-rebha ta’ Fernando Alonso ma gietx imnehhija. Pilota li rebah car issa bil-qerq tat-tim tieghu thalla jirbah. Il-Formula Wiehed qed iffakarni iktar f’xi film ta’ James Bond fejn fi zmien li gej il-Licence to Kill ser tkun il-ligi tal-gurnata.
U din il-gimgha thabbar li Hamrun Spartans ser jorganizzaw loghba testimonjali ghal Stefan Sultana bandiera ta’ Hamrun Spartans li issa iddecieda li jieqaf mill-futbol milghub. Jien ilni hafna zmien naf lil Stefan, lura meta kont narah l-Iskola sekondarja u iktar u iktar meta fl-1990 kont fl-istess tim tieghu mal-fakultà ta’ l-Edukazzjoni fl-Università.
Ghalkemm digà kien plejer stabbilit fil-Premier, Stefan minn dejjem kien saqajh mal-art u anke kien lest li jitkellem u jghin lil kulhadd. Kien plejer umli però fl-istess hin rett u determinat u dan ghamel minnu l-plejer li ahna nafu.
Stefan Sultana li ghandu ukoll zewg rekords bhala l-aktar plejer li laghab u l-aktar plejer li skorja gowls fil-Premier kien plejer u wiehed mill-ftit li baqa’ leali lejn il-klabb tieghu. Sew fit-tajjeb u sew fil-hazin , Sultana baqa’ ma’ Hamrun Spartans u zgur li kien hemm diversi klabbs li riedu s-servizzi ta’ plejer leali bhal Stefan.
Forsi Sultana ma kienx daqshekk fortunat mat-tim nazzjonali. Zgur li ma kienx tort tieghu izda attakkant b’sahhtu bhalma kien Stefan ma tantx ikun hemm utilità tieghu ma’ tim nazzjonali li jiddefendi ghal hinijiet twal bi hdax.
Nisperaw li issa kif ninsab cert Stfean ikompli jaghti l-kontribut tieghu bhala kowc ghax bla dubju l-futbol Malti ghandu bzonn nies bhal dawn.
Grazzi Stefan !!!

| < Prev | Next > |
|---|








