Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Mhux importanti

E-mail Print PDF
Share

“Ghall-Gvern il-Fakultà ta’ l-edukazzjoni mhix priorità”. Skont kif gie rraportat fil-media din kienet ir-reazzjoni tas-Segretarju Permanenti tal-Ministeru tal-Edukazzjoni ghar-rifjutar ta’ talba tal-Fakultà tal-Edukazzjoni biex progett  tal-istess Fakultà jitressaq ghall-kunsiderazzjoni tal-Unjoni Ewropea.

L-iskuza tas-Segretarju Permanenti tal-istess Ministeru ghar-refjut tal-kunsiderazzjoni ta’ dan il-progett kienet ghax dan kien se jiswa €17miljun  meta talbiet bhal dawn mhux suppost jaqbzu s-€7miljuni. Halli mbaghad l-istess Ministeru anqas kien informa lil din il-Fakultà minn qabel dwar  din il-limitazzjoni.


Sakemm qed niktbu l-Ministeru ma cahadx dak li qalet il-media u ghalhekk nassumu li f’dak li ntqal xi verità hemm.


Rimarka bhal dik li ntqalet minn membru tal-Ministeru tal-Edukazzjoni li bla dubju ta’ xejn twegga’ lil kull min  jaf kemm hu mportanti li jkollna min iharreg sewwa lill-ghalliema taghna. Nafu li fl-Università stess, ghal hafna zmien,  kien hemm min xejn ma kien ihares sabih lejn din il-fakultà. Kien hemm min dejjem qies lil din il-Fakultà bhala ta’ status anqas minn fakultajiet stabbiliti u taha l-genb. Ma nafux jekk dan garax ghax din il-Fakultà kienet twaqqfet minn Gvern Laburista.


Izda qatt ma stennejna li jkun l-istess Segretarju Permanenti tal-Ministeru tal-Edukazzjoni li jghid li din il-fakultà mhix ta’ prijorità ghalih.


Nuqqas ta’ Ghalliema?

Jidher li ghal darb’ohra se nibdew is-sena skolastika b’nuqqas ta’ ghalliema, jew inkella b’ghalliema mhux imharrga.


Jiddispjacina nghidu li donnu l-awtoritajiet m’ghandhomx il-prijoritajiet taghhom kif suppost. Zgur li fejn jidhol l-istaff akkademiku, l-ewwel prijorità ghandha tkun li l-klassijiet kollha jkollhom ghalliema mharrga, halli mbaghad ikollna  nibaghtu ghalliema f’taqsimiet ohra. M’ahniex nghidu li dawn it-taqsimiet mhumiex importanti u li ma ghandniex naghmlu minn kollox biex dawn ukoll ikollhom l-ghalliema mehtiega. Izda jidhrilna li mhux sewwa li nibaghtu ghalliema, kultant anke ghalliema li ghadhom kif hargu mill-Università, f’certu taqsimiet imbaghad inhallu klassijiet bla ghalliema jew ghalliema mhux imharrga sewwa. 


Trasport

Ghal darb’ohra ghandna nkjesta li ghadha sejra u bhas-soltu jekk xi darba nlestuha, inlestuha meta l-ghasfur ikun tar. Qed nghidu ghall-investigazzjoni li l-Ufficcju tal-Kompetizzjoni gusta fetah is-sena l-ohra dwar il-hlas li l-genituri tal-iskejjel privati gew mitluba ghat-trasport ta’ wliedom ghall-iskejjel. Dan ghax skont dan l-ufficju dawn qed jistennew li johorgu n-nollijiet il-godda biex ixebhuhom ma’ tas-sena l-ohra.
Tajba din. Mela l-genituri f’Settembru tas-sena l-ohra lmentaw dwar l-gholi tan-nollijiet u minflok ma rajna jekk dawn humiex iggustifikati se naraw s’xe jkunu n-nollijiet mitluba din is-sena mbaghad niehdu azzjoni.


U sadanittant il-genituri ghamlu sena jhallsu n-nollijiet mitluba, u sintendi se jkollhom ihallsu dak li jigu mitluba din is-sena... sakemm min jaf meta l-Bord tal-Kompetizzjoni gusta jiddeciedu dwar il-kaz.


Cinturini ta’ sigurtà

Wahda mill-iskuzi li gabu s-sidien tal-mezzi tat-trasport (il-mini-vans) ghax ghollew il-mizati kienet dik li fost kollox kellhom jaghmlu l-ispejjez biex jaghmlu c-cinturini ta’ sigurtà fil-vans taghhom. Mhux se nindahlu jekk dawn l-ispejjez, li jsiru darba, kellhomx jghaddu fuq il-genituri, dak inhalluh f’idejn l-Ufficcju tal-Kompetizzjoni gusta. Biss nixtiequ  li min ikun inkarigat mit-trasport ta’ l-istudenti fuq kollox jizgura li dawn ic-cinturini fil-fatt twahhlu.


Hxuna

Minkejja  li huwa maghruf li   fejn tidhol il-hxuna (obezità) it-tfal Maltin huma minn ta’ quddiem fost t-tfal tal-pajjizi tal-Unjoni Ewropea,  Malta ma gietx inkluza fil-kampanja kontra l-hxuna li qed tigi  organizzata mill-Kummissarju tal-Biedja u l-Izvilupp Rurali tal-Unjoni Ewropea u li  ghadha kif giet inawgurata.


L-iskuza tal-Unjoni Ewropea hija li huma nkludew biss lil dawk il-pajjizi li jehtiegu ghajnuna biex jorganizzaw kampanji bhal dawn.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
20C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata