Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

“Ghalija l-habs ma jsolvi l-ebda problemi” - Eks-habsi li jixtieq jintegra lura fis-socjetà

E-mail Print PDF
Share

cimg4325Ghadha kif bdiet id-diskussjoni dwar dokument li qed jitratta r-ri-integrazzjoni tal-eks habsin fis-socjetà.  Lil hinn mid-diskors, illum ser inlaqqaghkhom ma’ eks-habsi li ser jaqsam mieghi xi esperjenzi li ghadda minnhom matul hajtu, filwaqt li llum irid jerga’ jsib ruhu lura fis-socjetà u d-dinja tax-xoghol.

Li bniedem jinghata cans lura fis-socjetà hija tajba minnha nnifisha, ovvjament meta specjalment l-individwu juri bic-car li jixtieq jerga’ jintegra ruhu b’mod tajjeb u jhares biss lejn futur ahjar.  Ghall-intervista tal-lum tkellimt ma’ Daniel Lanzon, eks-habsi li l-messagg tieghu huwa wiehed ewlieni – dak li jerga’ jigi accettat lura fis-socjetà Maltija.

Iltqajt ma’ Daniel f’kafeterija gewwa l-pjazza tal-Mosta.  Insibu jistennini u bla telf ta’ hin sibna l-ewwel kafeterija miftuha u poggejna madwar mejda nitkellmu fuq diversi fatturi li ggib maghhom il-hajja iebsa.

Daniel ghandu 23 sena u bhalissa joqghod San Giljan go post offrut lilu minn qalb tajba.  B’kollox Daniel ghamel madwar sitt snin diehel u hiereg mill-habs.  Issa ilu sena u nofs barra jipprova jsib xi xoghol ghalih.  Kien jisraq ghar-raguni ta’ ghixien biss.  Qatt ma ried jaghmel hsara fuq l-ebda persuna.

Beda jirrakkontali li minn mindu kien zghir kien tifel li dejjem ghex go l-istituti.  “Minn dejjem kont daqsxejn imqareb minhabba ovvjament li kont hyperactive u rabja shiha li ghadha sal-lum minhabba li l-familja tieghi abbandunatni.  Hadd ma kien jehodni fil-weekend u dejjem kont maqful go l-istitut, go habs li minnu tara biss sorijiet li lesti li jhobbuk kif jafu huma”, beda jirrakkontali Daniel.


Jisraq biex jghix


“Kont spiccajt nisraq minn kullimkien, ovvjament fejn kienet tkun facli ghall-flus.  Jien dak iz-zmien minn mindu kont zghir sakemm kelli 18-il sena kont taht care order izda dan xorta ma kien xejn ghal hafna nies u jien spiccajt biex ghamilt hafna reati li bicciet minnhom ghadhom sa llum jigru warajja u ghadhom ma nqatghux.  Qatt ma hadt droga u qatt ma kelli vizzju taghha.  Li kont naghmel kien biss biex nghix u nqassam.  Dak huwa karattru tieghi, izda spiccajt fejn is-socjetà helset minni u tefatni l-habs fejn ghamilt b’kollox digà sitt snin.


M’hemmx xi nghidu, Daniel kif sostna mieghi stess minn dejjem hassu bhal xi ballun tal-ping pong li qatt m’ghandu postu.


Qed ifittex xi xoghol


Illum il-gurnata, wara li Daniel qatta sitt snin diehel u hiereg mill-habs, qieghed ifittex xoghol – xoghol normali bhalma jahdem kulhadd. 

“Nixtieq li permezz tieghi johrog ezempju car biex haddiehor ma jghaddix minn dak li qed nghaddi jien minnu bhalissa.  Jien kelli nghaddi minn hafna, fosthom li nidhol kemm-il darba l-habs.  Ghalija l-habs ma jsolvi l-ebda problemi.  Ghalija habs ifisser post immexxi minn persuni ohra, fejn is-socjetà tehles minnek”.

Mistoqsi fil-prezent kif qieghed jirnexxilu jkampa mal-hajja ta’ kuljum, Daniel ikkummenta, “Malli nqum filghodu nixtri l-gazzetti, napplika ghal xogholijiet u nattendi interviews.  Jibaghtu ghalija hafna, izda wara l-interview nispicca qatt ma nisma’ lura aktar minghandhom.  Ir-raguni aktarx tkun diskriminazzjoni ghax jien min jien minhabba l-passat tieghi.  Veru f’hajti sraqt kemm-il darba, imma dan kont naghmlu ghall-ghixien tieghi u xejn aktar.  Minix qed nghid li qatt ma sibt ghajnuna ghax kien hemm min verament gheni.  Fil-fatt gieli hdimt imma fuq perjodi qosra, ghax jew ikun kuntratt ta’ ftit xhur, jew ghax jiddeciedu li ma jridunix aktar ma’ saqajhom.”


Imwegga u mdejjaq


Stajt nimmagina kemm Daniel ihossu mdejjaq minhabba din is-sitwazzjoni.  Fil-fatt il-kummenti tieghu kienu li fl-ahhar mill-ahhar is-socjetà qed tinkoraggih b’mod indirett sabiex jerga’ jmur ghall-passat.  “Inhossni qed nitkisser aktar.  Ma nara l-ebda kuragg mis-socjetà.  Kultant inhoss li rrid nghix hajja ta’ gideb u ma nsemmix il-passat tieghi ma’ certu nies.“

Staqsejtu jahsibx li l-problema li mhux isib xoghol hiex gejja ghax forsi jahsbu li jekk jimpjegawh, jispicca jisraq lill-kumpanija stess.  “Jista’ jkun.  Jew forsi jahsbu li naghmillhom isem hazin ghall-kumpanija jew li nisfratta lill-haddiema l-ohra”, wegibni Daniel.


Iddispjacut u le


Staqsejt lil Daniel jekk jiddispjacihx ghall-passat tieghu.  “Jiddispjacini u le ghax l-istat falla mieghi.  Inhossni ffurtunat ghal dak li ghaddejt minnu llum ghax tghallimt nghix il-hajja skond kif jibghathieli Alla u minghajr ma nigi bzonn hadd”.

Staqsejtu wkoll jekk hemmx xi modi li jixtieq li jpatti ghalih.  Fil-fatt urini bix-xewqa li jixtieq jara miftuh xi istituzzjoni gdid ghal tfal li jghixu fit-toroq, kif wara kollox kien jghix hu stess.  Jixtieq jibda jghin f’xi volontarjat billi joffri l-ghajnuna tieghu.


Daniel u l-futur


Staqsejtu kif qed ihares lejn il-futur u fil-fatt urini x-xewqa li jixtieq ikollu familja u futur ahjar kif ukoll li jkun jista’ jaghmel xi haga aktar tajba ghal haddiehor.

Fl-ahharnett ried jerga’ johrog l-ghan ewlieni minn din l-intervista mieghi.  Ghan ewlieni li jsib xoghol u jkun jista’ jerga jintegra ruhu fis-socjetà.  “Is-socjetà ghandha taghti cans lil persuni bhali li rridu hajja u nifs mill-gdid.  Nispera li z-zminijiet jinbidlu ghall-ahjar”, temm jghidli Daniel bit-tama li jigi mpjegat x’imkien ma jdumx!!!!

Kummenti (1)Add Comment
kuragg
Minn WARRENWARREN, October 04, 2009
kuragg habib tijaj mohhok hemm jalla dak li tixtieq int isibu ilejla qabel ada narga inhalli commnet iehor fuq xi xol !! cya tc
report abuse
vote down
vote up
Votes: +2

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
20C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata