1. MEMORJA QASIRA
Il-habib taghna, id-deputat Nazzjonalista Philip Mifsud qalilna dan l-ahhar li l-Partit Nazzjoalista zamm kelmtu mal-kaccaturi li, skont hu, qabel is-shubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, kien wieghdhom li se jibqa’ jissalvagwardja l-interessi taghhom.
Jista’ jkun li l-habib taghna ghandu memorja qasira, imma l-eluf ta’ kaccaturi u nassaba, jew forsi ahjar nghid il-maggoranza, mhux bhal Philip, u m’ghandhomx memorja qasira.
U ghax m’ghandhomx memorja qasira, il-kaccaturi u n-nassaba jiftakru li l-PN mhux li jissalvagwardalhom l-interessi taghhom kien wieghdhom, imma kien qalilhom car u tond li kienu se jibqghu jgawdu d-delizzju taghhom kif kienu jgawduh dakinhar.
Minn dakinhar ’l hawn, la l-kaccaturi u lanqas in-nassaba m’ghadhom igawdu dak li kienu jgawdu dakinhar. Anzi milli qaluli, in-nassaba jistghu jaqtghu jieshom li xi darba se jergghu jarmaw ix-xbieki taghhom.
2. AKTAR MINN SALAMUN
Ara trid tkun gharef aktar minn Salamun biex tohrog bl-argumenti li hareg bihom Austin Gatt dwar il-kuntratt tal-Fairmount u t-tarzna.
Mela skont Austin, fl-1997, meta allura prim ministru kellna lil Alfred Sant, it-tarzna tilfet 65 miljun euro. Is-sena ta’ wara tilfet 45 miljun euro. Dan ifisser li f’sena wahda taht Alfred Sant, it-telf tat-Tarzna naqas bi 30 fil-mija.
Skont l-gharef Austin Gatt, fl-ahhar sentejn (2008-09) it-telf tat-tarzna kien ta’ 45 miljun euro - 40 fil-mija tas-sentejn ta’ Alfred Sant.
Issa nhalli f’idejkom biex tiggudikaw min kien l-ahjar - jekk hux minn naqqas it-telf bi 30 fil-mija f’sena wahda, jew min naqqas it-telf b’60 fil-mija f’ghaxar snin.
Zommu f’mohhkom biss li fis-sentejn ta’ Alfred Sant ma tkecca l-ebda haddiem, u fl-ahhar snin tkeccew il-haddiema kollha.
3. SPALLA MA’ SPALLA
Kemm hadt gost nara lil Gejtu Vella ghal darb’ohra spalla ma’ spalla mal-prim Gonzi! Nghidilkom is-sewwa kont qieghed nibza’ li qatt mhu se nerga’ narahom spalla ma‘ spalla wara l-battibekk bejn Gejtu u John Dalli ftit tal-gimghat ilu. Imma jidher car li Gejtu mhux wiehed li jhallat il-hass mal-bass.
Ghamel sew ghalhekk il-prim Gonzi li qaghad ifahhar, kemm lil Gejtu u kemm lil shabu ghax dawn dejjem imxew fl-interess tal-haddiema u tal-pajjiz, imma, naturalment skont ic-cirkostanzi.
Ghax dejjem jagixxu skont ic-cirkostanzi, 11-il sena ilu riedu z-zieda fis-salarji ghax kienu se jgholew il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, u llum, ghax ic-cirkostanzi nbidlu, ma jitolbu xejn anke jekk il-kontijiet tad-dawl u l-ilma jgholew aktar minn darba fis-sena.
4. L-ewwel benvenuto
Randolph Spiteri ta’ San Gwann ikollu hafna hin biex jitkeb l-artikli fuq “In-Nazzjon” u “Il-Mument” peress li ma tantx ghandu x’jaghmel wara li kwazi f’kull elezzjoni li kkontesta dan l-ahhar qatt ma kien elett.
U proprju fuq hekk ridt nitkellem, ghax dan il-boccu, sieheb George Pullicino li nehhewlu l-MEPA minn taht idejh, jidher li ilu ma jhares daqsxejn lejn il-mera.
Nhar il-Hamis li ghadda kiteb artiklu bit-titlu “Addio Jason” fejn ma naqasx li jerga’ jiftah attakk fuq Jason Micallef, anke jekk fl-artiklu mera lilu nnifsu ghexieren tad-drabi.
Insomma kif ghidtilhom il-pjazza, li hu zgur hu, li lil Spiteri l-boccu qatt ma nistghu nghidulu addio. Ghax biex lil xi hadd tghidlu addio l-ewwel trid tghidlu benvenuto.
U lil Randolph Spiteri ma tantx qalulu benvenuto ghax sahansitra fl-ahhar elezzjonijiet tal-kunsilli lokali f’San Gwann, fejn ippretenda li jsir Sindku, in-nies qalulu car u tond “Non Sei Gradito” u minflok sar Sindku baqa’ l-art.

| < Prev | Next > |
|---|






