Thursday
Feb 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Il-fatti

E-mail Print PDF
Share

Il-Ministru Austin Gatt, bl-appogg kollu tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi u l-Partit Nazzjonalista, qieghed jaghmel minn kollox biex jipprova jahrab ir-responsabbiltà politika tat-telf kbir li garbet   it-tarzna bil-kuntratt tal-Fairmount.


Austin Gatt u l-PN sahansitra ppruvaw iqajjmu katavri ta’ ghexieren ta’ snin ilu biex minghalihom jiggustifikaw il-hnizrija li saret u li swiet lit-tarzna telf ta’ kwazi 40 miljun euro.


Imma jaqilghu kemm jaqilghu katavri, jilaghbu kemm jilaghbu bid-diskors, il-fatti jibqghu fatti, u ma jista’ jmerihom hadd.


Il-fatti huma li l-gvern innifsu, mhux l-inqas Austin Gatt, kien ftahar li dan il-kuntratt kellu jghin biex it-tarzna tigi fuq saqajha.

Il-fatti huma li Graham Couser, li kien impjegat mal-Malta Shipyards f’Jannar tas-sena 2006 bhala marketing executive, sparixxa sitt xhur wara, u wara li kien wiehed mill-firmatarji tal-kuntratt.

U kif digà inghad, il-fatti huma li l-kuntratt iffirmat fi zmien li Austin Gatt kien responsabbli mit-tarzna, sewa lit-tarzna telf ta’ kwazi 40 miljun euro.

Dawn il-fatti ma jistghu jkunu michuda bl-ebda mod.  U ghalhekk bl-ebda mod ma jista’ Austin Gatt ifarfar minn fuq spallejh ir-responsabbiltà politika.

Ta‘ min jistaqsi x’ghamel u x’qieghed jaghmel Austin Gatt biex jinstab Graham Couser?
X’qieghed jaghmel Austin Gatt biex min kien responsabbli ghal telf ta’ qrib l-40 milju euro jiehu dak li haqqu?

Minn dak li qieghed jinghad, u minn dak li qieghed jinkiteb, johrog car li l-importanti ghal Austin Gatt mhux li kulhadd jerfa’ r-responsabbiltà ta’ dak li sar.  Inluza r-responsabbiltà politika.
L-importanti ghal Austin Gatt huwa li jsib mezz kif ifarfar. U f’dan kollu ghandu l-appogg ta’ Lawrence Gonzi.

Addio rigal tal-millenju

It-tibdil fil-klima, ilu fuq l-agenda.  Mhux biss l-agenda lokali. Anzi ilu aktar fuq l-agenda internazzjonali.

Matul dawn l-ahhar jiem, jigifieri fl-ahhar gimgha, f’pajjizna, it-tibdil fil-klima tela’ ’l fuq hafna fl-agenda lokali.  Ir-raguni hija li s-suggett kien diskuss fil-Parlament.

Il-qofol tad-diskussjoni, intlahaq bid-diskors tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi li ghamel, biex nghidu hekk, twissijiet dwar il-htiega li lkoll kemm ahna nigbdu habel wiehed biex l-ghanijiet, jew it-targets,  stabbiliti mill-Unjoni Ewropea, nilhquhom.

Jekk ma nilhquhomx, skont Gonzi, se nbatu l-konsegwenzi. U Lawrence Gonzi qieghed jipprtendi li, ghax ninsabu fejn ninsabu, kulhadd ghandu jaghlaq ghajnejh, fommu u widnejh, u jghid li dak kollu li qieghed jaghmel hu u l-gvern tieghu, huwa l-unika triq ghal gejjieni.


M’hemmx dubju, u dan johrog car anke minn dak li ntqal fil-Parlament f’dawn l-ahhar jiem, li  wiehed mill-ewwel passi li rridu niehdu bhala pajjiz, hija li tinghalaq il-Power Station tal-Marsa.
Dan kien konfermat mill-Ministru Austin Gatt innifsu li propju ftit tal-jiem ilu ftahar li l-gheluq tal-Power Station tal-Marsa qieghed joqrob.

U hawn huwa l-qofol ta’ kollox?
Min jahti li l-Power Station tal-Marsa ghadha ma nghalqitx?
Min jahti li li dak li kien imwieghed  meta  nbniet   il-Power Station ta’ Delimara, ma sehhx?
Min jahti li dak li kien imwieghed meta nbniet il-Power Station ta’ Delimara, baqa’ biss fuq l-ixkaffa?

Jahti Lawrence Gonzi.

Jahti Austin Gatt.

Jahti l-Gvern Nazzjonalista.

Imbaghad xi nghidu ghal dak li gara ricentement fir-rigward tal-estensjoni tal-istess Power Station ta’ Delimara? 

Mhux se noqoghdu nidhlu fil-mertu tal-mod kif inghata l-kuntratt.

Se nitkellmu biss fuq l-ghazla tal-mod kif se tithaddem il-Power Station.

Propju f’din il-harga ta’ dan il-gurnal, qeghdin inwasslulkom l-ahbar ta’ x’kien intqal mill-eks ministru Josef Bonnici  fl-1999.

Josef Bonnici kien qal li Power Station tahdem bil-gass kellha tkun “rigal tal-millenju” lill-poplu Malti u Ghawdxi.

Illum, Gonzi rega’ bdielu. Lill-poplu Malti u Ghawdxi se jbellaghlu Power Station li tahdem bil-heavy fuel oil. 

Addio “rigal tal-millenju”.

U minn fuq, issa qieghed jippretendi li kulhadd jerfa’ r-responsabbiltà tal-falliment tieghu.

Wara li kien hu stess li, b’sempliciment avviz legali, cahhad    lill-poplu Malti u Ghawdxi, minn dak li kellu jkun ir-“rigal tal-millenju”.


L-ebda twegiba

Dak li gara fil-kuntratt tal-Fairmount fit-tarzna, dak li gara     u qieghed jigri fil-Power        Station, huma biss zewg episodji minn storja twila ta’ tahwid, inkompetenza, u iva, anke  ingann.

Dan il-gurnal ilu ghal gimghat shah jippubblika stejjer dwar individwi u kumpaniji li donnhom ihossu li huma ’l fuq mil-ligi u allura jistghu jaghmlu li jridu.

Aktar minn hekk, gibna wkoll ghall-attenzjoni tal-poplu x’qieghed jigri f’oqsma ohra, fosthom il-qasam tas-sahha u b’mod partikolari x’inhu jigri fl-isptar Mater Dei.

Ir-reazzjoni min-naha tal-gvern ta’ Lawrence Gonzi kienet wahda biss: skiet perfett. 
M’ghandu l-ebda twegiba ghal dak li qieghed jigri fl-isptar Mater Dei.

M’ghandu l-ebda twegiba ghal dak kollu li rrappurtajna dwar        il-European Institute of      Education (eie) li sahansitra qieghda topera minn bini li m’ghandux il-permess mehtiega mill-MEPA.

M’ghandu l-ebda twegiba ghall-mod kif dahaq, u ghadu jipprova jidhaq bir-residenti ta’ San Lawrenz Ghawdex li lejliet l-elezzjoni lil hafna zghazagh “serhilhom rashom” li kienu se jinghataw post fejn jibnu l-futur taghhom.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy AM Showers Scattered Showers Mostly Sunny Scattered Showers
12C 13C 11C 11C 9C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata