Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Il-Belt iwaqqghu l-ewwel punti

E-mail Print PDF
Share

img_1104_1Wirja qalbiena minn Imsida St Joseph kisbitilhom punt importanti f’partita difficli ghalihom kontra l-Valletta.  Çertament li hadd ma stenna li l-Msida kienu se jiehdu xi haga minn din il-partita.  Huma wrew titjib kbir fuq il-wirjiet taghhom ta’ qabel u b’Farrugia u l-gowler Bartolo huma kienu sodi ferm fid-difiza.


Valletta tilfu zewg punti biex issa ghandhom punt biss vantagg f’ras il-klassifika fuq Birkirkara meta z-zewg timijiet laghbu loghob indaqs.

Valletta min-naha taghhom kellhom xi tibdil fil-formazzjoni.  Hallew barra lil Scerri u Sammut li ghalkemm flokhom xorta laghbu plejers tajba zgur li nhass in-nuqqas taghhom fl-attakk Belti - fil-fatt Valletta ma skurjawx.  Tul il-partita Valletta kellhom attakk wara l-iehor izda  l-qlubija tal-plejers ta’ Mark Marlow tat il-frott taghha.


Matul l-ewwel taqsima Msida ma kellhom ebda attakk denju ta’ nota fuq il-lasta tal-Valletta.  Valletta min-naha taghhom ma tantx urew hegga matul din it-taqsima u kien forsi ghalhekk li huma ma rnexxielhomx imorru fil-vantagg.  Wara seba’ minuti korner ta’ Falzon, ballun fil-kaxxa u xutt ta’ Dimech imur barra.  Zewg minuti wara kross ta’ Doding lejn Denouden li bir-ras tefa’ l-ballun barra.


Fil-15-il minuta  minn azzjoni personali ta’ Doding li qabez diversi avversarji qabel ixxuttja bil-gowler Bartolo jimblokka ghal korner.


Fid-29 minuta Valletta kellhom korner moghti minn G Agius imxellef lejn il-lasta opposta fejn kien hemm Denouden li xxuttja izda d-difensur Mifsud salva minn fuq il-linja.  Tliet minuti wara pass ta’ G Agius lejn Denouden izda l-gowler Bartolo kien pront hareg u ha l-ballun minn fuq ras l-attakkant Belti.


Fl-40 minuta azzjoni personali ta’ Denouden li qabbez minn fuq il-gowler Bartolo li, izda irtira u rnexxielu jsalva f’korner.


Matul it-tieni taqsima Msida kienu ahjar minkejja li l-Valletta kellhom xorta ferm aktar mil-loghob.  Fit-52 Valletta kellhom xutt angolat ta’ Falzon jahbat ma’ barra tax-xibka.  Fis-57 minuta freekick b’sahhtu hafna ta’ Aganun li kien salvat b’diffikultà minn Hogg.  Msida kompla jippruvaw u zewg minuti wara kellhom gowl sabih imhassar minhabba offside.  Azzjoni veloci bejn Aganun u Lattes, dan lejn Formosa li tefa’ fix-xibka bil-gowl jithassar.


Fl-64 minuta kross mil-lemin ta’ Lattes ghall-Imsida lejn in-naha opposta fejn dahal ghal darb’ohra Formosa li b’daqqa ta’ ras gab save kbir minn Hogg.  Zewg minuti wara Doding ghal Valletta qassam lejn G Agius, xutt lejn il-lasta fejn kien hemm Cruyff li ma kkonnettjax u l-ballun spicca baqa’ sejjer barra.


Fit-80 minuta kross ta’ Zammit u daqqa ta’ ras ta’ Doding, bil-gowler ikun prominenti b’save tajjeb.  Fis-87 minuta xutt baxx ta’ Sammut ghal Valletta qrib il-lasta, izda ghal darb’ohra l-gowler Bartolo rega’ cahhad lil Beltin mil-gowl tar-rebha.


B’hekk il-partitarji Beltin telqu minn Ta’ Qali xi ftit dizappuntati fejn  ghal xi whud setghet kienet twissija li ghalkemm il-Beltin jidher li ghandhom l-aqwa skwadra fl-ahhar mill-ahhar il-loghob jintlaqghab fil-grawnd u huma dawk id-90 minuta li jiddterminaw ir-rizultat u fejn imorru l-punti.

VALLETTA: Hogg, Bezzina (Sammut 72), Briffa, Dimech, Scicluna, G Agius, E Agius (Scerri 67), Cruyff, Denouden, Falzon (Zammit 63), Doding.

MSIDA SJ: Bartolo, Grima, Baldacchino, Sciberras, T Farrugia, Mifsud (A Farrugia 90), Aganun, Levniac, Curmi (Arpa 74), Lattes, Ebejer (Formosa 58).

REFEREE: Silvio Tanti

PLEJER TAL-LOGHBA: Tyrone Farrugia Msida St Joseph

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
20C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata