Thursday
Jul 29th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Idur ghad-dghajjef

E-mail Print PDF

Minkejja li s-socjetà Maltija m’ghadhiex maghluqa bhalma kienet sa ftit tas-snin ilu, familji b’genitur wiehed u trabi li jitwieldu barra z-zwieg, jibqghu jgorru fuqhom stigma li taqtaghhom mill-bqija tal-familji, tista’ tghid ghal ghomorhom kollu. M’hemmx dubju li ftit huma dawk li b’kapricc jew b’xi skop ulterjuri jaghzlu li jkunu single mothers ghax jista’ jghaddilhom mill-garigori ta’ mohhhom li hekk jaqbilhom.

Li taghzel ghalik innifsek li tissejjah ‘single mother’ u li tiddikjara li uliedek missierhom mhux maghruf mhijiex cajta, ghalkemm veru li dan jista’ jgib mieghu certi beneficcji socjali. Imma oqghod zgur li din il-kategorija socjali, fil-hajja ta’ kuljum ghandha ferm aktar zvantaggi milli vantaggi. Hu fatt maghruf u ippruvat mill-istatistika ufficjali li familji b’genitur wiehed huma ferm aktar vulnerabbli u vicin ir-riskju tal-faqar minn familji tradizzjonali b’zewg genituri.

Il-ministru Tonio Fenech dan l-ahhar ghogbu jaghti l-imbekkata li fil-bagit li jmiss kien se jattakka l-abbuzi fis-servizzi socjali, specjalment dawk tas-single mothers. Il-ministru Fenech kemm kemm ma riedx jaghti l-impressjoni li s-sitwazzjoni prekarja fil-finanzi tal-gvern jahtu ghaliha l-aktar dawk li jiddikjaraw il-falz meta jghidu li huma single mothers  ta’ ulied b’missier mhux maghruf, meta fir-realtà jkunu qed jorqdu u jqumu ma’ missier uliedhom. M’ghandniex xi nghidu dejjem se jkun hawn min jabbuza u min jittanta jiehu beneficcji li ma haqqux u tajjeb li l-abbuz gej minn fejn gej, dan xi darba jinqata’. Imma li tinghata l-impressjoni li xi hadd rasu fuq ghonqu jghaddilu minn mohhu li jwahhal fuqu u fuq uliedu din l-istigma socjali, biex dakollu jkun jista’ jiehu l-ammont mizeru tal-flus tar-relief, ftit li xejn hu argument konvincenti. Dat-tip ta’ abbuz, fejn jezisti, minnu nnifsu huwa wkoll sintomu ta’ vulnerabbilità u depravazzjoni socjali.


Il-Gvern Nazzjonalista ta’ Dr. Gonzi bhal ta’ qablu, ghomru u zmienu joghdos fil-hela, sparpaljar ta’ fondi pubblici, u kazijiet ta’ korruzzjoni li sintendi ma jhallasx ghalihom min jaghmilhom, imma jkollu jaghmel tajjeb ghalihom il-poplu bit-taxxi tieghu u bil-pizijiet li jigu imposti fuqu kontinwament. Meta tqis li Dr. Gonzi ma kienx kapaci jrazzan is-sorsi vera tal-problemi fil-finanzi tal-gvern, aktar u aktar iddarras u tistona d-dikjarazzjoni recenti tal-ministru Tonio Fenech dwar il-beneficcji socjali li qed jinghataw familji b’genitur wiehed li gew impingija qieshom is-sors ewlieni tal-hela u tal-abbuz fil-fondi pubblici.

Imbaghad wara kollox fejn jidhlu s-single mothers u tfal b’missier mhux maghruf, in-Nazzjonalisti zgur ma jistghux jippontifikaw kif ihobbu jaghmlu, jew jghidu li m’ghandhom ebda responsabbiltà jew htija. Is-sitwazzjoni attwali fejn aktar minn 25% tat-trabi qed jitwieldu barra z-zwieg u fejn kull ma jmur qed tizdied ir-rata tat-tfal li flok igawdu tfulithom qed jispiccaw iwelldu tfal ohra, mhuwiex xi fenomenu li fegg habta u sabta f’dawn iz-zminijiet, imma hu wiehed li ilu jigma’ u jakkumula matul dawn l-ahhar snin. Ghax ghad li fi zmien li Malta kellha lil Eddie Fenech Adami bhala prim ministru, dan tghidx kemm kien jiddandan li Malta kellha tkun l-ahhar bastjun tal-valuri Nsara fl-Ewropa, qatt daqs fi zmiennu u fi zmien Dr. Gonzi ma gew imhezza u mxaqqa’ dawn l-istess valuri.

Il-permessività u l-libertinagg saru parti integrali mill-politika tal-gvern: tfal u zghazagh taht l-età b’access liberu ghall-alkohol u ghad-dhul fil-postijiet tad-divertiment bla ebda limitu ta’ età jew hin; zghazagh u tfal taht l-età esposti facilment ghad-droga; hwienet tal-loghob tal-azzard fil-qalba tal-irhula u l-ibliet; prostituzzjoni li ghalkemm formalment mhijiex legalizzata, hi organizzata daqs li kieku kienet, bi tfajliet barranin li qed jingibu minn barra attaposta ghalhekk; u fuq kollox socjetà li ma tippremjax il-hila u l-mertu, u li subliminalment tissuggerixxi liz-zghazagh taghna biex ikunu opportunisti, iqabblu kif jaqbilhom u ma jfittxux li jkunu gusti u responsabbli fl-imgiba taghhom.

Aghar minnhekk, biex tinzamm il-parenza ghal ghajn in-nies, filwaqt li kien ghaddej dan l-isfrattetu kollu, in-Nazzjonalisti ghamlu snin, perezempju, jirrifjtaw li fuq ix-xandir tal-Istat issir pubblicità dwar kontracettivi, il-kondoms b’mod partikolari. Ghaddejna wkoll minn zmien mhux daqstant fil-boghod meta ma kinitx ghadha nhasset il-htiega li l-edukazzjoni sesswali tkun parti intergrali mill-formazzjoni tat-tfal u z-zghazagh taghna.


Bil-konsegwenza li llum il-gurnata ghall-pajjiz li ghandu gvern li jhobb jiddandan bil-valuri, dan m’ghandux wisq x’juri bhala xhieda ta’ dan, tant hu hekk ir-rata ta’ tqala f’etajiet pjuttost zghar hi ferm aktar gholja minn ta’ pajjizi bhal dawk Skandinavi li ma tantx jaghmlu bihom it-taboos dwar is-sess, imma fl-istess hin jaghtu formazzjoni soda lit-tfal taghhom f’dik li hija preparazzjoni ghall-hajja adulta.


Ringrazzjament

Mal-ewwel opportunità li ghandi bhala editur ta’ din il-gazzetta, nixtieq nirringrazzja lil kull min ferahli ghar-responsabbiltà gdida li ghogbu jafdali l-Partit Laburista.

Nixtieq nirringrazzja wkoll lis-Sur Felix Agius li kien ta’ servizz kbir ghall-qarrejja ta’ din il-gazzetta matul il-hafna snin li serva bhala editur.

Naturalment mal-hafna tajjeb li ghandha din il-gazzetta, ghandi ppjanat tibdil sostanzjali li jithabbar meta jkun il-waqt, li ghandu jtejjeb il-prodott finali ghal beneficcju tal-qarrejja ta’ din il-gazzetta.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Sunny Sunny Sunny Sunny
26C 32C 31C 31C 31C
Thu Fri Sat Sun Mon

Inghaqad maghna fuq Facebook

facebook_logo

 

Karikatura