Kantant u attur li jammetti li m’ghandux kwiet. Pjuttost dejjem jghid li jrid jieqaf izda fl-istess hin jivvinta x’jaghmel. Ihobb jesperimenta, u fl-istess hin jiddeskrivi lilu nnifsu bhala kalm imma m’ghandux kwiet f’gismu. Madankollu jsostni li huwa perfezzjonist hafna. Jammetti wkoll li huwa misthi hafna tant li xi nies jahsbuh li huwa antipatku.
Qed nirreferi ghal Neville Refalo. Neville ghandu 31 sena, joqghod H’Attard u jahdem bhala office co-ordinator f’ufficcju tal-Gvern. Ihobb isegwi l-futbol specjalment it-tim tal-Milan, filwaqt li bhala hrug jippreferi affarijiet relax bhal xi tazza nbid ghall-kwiet sabiex jaqta’ mill-genn tal-hajja.
Ghall-kuntrarju tieghi, Neville ma jhobbx is-Sajf minhabba s-shana u anke peress li ma jhobbx il-bahar. Raguni ohra li ma jhobbx daqstant is-Sajf hija minhabba li f’dan il-perijodu jieqaf il-futbol allura ma jkollux xi jsegwi. Neville ilu f’relazzjoni ma’ Sarah ghal dawn l-ahhar sentejn u jinsab kuntent hafna.
Kurzità interessanti dwar Neville hija li minhabba l-misthija, Neville beda l-karriera tal-kant fl-età ta’ 22 sena!!! “Kont nahseb li minix kapaci. Nemmen li dan sforz il-karattru ta’ perfezzjonist li nhaddan mieghi. Ghal diversi drabi kienu jinkoragguni diversi persuni. Darba fost l-ohrajn kont ghedt billi nipprova mhu ser nitlef xejn. Kont bdejt nippartecipa f’festivals zghar lokali u ksibt rizultati tajbin. Minn hemm ma haristx lura imma illum il-gurnata jiddispjacini li ma bdejtx inkanta ta’ età ferm izghar. Minhabba f’hekk inhoss li tlift hafna. Kultant anke nirrabja mieghi nnifsi”, beda jghidli Neville waqt din l-intervista mieghi f’hanut tax-xorb il-Mosta.
Ta’ min izid jghid li Neville huwa persuna puntwali hafna, tant li jobghod min jasal tard ghal xi appuntament. Infatti ghal din l-intervista habat li wasalna t-tnejn li ahna fl-istess hin preciz. U imnalla ghax min jaf kienx jehodni fuq demm id-dars !!!!
Unur internazzjonali
Xi xhur ilu, Neville kien mar il-Canary Islands sabiex jirrapprezenta lil Malta fil-Universong Festival 2009, ma’ hmistax-il pajjiz iehor, wara li kien rebah l-edizzjoni ta’ din is-sena stess tal-International Malta Hit Song Festival bil-kanzunetta One Day. Neville spicca rebah l-award bhala Best International Artist, li prattikament dan huwa l-ikbar award li seta’ jakkwista kantant li jkun gej barra mill-pajjiz, bhal fil-kaz ta’ Neville.
Kanzunetta tajba
Staqsejt lil Neville kif bdiet din l-avventura tieghu bil-kanzunetta – One Day. “One Day kienet ilha lesta sentejn. Originarjament kienet mahsuba biex titkanta bhala dwett. Konna dahhalniha ghal Malta Song for Europe 2007 u ghaddiet ghas-semifinali. Wara konna hallejniha hemm u kienet tfaccat din l-opportunità tal-Malta Hit Song Contest. Kont nemmen li kellha potenzjal u hekk gara”, tbissem jghidli Neville.
Ta’ min jghid li matul il-Malta Hit Song Festival, Neville kemm-il darba kien fil-punt li jigi eliminat bil-vot tal-pubbliku, izda baqa’ jigi salvat bil-vot tal-gurija. B’hekk staqsejtu jekk jemminx fit-televoting u fuq kollox l-opinjoni tieghu dwar dan.
“Iva, nammetti li mit-televoting kont qed nispicca lejn l-ahhar. Personalment minn dejjem qatt ma kont nemmen fit-televoting, u nistqarr li nhoss li Malta zghira wisq biex tinkludi mija fil-mija televoting system. Izda nemmen li dan ghandu jigi nkluz, però b’persentagg izghar, nghidu ahna 20%”, stqarr Neville.
L-avventura ghal Neville sabiex jasal il-Canary Islands kellha tigih vjaggi ta’ sitt ajruplani b’kollox. Dan ifisser tlieta minn Malta, u tlieta ohra lura peress li ma kienx hemm titjiriet diretti. Izda ghal Neville dan ma kienx jimporta.
“Kienet esperjenza tajba hafna, tant li ppruvajt kemm jista’ jkun naghti promozzjoni lil Malta. Nghid ukoll li dan huwa wiehed mill-akbar festivals wara l-Eurovision”.
Neville mhux biss kantant, izda wkoll attur. B’hekk ridt nara jekk jippreferix xi linja aktar minn ohra.
“Li nista’ nghid hu li mill-kant narani niehu aktar sodisfazzjon immedjat ghall-fatt li nara l-udjenza ticcaqlaq quddiemi. Ir-rectar fuq it-televizjoni jehodli aktar hin, meta tikkunsidra s-sighat twal ta’ filming. Izda kollox ma’ kollox it-tnejn fihom taghhom u t-tnejn inhobbhom”.
Dehra partikolari
Min segwa l-Malta Hit Song Contest, seta’ jinnota lil Neville b’dehra partikolari. Ghal diversi gimghat shah rajnih liebes il-flokk ta’ Batman tul is-semifinali u mbaghad fil-finali bil-flokk tal-Joker.
Qatt ma bsart li wara dan kollu kien hemm storja helwa. Hallejt f’idejh biex jirrakkuntali.
“L-istorja funny!! Waqt il-festival kienu jittrattaw ukoll l-ilbies. Ghazilt il-kostum ta’ Batman ghax rajtu jaqbel mal-kanzunetta. Bhala kritika fuq l-ilbies ghall-ewwel u t-tieni fazi kont mort tajjeb. Izda mit-tielet ‘l quddiem bdew jikkritikawni ghax ma kontx inbiddel il-hwejjeg, bhal ma kienu jaghmlu kantanti ohra, peress li jiena bqajt nuza l-flokk ta’ Batman. Il-punt tieghi kien li l-kanzunetta tieghi tibqa’ tigi mfakkra b’dak l-image partikolari u l-flokk kont narah bhala kostum. Gara li ghas-semifinali bqajt immur bl-istess flokk fost kritika harxa. Meta wasal il-finali, ridt inbiddel il-flokk, però li nibqa’ fuq l-istess skala ta’ suggett. Veru li kont bhal qisni qed nisfida b’mod pozittiv. Insomma gara li l-flokk ta’ Batman libsu l-kitarrist, u jiena lbist flokk bil-Joker fuqu. Finalment xorta dak li nixtieq jien naghmel. Dak hu l-karattru tieghi, ovvjament la jien inkun qed inhoss li dak huwa tajjeb”, irrakkontali Neville.
Ta’ min jghid li din kienet l-ewwel darba li rajna lil Neville ikanta fuq stil rock. B’hekk staqsejtu jekk hux bi hsiebu jibqa’ jzomm dan l-istil ghall-quddiem jew jekk hux ser jerga’ lura ghad-dinja tal-musicals. “Il-musicals xorta ser jibqghu parti minni u ser inzommhom. Ir-rock iva ser inzommu ghall-fatt li nemmen li dan l-istil ta’ muzika ma tantx narawh jidhol waqt festivals. Hawnhekk terga’ tidhol l-isfida li nzomm fil-karattru tieghi”, stqarr Neville.
Fuq ir-radju
Fis-Sajf 2009 fuq Radju Super 1, Neville kien qed itella’ programm muzikali. Bl-isem ta’ Hit Highlights dan kien qed jixxandar kull nhar ta’ Sibt wara nofsinhar.
Apparti li kien jinkludi diversi kanzunetti, l-programm kien jinkludi wkoll intervisti ma’ diversi mistiedna mill-kamp tad-drama lokali.
Fuq nota personali dwaru, tlabt l-opinjoni tieghu dwar iz-zwieg. “L-idea tieghi hija li nixtieq nasal ghaz-zwieg. Però rrid inkun cert mija fil-mija,” kienet l-opinjoni sinciera li tani Neville.
Dwar xi jfittex f’mara sabiex ikollu relazzjoni maghha, Neville nfurmani li fuq kollox trid tkun kapaci titkellem u tkompli argument apparti li tidher sabiha. Bhala progetti futuri, Neville ghadu kif beda jidher b’partijiet minn tieghu fid-drama AMEN ta’ Bryan Muscat li regghet bdiet tintwera fuq One TV minn din din l-iskeda l-gdida.
Ghal April imbaghad ser narawh waqt drama lokali ohra, fejn ma setax jizvela aktar dettalji dwarha. Ser naraw lil Neville jippartecipa anki fuq il-palk.
Dwar kant infurmani li ghamel xi kuntatti ma’ barra minn Malta, kif ukoll li qed jahdem sabiex ikollu sit personali tieghu. Qed jittama wkoll li aktar tard is-sena li gejja johrog album !!!

| < Prev | Next > |
|---|






