Sunday
Feb 05th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Il-gustizzjal-istess ghal kulhadd

E-mail Print PDF
Share

michael_parnisMin isegwi dak li jigri fil-pajjiz qrib taghna l-Italja, jaf ezatt b’dak li sehh matul din l-ahhar gimgha fil-Qorti Kostituzzjonali ta’ dan l-istess pajjiz, li hi l-oghla qorti tal-pajjiz, li hadet decizjoni li permezz taghha l-Prim Ministru Taljan Silvio Berlusconi ser ikollu jitressaq il-qorti dwar diversi akkuzi fosthtom dwar korruzzjoni.  Il-Qorti iddecidiet ligi li ghamel l-istess Berlusconi li kienet ittih l-immunità issa giet nulla u minghajr effett. Il-gudikatura mhux biss hasset li ghandha tipprocedi izda anke iddecidiet kontra dak li ghamel il-Gvern jew ahjar il-Parlament.

Fl-istess hin fi Spanja gara xi haga simili fejn issa membru gholi tal-Gvern ser jitressaq il-qorti akkuzat dwar frodi u korruzzjoni.  L-Italja hi pajjiz membru fundatur tal-Unjoni Ewropea filwaqt li Spanja dahlet wara, izda fiz-zewg pajjizi fl-opinjoni tieghi intweriet serjetà liema bhalha mill-gudikatura fejn it-tnejn taw prova li l-gustizzja hi l-istess ghal kulhadd.

U f’Malta!  Kemm nixtieq li pajjizna ghandna l-istess serjetà minkejja li ahna wkoll membri tal-UE.  Issa ilna s-snin nisimghu b’akkuzi dwar korruzzjoni izda qatt smajtu li xi ministru jew ufficjal gholi min-naha tal-Gvern qed jigi investigat jew imressaq il-qorti.  Kaz tipiku hu dak li qed jigri bhalissa dwar il-power station il-gdida li se tinbena bi spiza ta’ madwar 200 miljun ewro.  Mhux se nidhol fil-mertu ta’ jekk hemmx korruzzjoni jew le izda li ma nisimghu xejn dwar inkjesta ufficjali mill-qorti hu ta’ min jithasseb.


Mill-banda l-ohra nahseb li qed nitlob izzejjed ghax qatt mhu se jigri xi haga simili f’Malta. Il-Prim Ministru, Ministri u ufficjali ohra jidhru li huma omnipotenti u jidher car li hadd ma jazzarda jehodha kontrihom fil-qrati taghna.  Qisu li hemm gew ghandhom certa sahha u mhux facli issib lil xi imhallef jew magistrat jaqta’ xi sentenza kontrihom, wisq anqas jinvestiga xi haga minn jeddu.

Mhux biss il-kaz tal-power station tafux.  F’dawn il-granet hareg rapport ta’ Price Waterhouse Coopers dwar il-Fairmount, vapur li ssewwa fit-tarzna ta’ Malta u ikkontribiwixxa ghall-falliment ta’ din l-azjenda.  F’dan il-kaz sar rapport dwar x’seta’ sar hazin izda mhux inkjesta biex jinstab minn kien hati.  Manager li ingieb apposta minn barra wara li kien parti minn falliment ta’ tarzna ohra fl-Ingilterra, thalla jahrab ferm qabel spiccalu l-kuntratt.  Minn Malta mar it-Tarzna ta’ Gibiltà u jahasra min ghamel ir-rapport ma kienx kapaci jsibu.  Ahna fil-GWU konna nafu fejn mar ftit granet wara li telaq izda haddiehor ma kienx jaf. L-istess gara ghal manager iehor, Ingliz ukoll li kien imexxi t-tarzna f’dak il-perijodu, donnu sparixxa.  It-Tnejn flimkien kienu protagonisti fil-falliment tat-Tarzna u fil-kaz tal-Fairmount u donnhom ghebu minn wicc id-dinja.  Minn fuq jigi l-ministru u jakkuza lill-haddiema, lill-GWU u lill-PL b’dan il-falliment.

Tghid ghad jitla’ z-zejt f’wicc l-ilma? Tghid ghad naraw li min kien hati ihallas? Tghid il-Gvern ser jiehu passi? Tghid il-qorti ser taghmel inkjesta u l-pulizija ser tressaq lil xi hadd il-qorti?  Wisq nibza’ li r-risposta ghal dawn il-mistoqsijiet kollha hi ”LE”.   L-aqwa li ahna pajjiz membru tal-UE !

Il-gustizzja nistghu naraw biss fuq is-sett tat-televizjoni.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Rain Shower AM Light Rain / Wind Scattered Showers / Wind Scattered Showers PM Showers
7C 9C 9C 9C 11C
Sun Mon Tue Wed Thu

 

Karikatura

 

Faccata