L-Isport tat-Triathlon ha spinta importanti ’il quddiem f’dawn l-ahhar xhur fejn ra bosta atleti godda jiehdu sehem fit-tlielaq lokali.
Dan grazzi ghax-xoghol siewi li qeghdin jaghmlu l-ufficjali tal-Assocjazzjoni Maltija tat-Triathlon u ta’ Birkirkara St. Joseph Sports Club, fejn dawn ta’ l-ahhar jorganizzaw ukoll serje ta’ tlielaq fuq distanza sprint matul ix-xhur tas-sajf.
Ghal min forsi ma tantx jaf b’dan l-isport, it-Triathlon huwa sport li jikkonsisti fi tlett dixxiplini, l-ghawm, tellieqa bir-rota u jispicca b’girja. Ghalkemm wiehed probabbilment jahseb li dan l-isport huwa ghal ftit minhabba li jidher kemmxejn impenjattiv, però prova cara li dan mhux minnu hija il-partecipazzjoni qawwi ta’ bosta atleti godda li ittantaw jiehdu sehem fi triathlons fuq distanza sprint li saru matul dan is-Sajf. Generalment it-Triathlon isiru fuq distanzi sprint jew Olimpika.
Il-Hadd li ghadda, l-istagun tat-triathlon wasal fit-tmiem tieghu bil-kampjonati nazzjonali. Danica Spiteri u Dermot Galea regghu ikkonfermaw li huma imbattibli wara li rebhu l-kategoriji rispettivi taghhom fic-ChooseMalta.com, il-Kampjonati Nazzjonali tat-Triathlon li saru fil-Bajja tas-Salina fuq distanza Olimpika, jigifieri, ghawma ta’ 1500m; tellieqa bir-rota ta’ 40km u girja ta’ 10km.
F’gurnata friska u kemmxejn bir-rih, 46 atleta, fosthom 15 mir-Renju Unit, hadu sehem fil-kampjonati ta’ din is-sena. L-atleti Inglizi huma grupp ta’ atleti li saru jigu regolarment ghal dawn il-kampjonati grazzi ghas-shubija li hemm bejn il-club Ingliz Venom Tri Club u B’kara St. Joseph Sports Club.
It-tellieqa tal-irgiel baqghet incerta kwazi sal-ahhar minhabba li l-ahwa Galea, Dermot u Keith, baqghu rasimbras sal-ahhar tliet kilometri tat-tellieqa. Minkejja d-dominanza ta’ dawn iz-zewg atleti fuq ir-rota u fil-giri, però, kien Mark Zammit li tela’ l-ewwel mill-bahar; il-vantagg ta’ ’il fuq minn zewg minuti li kellu, izda, malajr spicca fix-xejn taht il-pressjoni tal-ahwa Galea.
L-esperjenza ta’ Dermot, bi tmien rebhiet f’dawn il-kampjonati, probabbli ghenitu biex izomm it-titlu ta’ ‘champion’ ghal sena ohra. Hu rebah f’hin ta’ 02:03:33; Keith spicca t-tieni, f’hin ta’ 02:04:36 u Mark Zammit it-tielet, f’hin ta’ 02:06:45.
Kontra kull mistenni, it-tellieqa tan-nisa kienet iddominata minn Danica Spiteri mill-bidu sat-tmiem. Hi telghet mill-bahar ftit aktar minn zewg minuti qabel l-atleta rivali Michelle Wood u baqghet tibni fuq il-vantagg taghha kemm fir-rota kif ukoll fil-girja. Spiteri spiccat t-tellieqa f’hin ta’ 02:20:57, biex hekk hi rebhet dawn il-kampjonati ghat-tmin darba. Fit-tieni post spiccat Michelle Wood, f’hin ta’ 02:30:27 u fit-tielet post spiccat Donatelle Callus, f’hin ta’ 02:34:22. Linda Whitelegg ta’ Venom Tri Club rebhet il-kategorija tal-Veterani nisa, filwaqt li Ron Evans u William Livingstone (Venom Tri) okkupaw l-ewwel zewg pozizzjonijiet fil-kategorija tal-irgiel, b’William Brydon ta’ B’kara St. Joseph jidhol fit-tielet post.
Fl-istess hin tat-tellieqa Olimpika, l-Assocjazzjoni Maltija tat-Triathlon organizzat tellieqa sprint. Din intrebhet minn Steve Pace, atleta li hu relattivament gdid ghall-isport, f’hin ta’ 01:11:01. Il-kategorija tan-nisa intrebhet minn Ruth Debono, atleta ohra gdida ghat-Triathlon, f’hin ta’ 01:23:34. F’din it-tellieqa ha sehem ukoll atleta ta’ 70 sena, Malcom Bennett li kien ta’ ezempju car li dan l-isport huwa accessibli ghal kull età.
Il-kategorija tar-Relay Team intrebhet mit-trio Joan Ellul (ghawwiema), Mark Vella (ciklist) u Greta Treeby (atleta), f’hin ta’ 02:40:39, filwaqt li t-tieni post intrebah mit-trio Sammy Attard (ghawwiem), Soozy Smith (ciklista) u Johanna Calleja (atleta).
L-Assocjazzjoni Maltija tat-Triathlon kienet meghjuna minn Joseph F. Spiteri & Co. (1927) Ltd., agenti lokali ta’ Kee Klamp u mill-B’Kara St Joseph Sports Club. L-Assocjazzjoni esprimiet il-hajr taghha lil Malta Tourism Authority, lil The Plum Tree Restaurant, Qawra, u lil Kristal Water.
Ringrazzjament specjali jmur ghall-klabb Ingliz Venom Tri Club li f’dawn l-ahhar tlett snin ghen mhux biss it-turizmu sportiv lokali (fejn ghandu x’jaqsam it-triathlon) bi gruppi regolari izuru pajjizna izda wkoll ta’ sapport finanzjarju lill-atleti Maltin biex jikkompetu gewwa l-Ingilterra.
Kull min hu interessat li jibda jipprattika dan l-isport jista’ jikkuntatja lil l-Assocjazzjoni Maltija tat-Triathlon fuq This e-mail address is being protected from spambots. You need JavaScript enabled to view it .

| < Prev | Next > |
|---|






