Partita bi ftit li xejn storja. Sliema ghamlu kollox - ikkontrollaw, holqu u skurjaw. Gowls verament sbieh filwaqt li loghba kbira ghamlu erba’ plejers Slimizi - Jean Pierre Mifsud Triganza, Matthew Bartolo, Clayton Faella u Ryan Fenech - li bejniethom gabu fix-xejn it-tim ta’ li Spartans.
Huwa minnu li Hamrun bdew dan il-kampjonat bi programm tassew iebes. Imma issa jridu jaraw x’jaghmlu biex jibdew jigbru l-punti jekk iridu li jzommu posthom fil-Premier. Huma tilfu zewg cansijiet fl-ewwel taqsima li zgur ma jifilhux li jaghmlu ghaliex ftit qed joholqu okazzjonijiet ta’ gowl. Rebha meritata ghal Wanderers li serrhet xi ftit ras il-kowc Stephen Azzopardi filwaqt li mliet lil kowc Stephen D’Amato b’aktar problemi.
Mal-ewwel azzjoni ta’ stoffa Sliema skurjaw. Wara disa’ minuti pass minn nofs il-grawnd lejn JEAN PIERRE MIFSUD TRIGANZA, d-difiza ta’ Hamrun waqfet ghal offside inezisteni u Mifsud Triganza baqa’ javvanza, dar mal-gowler Casha u xehet f’xibka vojta minkejja l-attentat ta’ Fenech biex jipprova jikklerja.
Bhala risposta Hamrun kellhom zewg azzjonijiet, wahda xutt ta’ Spiteri fis-17-il minuta bil-ballun jahbat mal-mimduda u ftit wara pass ta’ Hrubsa lejn Spiteri li b’xutt sabih mil-qrib gieghel lil gowler Agius fil-lasta Slimiza jsalva tajjeb.
Sliema kellhom korner fit-33 minuta moghti minn Fenech, ghola tajjeb Gatt Baldacchino li bir-ras xehet ftit barra. Azzjoni ohra tas-Sliema meta kross ta’ Bartolo u daqqa ta’ ras ta’ Fenech rat lil-gowler Casha jsalva b’diffikultà.
It-tieni taqsima fethet bhall-ewwel wahda jigifieri b’gowl Slimiz. Fis-47 minuta azzjoni personali ta’ MATTHEW BARTOLO li baqa’ diehel fil-kaxxa, evita l-harga ta’ Casha u bi flikkjatura rdoppja.
Dan il-gowl nistghu nghidu li qatel il-partita. Fit-53 minuta kross ta’ Mifsud Triganza lejn Fenech li minn qaghda tajba dam jahsibha u t-tentattiv tieghu gie mblukkat minn Attard.
Fis-56 minuta li skor sar 3-0. Kross perfett ta’ Bartolo, dahal sparat l-ex plejer ta’ Hibernians CLAYTON FAELLA u b’daqqa ta’ ras mill-isbah ma ta ebda cans lil Casha jsalva.
Zewg minuti wara gowl iehor. Pass ta’ Faella lejn Azzopardi, d-difiza Hamruniza regghet waqfet ghal offside inezistenti u JEAN PIERRE MIFSUD TRIGANZA ghal darb’ohra kkastiga lil li Spartans.
Fis-60 minuta Mifsud Triganza kien kwazi kiseb il-hat trick meta minn azzjoni perikoluza ohra ra t-tentattiv tieghu jigi salvat minn Casha f’korner. Fil-81 minuta pass ta’ Mifsud Triganza lil M Ciantar li x-xutt ta’ dan ghal darb’ohra salvah Casha.
Il-partita ghalqet bil-ksib tal-hat trick ta’ JEAN PIERRE MIFSUD TRIGANZA u l-hames gowl tal-Wanderers. L-azzjoni bdiet minn saqajn I Ciantar li qassam lejn Fenech li kif ra li Mifsud Triganza zmarkat tah il-ballun u dan ma falliex.
Skurjaw: Jean Pierre Mifsud Triganza (S 10, 58 u 84 min), Matthew Bartolo (S 47 min), Clayton Faella (S 57)
SLIEMA W: Agius (Alden 75), Azzopardi (Marinelli 82), Mifsud, Fenech, Scerri (M Ciantar 61), Mifsud Triganza, Bartolo, Gatt Baldacchino, Dronca, I Ciantar, Faella.
HAMRUN S: Casha, Attard, Mangion, Fenech, Cucciardi, Mifsud (Busuttil 79), Agius (Cacciatolo 76), Spiteri, Hrubsa, Fleri Soler (Caruana 66), Camoin.
REFEREE: Chris Lautier
PLEJER TAL-LOGHBA: Jean Pierre Mifsud Triganza Sliema Wanderers.

| < Prev | Next > |
|---|






