Tghidx kemm iggustajtu lid-dentist Orlando fil-programm ta’ Mr Bondi meta rrimarka spirtu pront, dwar il-maxta ta’ xaghar li kellu Lou,“fascist style” tal-epoka ta’ zmien Mussolini.
Qabditni kurzità kbira biex inkun naf jekk Mr Bondi mal-maxta tieghu x’zejt dilek. Nittama li mhux zejt tar-riegnu, biex izomm ghal kollox mal-istil tal-epoka Mussolinjana.
Kif jista’ jkun?!
Id-dentist Orlando kompla jurina kemm jaf ihammilhom id-dras meta ta’ x’wiehed jifhem li Lou Bondi stieden lilu, lil Robert Arrigo u lil Franco Debono, tliet deputati li ghandhom ambizzjonijiet ministerjali, ghal programm tieghu bi ftehim, jew ghax instigat, minn xi whud qrib ma nafx min.
Fi ftit kliem, fhimt li Lou Bondi stieden lilhom it-tlieta bi skop li jaghti palata lill-prim Gonzi.
Imma jien ma nafx kif JPO, jew xi hadd iehor f’din l-art helwa, qatt jista’ jghaddielu dan is-suspett minn mohhu.
Kif qatt jista’ jkun lil Lou Bondi jaghmel xi programm bl-iskop li jghin lill-prim Gonzi jew lill-PN?
Ma tarax, Jeffrey!. Lou m’huwiex ta’ hekk.
Jaqa’ bicciet
M’hemmx ghalfejn nghidilkom li l-ilsna hziena f’din l-art helwa jezistu bl-abbundanza. U ara ma tahsbux li jinsabu fuq naha wahda biss, tafux!
Mela l-ilsna hziena fuq in-naha tal-PN, u sa certu punt anke fuq in-naha tal-PL, qeghdin jghidu li Beppe Fenech Adami hareg ghonqu ghall-prim Gonzi fil-laqgha tal-Grupp Parlamentari tal-PN, bi skop li jekk isir xi tibdil fil-kabinett, hu jkun wiehed minn dawk li jinghata kariga ministerjali jew ta’ segretarju parlamentari.
Ilsna aktar hziena qalu li ghamel hekk biex hadd ma jghaddielu minn mohhu li huwa seta’ kien wara l-attakk kontra Tonio Fenech li bhalu jikkontesta fuq it-Tmien Distrett.
Nghid ghalija, suspetti bhal dawn lanqas jidhluli f’mohhi.
Jiena nghid li Beppe ghamel dak li ghamel, ghax ma jiflahx jara l-partit li tant issahhah bit-tmexxija ta’ missieru, jaqa’ bicciet.
Mhux ta’ hekk!
Ghall-ilsna hziena giet din il-gimgha.
Ilsna hziena fuq in-naha tal-PN, qeghdin jghidu li l-prim Gonzi kellu f’mohhu lil Franco Debono meta qal li dawk li kienu qeghdin jattakkaw lil Tonio Fenech ghax siefer ma’ Joe Gasan u ma’ George Fenech, kellhom l-iskop li jixhtu t-tajn, apparti li jista’ jkollhom ukoll interessi ohrajn.
Trid tkun altru lsienek hazin biex tghid hekk meta tkun taf li meta l-prim Gonzi qal dan il-kliem quddiemu kellu propju lil Franco Debono.
Taghlima
Mhux ta’ b’xejn li l-prim Gonzi kien hatar lil Dolores Cristina Ministru tal-Edukazzjoni. Ghax kunu afu li Dolores taf tghallem sewwa.
Tant taf tghallem li tat taghlima importanti hafna, hafna, u hafna, mhux biss lill-shaba fil-Kabinett, imma sahansitra tat taghlima importanti hafna anke lill-prim Gonzi.
Meta ftit ilu kienet mistoqsija meta certu progett kien se jitlesta, Dolores kienet gharfa bizzejjed li ma taghti l-ebda data specifika.
Issa bhalha qeghdin jaghmlu wkoll il-ministri l-ohra, u sahansitra anke l-prim Gonzi.
Il-prim Gonzi qaghad attent, per ezempju, li ma jaghtix dati specifici ta’ meta se jitlesta l-progett tac-Cirkewwa, il-progett tal-Crafts Village ta’ Ta’ Qali, u anke progetti ohrajn.
Li nesa l-prim Gonzi huwa li dawn il-progetti, u hafna ohrajn bhalhom, suppost li ilhom lesti s-snin
Set as favorite
Bookmark
Email This
Kummenti (0)

Ikkummenta
| < Prev | Next > |
|---|








