Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Il-muzika qieghda zzommu haj

E-mail Print PDF
Share

paul_borg_bonaci_2Dahka jew tbissima hija l-aqwa medicina ghal kull persuna.  M’hemm xejn isbah li wiehed jaqsam xi cajta ma’ haddiehor, filwaqt li titnissel tbissima fuq wicc dak li jkun.


Ghall-intervista tal-lum, tkellimt ma’ Pawlu Borg Bonaci – bniedem li awtomatikament ghandu konnessjoni ma’ affarijiet satarici.  Maghruf li bil-kant u l-botti tieghu jhobb iwassal messaggi li jhallu effett pozittiv bi tbissima fuq kull wiehed u wahda minnha.

Ghandu 32 sena, single u joqghod Rahal Gdid.  Bhala xoghol jahdem fil-qasam tal-catering, filwaqt li bhala passatempi ghandu ghal qalbu l-fotografija, l-ghawm, cinema, tindif tad-dar u l-irqad!!!


Il-motto favorita tieghu hija “What you see is what you get”.  Prattikament ried jghidli kif qed narah nista’ npingih.  “Imma min ma jafx ipingi x’jaghmel allura ma jsirx jafni??”, staqsini ironikament Pawlu.


Jemmen fil-hbieb


“Jien persuna normali, nqum filghodu, hafna drabi tard, immur ghax-xoghol, generalment tard ukoll, inhobb il-muzika, teatru, arti, u zfin.  Nipprova nzomm ruhi pozittiv hafna u okkupat.  Inhobb inkun mal-familja u hbieb.  Nahseb li l-hbieb huma l-eghezez haga li ghandi f’hajjti.  Minghajrhom ma naghmel xejn.  Inhossni sincier u kull ma nhoss nghidu.


“Xi kultant ftit wisq ta’ zaqqi fommi, u anke ta’ fommi f’zaqqi.  Cajtier hafna però serju hafna meta jkolli bzonn naghmel affarjiet serji, li hafna nies jghiduli li ma nintgharafx meta nkun serju. 
“Jien bniedem li nippreferi ma naghmel xejn milli naghmel xi haga ma toghgobnix.  Ftit perfezzjonist, sensittiv hafna u nwegga’ hafna u sensittiv ukoll ghal x’inhu jigri madwari.  Inhobb hafna l-annimali, ghalhekk naghmilha man-nies u dejjem naghmel hbieb godda”, tbissem jghidli ghal darb’ohra b’ironijia Pawlu.


Nista’ nghid li Pawlu jifforma parti minn zewg bands kompletament differenti.  Wahda l-famuza band ta’ Bla Kondixin, filwaqt li l-band l-ohra hija Fakawi.  Fil-fatt il-band Fakawi twieldet fl-istess zmien kwazi mal-band ta’ Bla Kondixin.


“Bhala Fakawi se naghlqu ghaxar snin kwazi flimkien li kienu esperjenza tal-genn.  Din il-band hija parti minn hajti, nahseb li l-aktar haga li qatt tatni xi haga lura f’hajti kienet il-band innifisha.  Il-Fakawi l-ikbar success taghha huwa li ghalkemm m’ahniex band li tinstema fuq ir-radju, imma xorta ghamilna dak li ghamilna.  In-nies ihobbuna u meta ndoqqu jigu hafna nies jarawna.  Il-band hija maghmula minn hamsa minn nies differenti hafna minn xulxin imma flimkien naghmlu familja, ftit mignuna.  Il-filosofija taghna hi li rridu niehdu gost u l-energija taghna nittrasmettuha lil haddiehor.”


Pawlu kompla jghidli li l-muzika biss qed izzommu haj.  “Il-muzika biss ma tfottikx fil-hajja, ghalhekk jghidu l-muzika ahjar mis-sess”, wegibni konfondut jekk stajtx nikteb din is-sentenza f’din l-intervista!!!


Bla Kondixin


Dan l-ahhar, Pawlu sar wicc sinonimu fil-kummiedja lokali maghrufa Bla Kondixin li ilha ghaddejja ghal dawn l-ahhar disa’ snin.  B’hekk staqsejtu kif beda l-involviment tieghu fiha. 
“Kien cempilli siehbi Jonathan li jdoqq il-bass mal-band ta’ Bla Kondixin u qalli li ghandhom bzonn band, u fil-fatt konna ghaqqadna band.  Sibna ruhna fuq l-istage xi ftit gimghat wara, u ghadna hemm.  Mhux tajjeb jew?”, spjegali bi tbissima dejjem fuqu Pawlu.


Fuq l-istess nota, staqsejtu din is-sena x’se jkun is-sehem tieghu f’Bla Kondixin.  Ghal darb’ohra wegibni b’mod sarkastiku, fejn stajt ninnota li din id-darba hallini bla twegiba propjament.  Madanakollu t-twegiba tieghu kienet, “Ser insajjar.  Ghandi menu addatat.  Qabel jibdew ser naghmlilhom baked beans on toast, halli jghin l-atturi jesprimu ruhhom ahjar fuq l-istage.  Waqt il-break xi haga light ghax hemm hafna bid-dieta, u x’hin nispiccaw generalment immorru niehdu kebab”.


B’hekk hawnhekk halla lili kif lilkom il-qarrejja bil-kurzità sabiex zgur immorru naraw Bla Kondixin ta’ din is-sena, li bdiet tittella’ fis-sala Sir Temi zammit, fl-Università ta’ Malta bejn it-23 u l-25 u nhar it-30 u l-31 Ottubru, kif ukoll nhar l-1 ta’ Novembru, u mis-6 sad-9 ta’ Novembru 2009.

Minbarra dan kollu, Pawlu maghruf ukoll li jhobb jimita xi karattri lokali.  Staqsejtu aktar dwar dan il-fatt, u dwar kif joqghod jimita lill-personalitajiet.  “Propjament jien is-sena kollha noqghod ninnota.  Xi xhur qabel nahseb f’xi karattru, l-bqija tigi wahedha, mhux bhal affarjiet ohra li tiehu ftit hin hux”, wegibni Pawlu.

Dwar jekk ihossux tajjeb biex idahhak, Pawlu wegibni, “Ehh ruhi, jien dejjem indahak lin-nies ta’ madwari.”


Ma jixrobx alkohol


Qlibt l-intervista tieghi mieghu dwar il-hajja personali tieghu.  Fil-fatt staqsejtu kif normalment tkun il-harga ideali tieghu tal-weekend.  Hawnhekk enfasizzali li idealment ikun mal-hbieb jixrob l-ilma jew xi camping jixrob l-ilma wkoll.  Hawnhekk stajt ninnota li x-xorb alkoholiku mhux habibu.  Ma kontx sejra hazin, ghax hekk hu. 

“Xorb alkoholiku ma nixrobx, ghalkemm hadd ma jemmen.  Ma nixrobx ghax gholi.  Hu ezempju, taghmel round drinks ghal sitt minn nies tigi xi 12 ewro.  Issa jekk wiehed minnhom jiehu ilma tiffranka xi haga le?  Apparti minn hekk, ir-reklami tas-Sedqa hadmu hafna fuqi u impressjonawni.  Kellhom wiehed fuq guvni miexi Paceville u jibda jahbat man-nies u habba s-swine flu ahjar ma nahbat ma’ hadd veru?”, rega’ tbissem jghidli Pawlu.

Mix-xorb qlibt l-argument dwar is-sess oppost.  Hawnhekk staqsejtu xi jfittex l-aktar f’persuna tas-sess oppost tieghu.  “Ma tantx hu mument f’hajti li nitkellem fuq is-sess oppost ghax falliment totali, imma ha nara, xi nfittex l-iktar.  Hmmmmm il-problema mhux xi tfittex imma xi ssib, u gieli tfittex u ma ssib xejn.  Però sabih li jkollok xi hadd jifhmek, li tkun tista’ titkellem fuq kollox maghha, li tissaportjak, tafdak, tghinek u bil-kontra.”

Dwar jippreferix is-Sajf jew ix-Xitwa, Pawlu wegibni li jippreferi x-xahar ta’ April.  Ir-raguni li jippreferi dan ix-xahar hija semplici.  Jispjega aktar fid-dettall Pawlu.  “Nippreferi April ghax ikolli l-birthday u naqla’ r-rigali u jkun wasal is-Sajf u mmorru nghumu.  Imbaghad inhobb ix-Xitwa ghax il-hwejjeg isbah”.

Niddiskuti s-suggett tas-safar mieghu.  Suggett li nghid ghalija huwa ghal qalbi hafna, ghal meta jkolli c-cans u l-flus f’idejja.  “Is-safar inhobbu.  Insiefer skond kemm ikolli flus u cans, imma issa bil-low cost saret iktar kemm ikolli cans.  Din is-sena sifirt tlett darbiet s’issa.”

Fl-ahharnett ridt inkun naf jekk jaqbilx ma’ l-internet chatting.  “Iva naqbel ghax taf issib il-mara ideali tieghek minn hemm”, kien l-ahhar kumment li hallini bih Pawlu.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
20C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata