Thursday
Jul 29th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Matul il-gimgha ma’ Masu Musu

E-mail Print PDF

1. Konfessur
Dawk li qeghdin jghidu lil l-prim Gonzi se jinnomina lil John Dalli ghall-kariga ta’ kummissarju Ewropew, ghalija ma jafux x’inhuma jghidu.  U issa aktar minn qatt qabel.


Ghal min jafx, kien John Dalli nnifsu li ftit tal-gimghat ilu kien iddijara li huwa sar il-konfessur tal-backbenchers tal-PN.


Min-naha l-ohra, kulhadd jaf li l-prim Gonzi huwa bniedem religjuz hafna. U, nghiduha kif inhi, minn dejjem hekk kien.  Sahansitra zghozitu ghaddieha president tal-Azzjoni Kattolika.

Allura, nghid jien, kif qatt jista’ jkun li l-prim Gonzi icahhad lill-backbenchers milli jkollhom konfessur fil-parlament. Ma tarawx!


2. L-istilel ta’ Hollywood


Hawn Malta hawn hafna li ghandhom habta jghidu biss dak li jaqbel lilhom. U fost ikolli nghid li hemm Winston       zahra, Kevin Decesare u l-bella kumpanija fil-qasam tat-turizmu.
Matul din l-ahhar sena, dawn is-sinjuri, u ohrajn bhalhom, kontinwament ilmentaw li t-turizmu sejjer lura.

Huwa fatt li n-numru ta’ turisti naqas, u  naqas  bil-kbir, imma b’daqshekk mhux bilfors ifisser li t-turizmu sejjer  lura.

Anzi jien nghid li, jghidu x’jghidu zahra, Decesare u shabhom, t-turizmu sejjer ’il quddiem.  Tant sejjer ’il quddiem li pajjizna qieghed jigbed l-istilel ta’ Hollywood.

Tafu x’jigifieri, hux!  L-artisti ta’ Hollywood kollha qeghdin iharsu lejn Malta biex iqattghu l-btajjel taghhom fostna.

Jekk hawn xi hadd mhux jemmen dak li qieghed nghidu, nissuggerilu jaqra l-gazzetta tal-PN “il-mument”, tal-Hadd li ghadda.


3. Imorru jixxejjru
Ma nafx x’wicc ghandhom dawn tal-Kamra tal-Kummerc jitolbu li jum il-bagit ikun pospost ghal aktar tard! U dan ghas-semplici raguni li skont huma, jekk il-haddiema jinghataw dak li bi dritt huwa taghhom, jintilfu l-impjiegi.

Nghid ghalija, li kont minflok il-Ministru Tonio Fenech, mhux talli ma naccettax li nipposoni l-bagit, imma nibghathom jixxejjru.

L-ewwel u qabel kollox dawn jafu li d-diskussjonijiet dwar il-bagit ma jsirux fl-ahhar jiem qabel jitressaq, ghax f’Awwissu Tonio Fenech kien digà ippubblika d-dokument ta’ qabel il-bagit, u tghidx kemm kien iddiskutih ma’ nies.

Imma aktar minnhekk, nibghathom jixxejjru ghax qeghdin iwaqqghu ghac-cajt lill-prim Gonzi li hlief jiftahar kemm gej investiment, mhux jaghmel.

X’jahsbu dawn li jistghu jirrikattaw lill-prim Gonzi!


4. Sena wara sena

U llum hudu pacenzja bija, ghax fuq il-bagit se nkompli, ghalkemm certi li hafna minnkom, hlief fuq il-bagit, bhalissa m’intomx titkellmu.

Kunu afu li f’certi gimghat ta’ kull sena, nisimghu l-istess diskori.  Fost dawn il-gimghat hemm dawk ta’ Ottubru u l-bidu ta’ Novembru. 

Ghax ladarba jkun riesaq il-bagit, kulhadd ikun irid jghid tieghu, u kulhadd jaghmel il-proposti lill-gvern, liema proposti, m’hemmx ghalfejn nghidilkom, jinghataw l-akbar attenzjoni mill-prim Gonzi.

Meta mbaghad jitressaq il-bagit hafna jkunu dawk l-ghaqdiet li johorgu jiftahru li l-gvern ikun laqa’ l-proposti taghhom. Anzi, tista’ tghid li l-istess ghaqdiet johorgu jfahhru l-bagit u naturalment lill-prim Gonzi.

Kull sena jghidulna li l-bagit ikun wiehed serju, fid-direzzjoni t-tajba, u li jindirizza l-problemi. U kull sena nispiccaw l-istess: aghar minn ta’ qabilha.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Sunny Sunny Sunny Sunny
26C 32C 31C 31C 31C
Thu Fri Sat Sun Mon

Inghaqad maghna fuq Facebook

facebook_logo

 

Karikatura