Thursday
May 17th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

It-Triq il-gdida

E-mail Print PDF
Share

Triq is-Santwarju, Haz-Zabbar, jew ahjar Triq il-gdida kif inhi maghrufa maz-Zabbarin, hija wahda mill-itwal u l-isbah toroq li hawn f’Malta li joforqu minn tarf sa tarf f’linja dritta lil dan ir-rahal. Hija triq li ghandha wkoll l-istorja taghha, fejn tispikka l-aktar il-grajja tragika li hawn minn jghid li kienet ukoll mirakoluza, tat-tigrif tal-ajruplan tal-RAF Vulkan li ghadu kif gie ccelebrat l-anniversarju taghha propju f’dawn il-granet.

Triq il-gdida Haz-Zabbar hu l-post fejn eluf u eluf ta’ Maltin u Ghawdxin, familja wahda, moviment wiehed, illum wara nofsinhar se jkunu qed jaghmlu mixja simbolika biex juru r-rieda soda taghhom li jimxu dritt rashom mghollija ‘l fuq, difficli kemm huma difficli c-cirkostanzi prezenti, determinati li ma jhallu ‘l hadd ipoggilhom il-bzieq fuq imnehirhom, it-triq twila li trid twassalna ghal dik il-gurnata fejn ix-xemx terga’ tibda tisbah ghal kulhadd f’dan il-pajjiz.

Dittatura virtwali

Ghalkemm ta’ poplu Mediterranju li ahna, xi ftit storbjuzi di natura u nhedew fil-frattarija, fl-ahhar mill-ahhar il-poplu Malti hu wiehed kajman u gwejjed, li facli jirrassenja ruhu u jtendi xi ftit jew wisq li joqghod ghal kollox. Tul is-snin, ‘il-karattru tipiku Malti’ pjuttost sottomess ghall-awtorità li gej lura minn zmien meta Malta kienet ghada taht il-madmad tal-kolonjalizmu, in-Nazzjonalisti gharrfu jistudjawh u jisfruttawh sew ghall-iskopijiet ta’ mohhom. Li kien ghan-Nazzjonalisti f’dan il-pajjiz hawn dittatura virtwali ghall-hames snin, fejn l-ebda hadd, la t-trejd unjons, la s-socjetà civili u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi u lanqas l-oppozizzjoni parlamentari,  m’ghandhom id-dritt jorganizzaw u jaggregaw in-nies f’manifestazzjonijiet pubblici biex ilissinu n-nuqqas ta’ qbil taghhom ma’ xi aspett jew iehor tal-politika tal-gvern.


In-Nazzjonalisti juzaw kull mezz immaginabbli biex jilluppjaw u jmewwtu l-opinjoni pubblika. U fejn ma jaslux bis-sewwa, ma jiddejjqu xejn jirrikorru ghad-dnewwa.  Id-demonizzazzjoni tal-Oppozizzjoni Laburista hi xi haga li ilha tirrikorri ghal snin twal, kultant anki bl-iktar mod viljakk u kattiv. Izda fenomenu ta’ dawn l-ahhar zminijiet huwa  kif dawn il-kampanji ta’ demonizzazzjoni tal-PN u c-centurjuni taghhom, issa estendewhom wkoll ghal esponenti ta’ ghaqdiet mhux governattivi bhal m’huma l-ghaqdiet ambjentali.


Prova ta’ dan huwa l-mod viljakk kif Astrid Vella tal-ghaqda Flimkien ghall-Ambjent Ahjar giet mzebbilha pubblikament fuq certi siti notorji tal-internet, minhabba li din kellha l-kuragg topponi certi progetti pubblici u l-hrug ta’ certi permessi tal-bini minhabba x-xamma tinten li kellhom.

Nohorgu mill-qoxra

Wasal iz-zmien li nohorgu mill-qoxra taghna u ma nibqghux nirrassenjaw irwiehna ghad-destin li qed jiktbu ghalina dawk li bl-aktar mod ciniku jigbdu l-hbula tal-poter biex hajjitna tghaddi minn cijkli ripetuti ta’ hames snin –il wiehed, fejn il-pajjiz jaghmel armajn erba’ snin ghaddej qiesu caqlembuta minn maltemplata ghal ohra, imbaghad b’kumbinazzjoni kbira, hekk kif tibda tfegg xi elezzjoni generali fuq ix-xefaq, fid-daqqa w il-hin, fl-ahhar sena attaparsi jibda jbexbex il-bnazzi. Fil-kampanji lejlet l-elezzjoni generali, jsiru weghdi bl-addocc, ghandu jew m’ghandux il-pajjiz ir-rizorsi mehtiega biex ikun jista’ iwettaqhom. Propju f’dawk iz-zminijiet, minn ghandu l-hila jahtaf jahtaf u ma jkunux ftit dawk li jirahnu l-vot taghhom, b’dawk li jirnexxilhom isarrfu r-rahan taghhom qabel l-elezzjoni jmorru tajjeb, u b’dawk li r-rahan taghhom suppost jissarraf wara, x’aktarx jispiccaw b’xiber imnieher.

Ma jistax ikun li nibqghu ghaddejjin b’din il-lanja ta’ gvern li jahseb li jista’  jidhak bil-poplu x’hin irid ghax iqis li n-nies huma xi salt fidili injoranti li tista’ tibqa’ tbellalhom li trid u li jaghmel x’jaghmel, in-nies se jibqghu gwejjda u rassenjati ghal dejjem.

Mhux sew

Mhux sew li n-nies onesti, habrieka u biezla ta’ dan il-pajjiz jibqghu jigu mgeghlin ihallsu prezz gholi ghal htijiet ta’ dawk li mexxew il-pajjiz b’mod irresponsabbli u li  kienu laxki u inkompetenti fl-amministrazzjoni ta’ flus il-poplu.

Mhux sew li dak l-eluf kbar ta’ missirijiet u ommijiet li jhabirku kemm jifilhu ghall-familja taghhom b’sighat twal ta’ xoghol meta jkollhom, minhabba t-tmexxija medjokri u instabbli ta’ Lawrence Gonzi, qed jaraw il-kwalita’ tal-hajja taghhom  tmur lura flok ‘il quddiem. Sal-punt li huma hafna dawk li bil-kemm qed ikampaw mal-hajja minhabba certi zidiet qawwija fil-prezzijiet bhal tad-dawl u l-ilma li saru mhux biex ikopru l-ispejjez imma biex ipattu ghall-inefficjenzi, hela, tberbiq u korruzzjoni li jdawwru lill-gvern ta’ Dr. Gonzi.

Il-manifestazzjoni tal-lum wara nofsinhar fi Triq il-gdida Haz-Zabbar tghid dakollu u ferm aktar. Dan il-pajjiz ghandu bzonn li jibda trid gdida li tista’ tkun twila u forsi   mhux daqshekk dritta bhal Triq is-Santwarju Haz-Zabbar. Hemm bzonn li dal-pajjiz jaqleb il-pagna illum qabel ghada, hemm bzonn ta’ aktar serjeta’, stabbilta’ u sens ta’ responsabbilta’ fit-tmexxija. Iridu nahdmu biex Malta  trid issir taghna lkoll u mhux ta’ xi klikka jew ohra. Ghandha bzonn ta’ gvern li jifhem u li jkun sincier mal-poplu u li ma jidhakx bik.

Niltaqghu Haz-Zabbar.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Mostly Sunny Partly Cloudy AM Showers / Wind Partly Cloudy / Wind
20C 23C 24C 25C 24C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata