Ghalfejn il-poplu ihoss li ghandu jiprotesta? Ghalfejn il-popli ihossu l-bzonn li jinzlu fit-toroq? Ghaliex hafna jippreferu l-protesti milli mezzi ohra? Dawn u hafna aktar huma mistoqsijiet li hafna drabi isiru kull meta tkun ser issir dimostrazzjoni jew protesta fit-toroq. Il-poplu ghandu diversi mezzi kif juri id-dwejjeq, l-ghadab jew in-nuqqas ta’ qbil ma’ xi haga izda bla dubju t-toroq huma l-aktar effettivi. Fl-istorja tal-haddiem, it-toroq kienu l-mezz kif biddel totalment il-mod kif kien jghix. It-toroq biddlu pajjizi shah, waqqghu gvernijiet, nehhew dittaturi, irrestawraw demokraziji u taw il-libertà. Il-protesti fit-toroq huma wirja ta’ sahha li minn zmien ghal zmien ikun hemm bzonnhom.
Fl-Ewropa, il-protesti fit-toroq mhux neqsin. F’certi pajjizi huma spissi hafna u minkejja li jsiru b’mod regolari dejjem jigbdu lejhom l-eluf. Hu perezempju l-Italja, il-protesti jsiru kwazi kull gimgha. Tiftah x’hin tiftah it-televizjoni tara xi ahbar dwar xi protesta. F’pajjizi ohra ma tantx hemm kultura ta’ protesti fit-toroq izda meta jsiru jgibu maghhom bidliet shah, perezempju l-Ingilterra. Il-waqa’ tal-hajt ta’ Berlin u l-Komunizmu bdew bi protesti fit-toroq minn popli li ma setghux jaghmluhom. Fic-Cekoslovakkja l-Gvern komunista waqa’ wara jumejn shah ta’ dimostrazzjonijiet spontanji u pacifici fit-toroq ta’ Praga.
Min-naha l-ohra hemm ukoll protesti li ma jkunux pacifici anzi jkunu normalment vjolenti. Hu perezempju dawk li jsiru flimkien mal-laqghat ta’ l-aktar pajjizi zviluppati fid-dinja l-G8 jew ftit ilu G7, dawn normalment ikollhom marbuta maghhom vjolenza li gieli anke swiet il-hajja ta’ xi persuni. Hemm ukoll mod aktar sottili kif wiehed jipprotesta fit-toroq, u hawn jigini f’mohhi manifestazzjonijiet sportivi li ukoll jigbdu l-eluf fejn xi hadd jinqeda b’dik il-folla biex iwassal il-messagg tieghu.
Hi x’inhi r-raguni, meta l-poplu ihoss l-ghafsa jghid ajma.
U f’Malta!? F’Malta donnu li hawn minn jixtieq idahhal f’ras il-poplu li z-zmien tal-protesti fit-toroq spicca. Fl-opinjoni tieghi dan il-kliem jintuza minn min ma jiehux gost kull darba li l-poplu jinzel fit-toroq. Hu diskors ta’ min jiddejjaq jara l-poplu maghqud juri l-ghadab tieghu. Hu diskors li jien cert jinbidel meta tinbidel il-folja u min illum qed imexxi ghada jkun fl-oppozizzjoni. Hu diskors ta’ min jahseb li ghax illum qed imexxi jista’ jibqa’ ghaddej minn fuq fl-istess poplu li ftit qabel ikun ghada kemm tah il-mandat biex imexxi.
Il-protesti fit-toroq mhux xi moda bhal par zarbun jew libsa. Il-protesti fit-toroq jibqghu isiru sakemm il-haddiem ma jkollux mezz kif iwaqqaf lil minn jahkem milli jkompli jkasbru u jghaffgu. Mill-banda l-ohra hemm ukoll dawk li ihossu li l-protesti huma mezz kif wiehed juri s-sahha u solidarjetà ma’ dawk li forsi ma jkunux sejrin sew, ma dawk li jkunu qed ibatu. Mhux bil-fors li kull minn jattendi xi forma ta’ protesta ikun qed ihoss l-istess bhal ma jhossu l-maggoranza ta’ dawk li qed jippartecipaw. Ihossu biss il-bzonn tas-solidarjetà.
Hi x’inhi r-raguni, is-success tal-protesta fit-toroq tohrog mill-ammont ta’ nies li wiehed kapaci jigbed lejha. Akbar ma jkun in-numru, aktar jasal il-messagg u aktar tohrog fil-berah is-sahha ta’ minn qed jorganizza.
Illum naraw jekk il-poplu Malti ghadux kapaci jinzel fit-toroq u juri d-dwejjaq tieghu u fl-istess nifs solidarjetà mal-batut.

| < Prev | Next > |
|---|







