Thursday
Feb 09th
Text size
  • Increase font size
  • Default font size
  • Decrease font size

Zaghzugh iwegga’ gravi f’kamra tan-nar fil-Bidnija

E-mail Print PDF
Share

img_2661_copy
Zaghzugh ta’ 26 sena mill-Mosta maghruf bhala Mario z-Ziza, jinsab fil-periklu li jitlef hajtu wara li l-bierah inharaq aktar min-nofsu f’incident li sehh fil-kamra tan-nar tal-Kazin ta’ Santa Marija, il-Mosta.


L-incident sehh ghall-habta tas-2.30p.m fiz-Zebbiegh, limiti tal-Bidnija meta flimkien ma’ persuni ohrajn kien qed jinhadem in-nar tal-festa.


Minn taghrif li kiseb KullHadd minn fuq il-post ftit tal-hin wara l-incident, jirrizulta li barra zaghazugh kien hemm sitt persuni ohrajn fil-kamra tan-nar.


Tnejn minn dawn wegghu hafif u nghataw il-kura fuq il-post qabel ma wiehed minnhom, ragel ta’ 80 sena mill-Mosta ttiehed l-isptar ghal aktar osservazzjoni.


Imkejjen fuq il-post qalu li l-anzjan wegggha hafif f’rasu wara li dahal biex jaghti l-ewwel ghajnuna liz-zghazagh ta’ 26 sena wara li sploda n-nar f’idejh u ha ghal wiccu.


Bl-ispluzjoni waqghet parti zghira mill-hajt tal-lqugh li jdaawwar il-kumpless.


Bil-kaz gie infurmat il-Magistrat tal-Ghassa Dr G.Grixti li hatar diversi esperti biex jghinuh fl-inkjesta. Il-Pulizija ghadha ghaddejja bl-istharrig fuq il-kaz.

Kummenti (0)Add Comment

Ikkummenta
quote
bold
italicize
underline
strike
url
image
quote
quote
smile
wink
laugh
grin
angry
sad
shocked
cool
tongue
kiss
cry
smaller | bigger

busy
 

It-Temp

Partly Cloudy Showers Mostly Sunny Showers Showers / Wind
8C 12C 11C 9C 10C
Thu Fri Sat Sun Mon

 

Karikatura

 

Faccata